Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #28554 Sitting 391 2011-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mressqa l-Qorti — moħqrija fuq annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti kawża ta' moħqrija fuq l-annimali matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa’ xhur ta din is-sena, l-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 13-il persuna dwar każijiet ta’ moħqrija ta’ annimali.
Leg 11 PQ #28555 Sitting 391 2011-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mressqa l-Qorti — vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti kawża ta' vjolenza domestika matul l-ewwel disa' xhur tas-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa’ xhur ta din is-sena, l-pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 695 persuna fuq akkużi ta’ vjolenza domestika.
Leg 11 PQ #28556 Sitting 391 2011-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mressqa l-Qorti — vjolenza fuq anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti kawża ta' vjolenza fuq anzjani matul l-ewwel disa' xhur tas-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, kien hemm 34 persuna li tressqet il-Qorti talli kkaġunat offiża fuq persuni anzjani, ċioe 'l fuq minn 60 sena.
Leg 11 PQ #28557 Sitting 391 2011-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mressqa l-Qorti — abbuż sesswali fuq minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti kawża ta' abbuż sesswali fuq minorenni matul l-ewwel disa' xhur tas-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa’ xhur ta din is-sena, l-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 22 persuna fuq akkużi ta’ abbuż sesswali fuq persuni minuri.

Visas lil persuni Libjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm inħarġu visas għal persuni Libjani matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena inħarġu 2,036 visas għal persuni ta' nazzjonalità Libjana mill-Konsolati ta' Malta. Ma' dawn wieħed jista jżid 162 visa li inħarġu "at the border" għal dawk il-każijiet umanitarji bejn l-24 ta' Frar u l-25 ta' Settembru.

Sptar Mater Dei — inċidenti ta' traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011, kemm iddaħħlu persuni kawża ta' inċidenti tat-traffiku fl-Isptar Mater Dei? X'etajiet kellhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — persuni b'inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011, kemm iddaħħlu persuni kawża ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol fl-Isptar Mater Dei? X'etajiet kellhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ma tistax tinagħta informazzjoni dwar in-numru ta' każijiet ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol irreġistrati li ddaħlu fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2011. Wieħed għandu jkun imgħarraf li fl-Electronic Case Summary/Hospital Activity Analysis System jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li dan l-inċident ikun seħħ fuq il-post tax-xogħol.

Sptar Mater Dei — persuni b'inċidenti fuq il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011, kemm iddaħħlu persuni kawża ta' inċidenti fuq il-baħar fl-Isptar Mater Dei? X'etajiet kellhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ma tistax tingħata informazzjoni dwar in-numru ta' każijiet ta' inċidenti fuq il-baħar li ddaħlu fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2011. Wieħed għandu jkun imgħarraf li fl-Electronic Case Summary/Hospital Activity Analysis System jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati biħ b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li dan l-inċident ikun seħħ fuq il-baħar.
Leg 11 PQ #27769 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kiosk reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kiosks reġistrati bil-permess tal-pulizija llum f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom huma fixed u fejn jinsabu lokal lokal f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 27768.

Income tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji kummerċjali li fl-ewwel sitt xhur tas-sena waqgħu lura fil-ħlas tal-income tax tal-ħaddiema tagħhom? Kemm hija s-somma globali li jirrikjedu li jħallsu? Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li jinvolvi dan il-pagamenti pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27614.

Sistema tal-VAT — denunzja tal-VAT

Question

Bl-introduzzjoni tas-sistema tal-VAT li dawk li jaħdmu għar-rashom u l-bejgħ tagħhom ma jaqbiżx €7000 ma jkollhomx bżonn jimlew id-denunżja tal-VAT, li fost dawn se jkun hemm sajjieda, raħħala, bdiewa u oħrajn li joffru servizzi li huma l-biċċa kbira part-time li meta jibgħatu denunzja kienu jitolbu l-ħlas lura ta' VAT imħallsa minnhom fuq l-ispejjeż, jista' l-Ministru jgħid jekk inħoloqx xi providement biex dan jibqa' jsir? Jekk le, x'beħsiebu jsir biex dan il-ħlas lura jibqa' jsir?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-provvedimenti ntrodotti fl-1 ta’ Jannar 2011 li għalihom qed jirreferi japplikaw biss fuq persuni reġistrati taħt l-artiklu 11 tal-liġi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud. Persuni li jagħżlu li jirreġistraw taħt l-artikolu 10 tal-liġi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud jew persuni li diġà huma reġistrati taħt dan l-artikolu jistgħu jkunu reġistrati anke jekk id-dħul min-negozju ikun taħt is-€7000. Nifhem għalhekk li dawk li jaħdmu għal rashom bhala sajjieda, raħħala u bdiewa, kemm-il darba kienu reġistrati jew huma reġistrati taħt l-artiklu 10 tal-liġi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, ma ġewx affettwati bil-provedimenti l-ġodda u għaldaqstant huma ntitolati li jitolbu l-ħlas lura tal-VAT imħallsa minnhom fuq l-ispejjeż meta jibgħatu d-denunzja.

Ħlas tan-national insurance

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27614, jista' l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari tinsab fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27609 u jgħid kemm kien in-numru ta' stabbiliment kummerċjali li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 għal dawk li huma l-kontijiet kummerċjali? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali li trid titħallas mill-komunità in kwestjoni biex tkun konformi mal-kontijiet attwali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #27768 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Street hawkers — permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' street hawkers reġistrati f'Malta u Għawdex u jħallsu l-permessi meħtieġa lill-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-liċenzji tan-negozju m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #27345 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — bars u/jew restaurants

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 27091 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' bars u/jew restaurants illum f'San Pawl il-Baħar koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ liċenzji / permessi maħruġa mill-Awtorita’ ta’ Malta tat-Turiżmu għall-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar. Din il-lista tinkludi liċenzji tax-Xemxija, il-Qawra u Buġibba.
Leg 11 PQ #27346 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buġibba — bars u/jew restaurants

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 27090 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' bars u/jew restaurants illum f'Buġibba koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru.27345
Leg 11 PQ #27606 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sisa u/obbligi ta' Dwana

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011, kemm kien in-numru ta' tax payers li ġew sentenzjati l-ħabs għaliex m'onorawx il-pagamenti dovuti għas-sisa u/jew obbligi ta' dwana? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2009 u 2010 separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma jirriżultax li kien hemm tax payers li ġew sentenzjati l-ħabs għaliex m'onorawx il-pagamenti dovuti għas-sisa u/jew obbligi ta' dwana.