Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam taċ-ċanga friska matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment responsabbli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam tal-fniek friski matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2011 ġew maqtula fiż-żewg bicceriji approvati, 32,763 fenek, li huwa stmat li jkollohom piż ta’ bejn wiehed u iehor 1.3kg ir-ras.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-qabda tal-ħut frisk reġistrat matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment responsabbli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-bajd frisk matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-produzzjoni lokali ta’ bajd frisk matul l-ewwel disa’ xhur ta sena maħduma bħala stima skont in-numru ta' tiġieġ tal-bajd reġistrati fil-perjodi imsemmi, kienet approssivament ta’ 3,042,000 tużana.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu ħaddiema u f'liema grad huma u kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm minnhom huma impjegati maċ-ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet fid-dikasteru tagħha matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema u f'liema grad huma u kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm minnhom huma impjegati maċ-ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet fid-dikasteru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena l-Ministeru, d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu impjegaw magħhom tlieta u ħamsin (53) impjegat. Minn dawn l-impjegati, tletin (30) huma abbażi ta’ kuntratt, filwaqt li tlieta u għoxrin (23) ġew impjegati maċ-ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema u f'liema grad huma u kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm minnhom huma impjegati maċ-ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet fid-dikasteru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema u f'liema grad huma u kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm minnhom huma impjegati maċ-ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet fid-dikasteru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema u f'liema grad huma u kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm minnhom huma impjegati maċ-ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet fid-dikasteru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita daħlu 238-il persuna fuq appointment u 60-il persuna fuq kuntratt (inklużi kuntratti mġedda). Dawn daħlu fil-grad jew pożizzjoni ta’ clerk, consultant, dental surgery assistant, designate consultant, enrolled nurse, hospital auxiliary, house officer, medical laboratory technologist, medical officer, midwife, occupational therapist, paramedic aide, pharmacist, pharmacy technician, physiotherapist, podiatrist, radiographer, resident specialist, scientific officer, social worker, speech therapist u staff nurse.
Daħlu wkoll 23 persuna mal-Foundation for Medical Services (FMS) filwaqt li ma sar l-ebda rekultaġġ ġdid fl-Occupational Health and Safety Authority. Bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-ħaddiema li daħlu mal-FMS, il-ħaddiema hawn fuq imsemmija huma kollha impjegati direttament mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk il-kjosks f'Malta u Għawdex humiex awtorizzati bil-permess tal-Aworità tat-Turiżmu ta' Malta li jipprovdu menu bl-ikel li normalment jiġi provdut minn ristoranti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-avviz legali 175 ta’ l-2004, li jirregola l-standards tal-istabbilimenti ta’ l-ikel, ma jispecifikax x’ikel ghandu jigi pprovdut minn kiosk jew ristorant u ghalhekk kiosks f’Malta u Ghawdex bil-licenza mahruga mill-Awtorità tat-Turizmu ta’ Malta jistghu jipprovdu menu jew varjazzjoni ta’ ikel skont kif tikkonkludi f’kull każ l-Awtorità tas-Sahha li tkun ikkonsultata qabel il-hrug ta’ kull licenza kemm ta’ kiosk kif ukoll ta’ ristorant.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saret mill-Ministeru u d-direttorati li jaqgħu taħtu kienet ta' €28,374.28 u €9406.52. L-aħħar ċifra se tiġi rikoverata minn diversi proġetti tal-Unjoni Ewropea.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema u f'liema grad huma u kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm minnhom huma impjegati maċ-ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet fid-dekasteru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
*Informazzjoni addizzjonali tinsab fuq PL 8959 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar 18 ta’ Jannar 2012 waqt seduta 436.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm daħlu ħaddiema u f'liema grad huma u kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm minnhom huma impjegati maċ-Ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet fid-dikasteru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm (6) sitt uffiċjali li daħlu jaħdmu fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011. Dawn kollha jifformaw parti miċ-Ċivil. Erba' (4) minnhom daħlu fil-grad ta' Skrivan (Clerk) u t-tnejn (2) l-oħra daħlu fil-grad ta' Second Secretary.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema u f'liema grad huma u kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm minnhom huma impjegati maċ-Ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet fid-dekasteru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għal Għawdex — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu ħaddiema u f'liema grad huma u kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm minnhom huma impjegati maċ-Ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet fid-dikasteru tagħha matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-nefqa fuq vjaġġar għall-xogħol uffiċjali għal-ewwel disa' xhur tal-2011.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa għas-safar matul l-ewwel 9 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kienet ta' €548,478.80.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — nefqa fuq safar
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat hekk:
Entità
Valur (€)
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunitá
281,695.00
Awtorita' tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol
13,777.00
Sptar Monte Karmeli
8,974.00
Dipartiment tal-Anzjani
834.00
Sptar Sir Paul Boffa
10,396.00
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi
7,386.00