Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #30121 Sitting 412 2011-11-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena ngħataw 30 direct order li jammontaw għal €1,038,692.07.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul l-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena in-numru ta’ direct orders kien ta’ elf, disa’ mija u ħamsin (1,950) għall-valur globali ta’ sitt miljun, disa’ mija u tlieta u sebgħin elf, erba’ mija u sitta u għoxrin Ewro (€6,973,426.00).

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba dwar direct orders ta’ valur ta’ €6,000 (excl VAT) jew aktar li ngħataw bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30124 Sitting 412 2011-11-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena l-ammont ta' direct orders li ngħataw mill-Ministeru u mid-Direttorati li jaqgħu taħtu huwa kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dejn Nazzjonali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29758, jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta d-dejn nazzjonali llum f'ċifra ta' flus globali? Jista' jagħti breakdown sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reverse Osmoses — produzzjoni ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ilma mir-Reverse Osmoses matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Jista' jipprovdi kemm kienet ikkalkulata l-ispiża sena b'sena abbażi għal din il-produzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Prodott Gross Domestiku — kontribut tal-biedja

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'pajjiżna, kemm kien il-kontribut tal-biedja għall-Prodott Gross Domestiku lokali matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment li huwa responsabbli mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika li jiġbor u jippubblika l-informazzjoni mitluba. .
Leg 11 PQ #30116 Sitting 411 2011-11-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — direct orders

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ngħataw sitta u għoxrin (26) Direct Orders matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena. Dawn ammontaw għas-somma ta' €696,862. Uħud minnhom ikopru għal aktar minn-sena waħda. Direct Orders maħruġa skont ir-Regolamenti Finanzjarji (approvati mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimenti) Ammont Għal ħtigijiet tad-Dekasteri u Dipartimenti f'Malta 124,292 Ordnijiet li sarru minn tletin (30) Ambaxxata, Konsolati Ġenerali u Uffiċċji Rappreżentativi lill- kumpanija fil-pajjiż fejn huma mwaqqfa 661,062

Ministeru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #30067 Sitting 410 2011-11-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karigi tal-persuni b'diżabilità li jaħdmu maċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29557 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni b'diżabilità li qed jaħdmu maċ-Ċivil? X'karigi għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi hemm 314-il persuna reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità li qed jaħdmu mas-Servizz Pubbliku. Il-gradi ta’ dawn l-impjegati jinsabu fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

NSO — numru ta' households

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, kemm huwa n-numru ta' households fil-mument?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ households fl-aħħar estimi għas-sena 2010 huwa ta’ 143,677.

karozzi ġodda reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

bdoti reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdoti tal-ajru reġistrati f'pajjiżna llum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' bdoti tal-ajru reġistrati f'pajjiżna llum hu ta' 336. Imbagħad hemm 24 każ ieħor fejn il-liċenzja ingħatat minn pajjiż ieħor iżda ġiet validata minn Malta.

opri tal-baħar u opri tas-sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' opri tal-baħar, inkluż vapuri u opri tas-sajd eċċ. f'pajjiżna fil-preżent?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma żżommx informazzjoni rigward kemm hu n-numru ta' opri tal-baħar, inkluż vapuri u opri tas-sajd eċċ. li jinsabu f'pajjiżna. L-informazzjoni li tista’ tingħata hija rigward l-opri tal-baħar li huma reġistrati taħt l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili u taħt ir-Reġistru tal-Bastimenti Żgħar. In- numru ta' bċejjeċ tal-baħar ta' aktar minn sitt metri, reġistrati taħt l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili, sal-aħħar t'Ottubru 2011 kien ta’ 5,831. Minn dawn, 798 kienu dgħajjes tas-sajd, 2,770 kienu jottijiet u 2,263 kienu bastimenti merkantili. In-numru ta’ opri tal-baħar reġistrati taħt ir-Reġistru tal-Bastiemnti Żgħar (sa 24 metru) kien ta’ 15,588. Dawn il-figuri ma jinkludux dgħajjes tas-sajd li huma reġistrati mad-Dipartiment tas-Sajd.

Importazzjoni ta' fuels u fuel oils

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni ta' fuels, fuel oils eċċ. matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li b'kollox hemm 48 karozza u li l-ammont in kwistjoni huwa ta' €24,665 fix-xahar. Ara PL 8728 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 8728 nhar it-Tlieta 29 ta' Novembru 2011.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29230 rigward il-vetturi, ninformah li l-informazzjoni mitluba rigward l-ispiża hija kif ġej: Spiża Ministeru u Dipartiment €21,558 Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi €2,036 WasteServ Malta Limited Xejn
Leg 11 PQ #30062 Sitting 409 2011-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru hemm 59 karozza mikrija. Infurmat ukoll illi ċ-ċifra li titħallas kull xahar għall-kiri ta' dawn il-karozzi tammonta għal € 48,249.25.