Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus attwali li għandha titħallas lill-kumpaniji/kuntratturi privati għal xogħlijiet li għamlu fi proġetti tat-toroq f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus attwali li għandha titħallas lill-kumpaniji/kuntratturi privati għal xogħlijiet li għamlu fi proġetti ta' kostruzzjoni f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus attwali li għandha titħallas lill-kumpaniji/kuntratturi privati għal xogħlijiet li għamlu fi proġetti ta' breakwaters f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus attwali li għandha titħallas lill-kumpaniji/kuntratturi privati għal xogħlijiet li għamlu fuq proġetti tal-Gvern f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid meta se jissaħħaħ b'aktar ħaddiema l-Malta Central Visa Unit?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jinsab f'konsultazzjoni interna sabiex jitkompla jissaħħah l-operat tas-Central Visa Unit.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27767 u 27609 u jgħid kemm kien in-numru ta' stabbiliment kummerċjali li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 għal dawk li huma l-kontijiet kummerċjali? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali li trid titħallas mill-komunità in kwestjoni biex tkun konformi mal-kontijiet attwali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27766 u 27613 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 24578, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown tas-somma u ċioe jinfurmani kemm kienet iċ-ċifra tal-fuel globali għat-396 karozza mikrija?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27615 u t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27614, jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għat-12-il xahar tas-sena 2010 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kumpaniji li għandhom xi bilanc ta’ taxxa tal-FSS jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali pendenti għas-sena bażi 2010 huwa ta’ 2,792. L-ammont ta’ FSS pendenti minn dawn il-kumpaniji huwa ta’ €8.7 miljun, filwaqt li l-ammont ta’ SSC pendenti huwa ta’ €15.5 miljun. Dan jinkludi kemm is-sehem tal-kumpanija kif ukoll tal-impjegati.
Mhux possibbli tingħata tweġiba dwar in-numru ta' ħaddiema involuti minħabba li l-pagamenti mħallsa ma jiġux allokati kontra impjegati speċifiċi u individwalment imma jiġu
credited
akkont tal-bilanċ dovut mill-kumpannija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi minn ommijiet xebbiet matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011? Kemm minnhom kien l-ewwel wild? Kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità barranija?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bħalissa ma jkunx għadu f’pożizzjoni li jwieġeb il-parti tal-mistoqsija relatata mas-sena 2011. Għaldaqstant, l-Uffiċċju jista’ jipprovdi figuri għall-2010. Fit-tweġiba mogħtija hawn taħt, ommijiet xebbiet jirreferu għal ommijiet li qatt ma kienu miżżewġa.
Matul is-sena 2010, in-numru ta’ trabi minn ommijiet xebbiet kien jammonta għal 895. Minn dawn l-ommijiet, 70 kienu ta’ nazzjonalità barranija. Informazzjoni dwar kemm minn dawn kienu l-ewwel wild m’hijiex disponibbli.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, kemm se jkun sehem Malta fil-fond li qed jitħejja sabiex jingħata assistenza lill-pajjiżi taż-Żona Ewro li qed jingħad li se jilħaq aktar minn żewġ triljuni ta' ewro? Jista' jinforma ukoll kemm kien sehem Malta s'issa biex tonora l-obbligazzjoni li għamlet s'issa sabiex jagħmel tajjeb għad-dejn tal-Irlanda, il-Portugal u l-Greċja? Jista' jinforma jekk għamilx kalkolu ta' x'jista' jkun sehem Malta kemm-il darba ikun hemm talba mill-Italja u Spanja għal għajnuna simili u fil-kuntest li l-Italja għandha dejn ta' €1.3 triljun, filwaqt li dak ta' Spanja jlaħħaq għal madwar €800 biljun? Jista' jgħid minn fejn se jinġiebu dawn il-fondi, u jekk hux beħsiebu jgħolli xi taxxi sabiex jiffinanzja dawn l-obbligi? Fl-aħħar nett, jista' jgħarraf lill-Kamra kemm ħadet flus net Malta mill-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 s'issa?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab informant li l-fond imsejjaħ EFSF (European Financial Stability Facility) għandu kapacità ta’ self effettiv ta’ Eur 440 biljun (mill-aħħar emendi li sarulu). Dan is-self jiġi ffinanzjat mis-swieq finanzjarji Ewropej abbażi tal-użu ta’ garanziji pprovduti lill-EFSF mill-pajjiżi membri taż-żona ewro, liema garanziji jlaħħqu għal madwar Eur 780 biljun. Dawn il-garanziji jiġu msejħa biss f’każijiet ta’ bżonn, fejn l-EFSF ikollha bżonn il-flus biex tonora pagamenti li jkollha tagħmel fuq is-self tagħha. Malta qed tiggarantixxi s-sehem tagħha abbażi tal-ECB ‘capital subscription key’ tagħha ta’ 0.0903%, li jfisser ammont ta’ Eur 704 miljun. Ta’ min jgħid li l-Portugall u l-Irlanda qegħdin jisselfu taħt dan il-mekkaniżmu.
Dan huwa differenti mis-self lill-Greċja, fejn kull membru taż-żona ewro pprovda self bilaterali lill-istess Greċja. Malta ntrabtet li tislef total ta’ madwar Eur 75 miljun fuq 3 snin lill-Greċja. Sa issa, Malta silfet ammont ta’ madwar Eur 20 miljun fl-2010, Eur 20 miljun oħra fl-ewwel kwart tal-2011 u Eur 5 miljuni fit-tieni kwart tal-istess sena. B’hekk s’issa, l-Gvern Malti ser ikun silef total ta’ qrib l-Eur 45 miljun lill-Greċja. Sad-data tal-15 ta’ Settembru 2011, il-Gvern Malti rċieva imgħaxx mħallas mill-Greċja li jlaħħaq il-Eur 1.5 miljun filwaqt li ħallas imgħaxx ta’ qrib is-Eur 690,000 fuq is-self li kellu jagħmel biex jiffinanzja dan is-self. Dan ħalla qliegħ lill-Gvern Malti ta’ madwar Eur 835,000.
Filwaqt li ma hemmx stimi jew ħsibijiet li l-Italja u/jew Spanja ser jitolbu għall-għajnuna finanzjarja lill-EFSF, dan ma jfissirx li l-Gvern mhuwiex konxju tas-sitwazzjoni imwiera li hemm madwarna bħalissa, sitwazzjoni li tista’ taffetwa lill-pajjiżna ħażin. Madankollu, is-sistema tal-garanziji tal-EFSF hija maqbula u ffinalizzata, kif imsemmi qabel. Dan ifisser li allura Malta tista’ tintalab sa massimu ta’ Eur 704 miljun. Din hija l-garanzija li hi diġà qegħda tipprovdi u xejn iktar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-frott frisk matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment responsabbli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-ħxejjex friski matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment responsabbli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam tat-tjur (broilers) friski matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment responsabbli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam tal-majjal frisk matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment responsabbli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika.