Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kuntratturi privati — proġetti ta' kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29267 u jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus attwali li għandha titħallas lill-kumpaniji/kuntratturi privati għal xogħlijiet li għamlu fi proġetti ta' kostruzzjoni f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont in kwistjoni huwa ta' €1,403,071.83 fil-każ ta' Malta u xejn fil-każ ta' Għawdex.

Karigi tal-persuni b'diżabilità li jaħdmu maċ-Ċivil

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' persuni b'diżabilità li qed jaħdmu maċ-Ċivil? X'karigi għandhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpallant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Produzzjoni tal-laħam tat-tjur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28774 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam tat-tjur (broilers) friski matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-produzzjoni lokali tal-laħam tat-tjur (broilers) friski matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kienet tammonta għal 2,214,762 kilogrammi. L-informazzjoni bejn Lulju u Settembru għadha qed tiġi pproċessata.

Produzzjoni tal-laħam tal-majjal frisk

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28775 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam tal-majjal frisk matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28775.

Qabda tal-ħut frisk reġistrat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28778 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-qabda tal-ħut frisk reġistrat matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-qabda tal-ħut frisk reġistrat matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kienet tammonta għal 591,270 kilogrammi. L-informazzjoni bejn Lulju u Settembru għadha qed tiġi pproċessata.

Produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga friska

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28776 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam taċ-ċanga friska matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab informat li l-produzzjoni lokali tal-laħam taċ-ċanga friska matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kienet tammonta għal 588,976 kilogrammi. L-informazzjoni bejn Lulju u Settembru għadha qed tiġi pproċessata.

Produzzjoni lokali tal-ħxejjex friski

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28786 li oriġinarament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-ħxejjex friski matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-produzzjoni lokali tal-ħxejjex friski li għadda minn swieq uffiċjali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kienet tammonta għal 21,542,270 kilogrammi. L-informazzjoni bejn Lulju u Settembru għadha qed tiġi pproċessata.
Leg 11 PQ #23607 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li taw konsulenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni/kumpaniji li taw konsulenza matul l-2010 f'Malta u Għawdex separatament kif ukoll il-karigi jew il-ħiliet li kellhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill- Onor.Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari nru.27478

Ħaddiema li rrikorrew għas-sick leave minn fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni/ħaddiema li rrikorrew għas-sick leave minn fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-aħħar disa' xhur tas-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lil Onor Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema li sottomettew talba għal benefiċċju tal-Mard fl-ewwel disa’ xhur tas-sena jammonta għal 48,015.

Ħaddiema — ġranet tas-sick leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel disa' xhur tas-sena, kemm kien in-numru ta' ġranet tas-sick leave li għamlu użu minnhom il-ħaddiema abbażi tad-drittijiet tagħhom fuq il-post tax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lil Onor Interpellant li l-istatistika li tista’ tingħata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali hija n-numru ta’ ġranet ta’ sick leave indikati fuq iċ-ċertifikati l-blu li jintbagħtu lid-dipartiment. In-numru ta’ ġranet sick indikati fuq iċ-ċertifikati fil-perjodu msemmi jammonta għal 705,994.

ċifra globali ta' flus li tħallset f'sick leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hija ċ-ċifra globali fi flus li tħallset għas-sick leave dovut lill-ħaddiema matul l-ewwel disa' xhur tas-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lil Onor Interpellant li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena l-ispiża fuq il-Benefiċċju tal-Mard laħqet €4,840,494
Leg 11 PQ #29436 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kiosk — liċenzji

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28721, jista' l-Prim Ministru jinfurmani jekk il-kiosks f'Malta humiex liċenzjati/awtorizzati li jibqgħu miftuħin bil-mużika u s-servizz tas-satelite TV wara l-11:00 pm? Jekk fl-affermattiv, b'liema legal notice huma koperti l-kiosks?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-kiosks f’Malta llicenzati mill-Awtorità Maltija tat-Turizmu huma awtorizzati li jibqghu miftuħa sas-siegħa ta’ filgħodu skont regolament 03 tat-tieni Taqsima tat-Tielet Skeda tal-Avviż Legali numru wieħed tas-sena 2006, Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ. Skont l-istess Avviz Legali kull operator ta’ stabbilimenti tal- catering illicenzjat mill-istess Awtorità Maltija tat-Turizmu jrid josserva r-regolamenti ta’ l-istess Avviz Legali partikolarment regolament 38 (2) dwar id-daqq tal-muzika b’kull mezz ġo post kummerċjali.

