Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #28574 Sitting 394 2011-10-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur ta' din sena mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu kienet tammonta għal €408,742.81. Infurmat ukoll, iżda, illi dan l-ammont ma jirriflettix it-total finali għaliex jinkludi spejjeż marbuta ma’ numru ta’ vjaġġi bl-ajru li normalment huma koperti mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u li allura għad iridu jiġu mogħtija lura u mnaqqsa.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat illi n-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 minn dan il-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu kienu kif ġej: Nefqa Ministeru u Dipartimenti € 473,493 Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi € 75,785 WasteServ Malta Limited €7,661 Il-figuri murija huma dawk netti wara kull rifużjoni mill-Kummissjoni Ewropea.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — xiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ karozzi ġodda li nxtraw mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena 2011 huwa hekk: Edukazzjoni 1 Social Affairs 1 ITS 1 DSWS 1 Awtorità tad-Djar 2 KMS 1 Arkivji Nazzjonali 1 EUPA 1

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 inxtraw ħames (5) karozzi mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità.
Leg 11 PQ #28566 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #28567 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena inxtraw 5 karozzi ġodda minn entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #28569 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa għas-safar fid-dikasteru tiegħi matul l-ewwel disa’xhur tas-sena 2011 hija ndikata fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq ninfurmah li n-nefqa mhix finali peress li għad iridu jsiru xi refużjonijiet.
Leg 11 PQ #23450 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

photovoltaic farms

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern u l-linja ta' gwida tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-iżvilupp tal-photovoltaic farms fil-gżejjer tagħna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għadejjin diskussjonijiet bejn il-MEPA u l-Awtorità dwar ir-Riżorsi biex ikun hemm pożizzjoni strateġika bid-dettalji tekniċi dwar kif sistema bħal din tista’ taħdem, l-economic feasibility tagħha, kif ser jitqabbad l-impjant mal-grid u l-impatti ambjentali.
Leg 11 PQ #24569 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — servizz ta' mobile phone

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phone mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' mobile phones in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Leg 11 PQ #25348 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2011, irrapportaw li weġġgħu fuq il-postijiet tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi in-numru ta’ persuni li rrapportaw li weġgħu fuq il-postijiet tax-xogħol fl-ewwel xhur ta’ din is-sena kien jammonta għal 723
Leg 11 PQ #27766 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — servizz ta' karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27613 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 24578, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown tas-somma u ċioe jinfurmani kemm kienet iċ-ċifra tal-fuel globali għat-396 karozza mikrija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #28558 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mressqa l-Qorti — ksur tal-ordni pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti kawża ta' ksur tal-ordni pubblika (inkluż il-kategoriji) matul l-ewwel disa' xhur tas-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, kien hemm 1385 persuna li tressqet il-Qorti dwar kontravvenzjonijiet kontra l-ordni pubbliku skont il-provvedimenti tal-Artikolu 338 tal-Kodiċi Kriminali (Kap 9). Infurmat ukoll illi ma tinżammx breakdown ta' din id-data kompjuterizzata.
Leg 11 PQ #28559 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mressqa l-Qorti — abbuż fuq il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti kawża ta' abbuż fuq il-baħar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, kien hemm 182 persuna li tressqet il-Qorti dwar kontravvenjonijiet b’dgħajjes fuq il-baħar.
Leg 11 PQ #28560 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xiri ta' karozzi ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li fil perjodu msemmi nxtraw sitt (6) karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri w entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (BORG, TONIO)

Ninxtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi inxtraw żewġ (2) karozzi ġodda matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma nxtrawx karozzi mill-Ministeru tiegħi.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 ma nxtrawx karozzi ġodda mid-dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.

Sptar Mater Dei — persuni b'sustanzi artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011, kemm iddaħħlu persuni kawża ta' sustanzi artifiċjali fl-Isptar Mater Dei? X'etajiet kellhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika f’aktar dettal x’inhu jifhem bil-frażi “sustanzi artifiċjali”.

Sptar Mater Dei — persuni b'avvelenament fl-ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011, kemm idaħħlu persuni kawża ta' avvelenament fl-ikel fl-Isptar Mater Dei? X'etajiet kellhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary, in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ avvelenament fl-ikel (food poisoning) fl-ewwel tmien xhur ta’din is-sena, u l-etajiet tagħhom huwa hekk: Eta’ Numru ta’pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei (Jannar – Awwissu 2011) 1-10 1 11-20 1 21-30 5 41-50 2 71-80 1 91-100 1 Total 11 Fit-terminu “ food poisoning ” huma inklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika kkawżati minn viruses li jistgħu jkunu trasmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09 u T61-T62). Ta’ min jinnota li ċ-ċifri għal Settembru 2011 m’humiex disponibbli peress li dawn qed jiġu mdaħħla fid- database bħalissa. NB Dawn il-figuri huma privisorji