Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — karozzi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtha llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — karozzi mikrija
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtha llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku/kolliżjonijiet li l-karozzi tal-Arriva kellhom minn mindu bdew joperaw? Fuq liema rotta ġew reġistrati dawn l-inċidenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn mindu bdiet topera l-kumpanija Arriva Malta Ltd sal-aħħar ta' Settembru 2011, ġew irreġistrati 299 inċident/kollużjoni. Infurmat ukoll li Arriva Malta Ltd m'għandhiex informazzjoni fuq liema rotot saru dawn l-inċidenti/kollużjonijiet. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li fl-istess perjodu il-karozzi tal-linja operaw fuq it-triq għal madwar 350 elf siegħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-livelli tan-nitrati fl-ilma tal-pjan matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16832, infakkru li mill-2009 kien imniedi programm estensiv ta’ monitoraġġ tal-korpi kollha ta’ l-ilma tal-pjan u li għalhekk ikopri kemm dawk il-korpi ta’ l-ilma li jintużaw għall-irfiegħ tal-ilma tax-xorb u anke dawk il-korpi li jintużaw esklussivament għat-tisqija.
Infakkru wkoll li billi l-punti ta’ monitoraġġ ikopru wkoll areas ta’ dawn il-korpi tal-ilma li ma jintużawx għall-irfiegħ ta’ ilma tax-xorb; il-livell
average
ta’ nitrat fihom huwa għola mill-medja li joħrog mill-
pumping stations
tal-Water Services Corporation li huma f’lokalitajiet aktar ċentrali fil-korp tal-ilma. Fil-fatt il-livelli ta' nitrati identifikati jikkorrelataw b’mod qawwi mal-intensita tal-attività agrikola fiż-żona minn fejn issir l-estrazzjoni.
Niġbed l-attenzjoni għall-fatt li skont l-esperti huwa kkalkulat li r-Residence Time (jiġifieri, iż-żmien li jieħu l-ilma tax-xita mill-ħin li jippenetra fl-art sakemm joħroġ mill-pjan tal-art) huwa bejn wieħed u ieħor 40 sena. Dan ifisser li llum qed naraw livelli riżultat ta’ dak li sar aktar minn erbgħin sena ilu fl-użu indiskriminat ta' fertilizzant, b'mod partikolari l-Urea li llum huwa llegali li timportah u wisq aktar li tużaħ.
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba għas-sena 2010.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li jinġabar organic waste kull sena f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum l-uniċi żewġ frazzjonijiet ta’ skart organiku li jinġabru b’mod separat huma l-qtugħ tas-siġar (green waste) u l-injam. Fl-2010 l-WasteServ irċeviet madwar 9,000 tunnellata ta’ dan il-materjal b’mod separat. L-iskart organiku mid-djar għadu jinġabar imħallat ma’ materjali oħra fil-borża s-sewda.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru jinkrew 7 karozzi mill-Ambaxxati u Uffiċċju Rappresentativ u dawn jiswew €3,962 fix-xahar.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — karozzi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29266 u jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus attwali li għandha titħallas lill-kumpaniji/kuntratturi privati għal xogħlijiet li għamlu fi proġetti tat-toroq f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ċ-ċifra ta' flus hija ta' €832,711 fil-każ ta' Malta u xejn fil-każ ta' Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta d-dejn marġinali llum f'ċifra ta' flus globali? Jista' jagħti breakdown sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29270, meta huwa maħsub li jiġu finalizzati dawn il-konsultazzjonijiet u meta huwa maħsub li jissaħħaħ il-Visa Unit?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-konsultazzjonijiet jinsabu fi stadju avvanzat u ġaladarba l-proposti li qegħdin jiġu eżaminati jiġu miftiehma, allura huwa mistenni li dan jiġu attivati mill-aktar fis possibbli.
Ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29294 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Taħriġ u issa ġiet riferuta lilu u ċioe jgħid kemm kien in-numru ta' persuni/ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-aħħar disa' xhur tas-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kien hemm inċident wieħed li wassal għal fatalità fuq il-post tax-xogħol. Dan l-inċident seħħ f’Mejju 2011.
Għal skopijiet ta’ statistika, l-awtorità qed tistenna l-eżitu ta’ Inkjesta Maġisterjali biex tara jekk kienx hemm ħidma llegali waqt inċident li wkoll wassal biex persuna jitlef ħajtu f’Ottubru waqt xogħol li kien qed isir.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29292 u 28576 u jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28785 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-frott frisk matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-produzzjoni lokali tal-frott frisk li għadda minn swieq uffiċjali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kienet tammonta għal 1,622,678 kilogrammi. L-informazzjoni bejn Lulju u Settembru għadha qed tiġi pproċessata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28787, 27767 u 27609 u jgħid kemm kien in-numru ta' stabbiliment kummerċjali li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 għal dawk li huma l-kontijiet kummerċjali? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali li trid titħallas mill-komunità in kwestjoni biex tkun konformi mal-kontijiet attwali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ stabbilimenti kummerċjali li għandhom kontijiet pendenti minn Jannar sa Ġunju 2011 huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29269 u jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus attwali li għandha titħallas lill-kumpaniji/kuntratturi privati għal xogħlijiet li għamlu fuq proġetti tal-Gvern f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29268 u jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus attwali li għandha titħallas lill-kumpaniji/kuntratturi privati għal xogħlijiet li għamlu fi proġetti ta' breakwaters f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda ħlasijiet pendenti la f'Malta u lanqas f'Għawdex għat-tip ta' xogħlijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.