Kiosk — menu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28721, jista' l-Ministru jgħid x'kundizzjonijiet ikollu kiosk biex jopera u ċioe joffri servizzi ta' menu komparabbli mas-servizzi ta' menu li joffru r-ristoranti? Jekk fl-affermattiv, liema legal notice tkopri dan il-permess?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li jeżistu żewġ tipi ta’ kjoskijiet, dawk li huma fissi u dawk mobbli. Il-kundizzjonijiet li jiġu mposti fuq kjoskijiet fissi huma l-istess bħal dawk li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ ‘ snack bar’ jew ristoranti’ li joffru menu għal kull tip ta’ ikel. Matul l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ta’ dawn l-istabbilimenti tal-ikel, l-operatur irid dejjem jindika lit-Taqsima tas-Sigurta` fl-Ikel fi ħdan id-Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali, t-tip ta’ ikel li jixtieq joffri jew jipprepara jiġifieri l- menu , il-kobor tal-kċina, kif ukoll in-numru ta’ klijenti li dawn il-postijiet jistgħu jakkomodaw. Wara li tingħata din l-informazzjoni jiġi deċiż x’tip ta’ ikel jista’ jiġi ppreparat jew imsajjar. Fil-każ li l-kċina ma tkunx kbira biżżejjed u ma jkunx hemm alternattivi oħra biex din tikber fid-daqs, l-operatur irid jadatta l- menu skont id-daqs tal-kċina tal-istabbiliment. L-operatur jintrabat b’diversi kundizzjonijiet mad-Direttorat qabel ma jingħata l-approvazzjoni sabiex jiġi żgurat li kull possibilita` ta’ kontaminazzjoni tal-ikel tiġi kkontrollata. Din l-istess approvazzjoni tingħata lill-Awtorita` tat-Turiżmu biex jinħareg il-permess finali biex wieħed ikun jista` jopera dawn it-tipi ta’ stabbilimenti. Filwaqt illi l-kjoskijiet mobbli jiġu pproċessati bl-istess mod, il- menu li dawn jistgħu joffru lill-pubbliku jkun limitat minħabba n-nuqqas ta’ spazju fil-kjosk u għalhekk tikber il-possibilita` ta’ riskju ta’ kontaminazzjoni. L-unika differenza hija li dawn it -tipi ta’ kjoskijiet jiġu wkoll mitluba li jkollhom post jew garaxx fejn jiġi maħżun l-ikel li jkollhom bżonn jew jifdlilhom. Jista` jkun hemm ukoll eventwalita’ li dawn il-postijiet jew garaxxijiet jintużaw biex isir xi preparamenti tal-ikel qabel ma joħorġu fit-toroq. Kif isir mal-istabbilimenti fissi tal-ikel, dawn ukoll jiġu spezzjonati u diversi kundizzjonijiet jitniżżlu fl-approvazzjoni biex l-operatur jintrabat mad-Direttorat x’tip ta’ ikel ikun permessibli li jiġi ppreparat. Il-permess finali ta’ din il-kategorija ta’ kjoskijiet mobbli tinġħata mid-Diviżjoni Għall-Kummerċ. Il-leġislazzjoni prinċipali li wieħed għandu josserva ġo l-istabbilimenti tal-ikel kollha fosthom dawk imsemmija hawn fuq huma L-Att dwar is-Sigurta tal-Ikel (Att X1V) 2002 u Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 u Regolament KE 852/2004. Wieħed jista wkoll jagħmel uzu mill- manual ‘Il-Leġislazzjoni tas-Sigurta’ fl-ikel Spjegata’ li jinsab fuq is-sit elettroniku: http://www.sahha.gov.mt/pages.aspx?page=760

ETC — persuni b'diżabilità li jirreġistraw

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jinsabu jirreġistraw għax-xogħol jew taħt xi forma oħra mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ persuni b`diżabilità li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sal-aħħar ta’ Awwissu 2011 fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru kien ta’ 422. Kien hemm 41 persuni oħra b’diżabilità li kienu qed jirreġistraw għal xogħol part-time.

Persuni barranin — working permits pendenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni barranin attwali li għandhom talba pendenti għall-working permits f'pajjiżna? X'nazzjonalità huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni barranin li għandhom working permit

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni barranin attwali li għandhom working permit f'pajjiżna? X'nazzjonalità huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Applikazzjonijiet għal working permits miċħuda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il applikazzjoni għal working permits ġiet miċħuda sena b'sena matul dawn l-aħħar sentejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ working permits miċħuda fl-2010 kien ta’ 447-il applikazzjoni filwaqt li bejn Jannar 2011 sal-aħħar ta’ Settembru 2011 kien hemm 234-il applikazzjoni miċħuda.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28576 u jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ħaddiema li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni/ħaddiema li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-aħħar disa' xhur tas-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni/ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-aħħar disa' xhur tas-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lil Onor Interpellant li l-istatistika mitluba minnu ma tinżammx mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħi. Peress li din l-istatistika tinżamm mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol nitlob lil Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru responsabbli.