Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — nefqa globali fuq hospitality

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtha għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — nefqa globali fuq stationeries

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għal stationeries għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa globali fil-Head Office, Direttorati u Dipartimenti fi tnax-il xahar, Ottubru 2010 sa' Settembru 2011 ammontat għal .€14,102 u dik fit-tletin (30) Ambaxxata, Konsolat u Uffiċċji Rappreżentativi ammontat għal €42,710
Leg 11 PQ #30616 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellha applikazzjonijiet ġodda l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bejn Settembru 2010 u Settembru 2011? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li skont is-sistema tal-Informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ġew validati tlett elef mitejn u ħmistax (3,215) il-applikazzjoni, bejn Settembru 2010 u Settembru 2011 (iż-żewġ xhur inklużi). Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni tal-ħames sena preċedenti kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #30617 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa għall tnax-il xahar Ottubru 2010 sa Settembru 2011 f'okkażjonijiet tal-Head Office, Malta, li jinkludu żewġ konferenzi fuq tlett ijiem għal Ambaxxaturi kollha ta' Malta u oħra għall-konsli Onorarji kollha li jirrapreżentaw lill-Malta f'pajjiżi oħra, laqgħa mal-Ambaxxaturi kollha akkreditati għal Malta, oħra għall-konsli ta' pajjiżi oħra f'Malta f'Jannar, diversi viżiti għal laqgħat bilaterali minn Ministri u Dinjitarji barranin u wkoll okkażjonijiet uffiċjali oħra, tammonta għal €72.944. Ospitalita mit-tletin (30) Ambaxxati, konsolati, u Uffiċċji Rappreżentativi ta' Malta li jinsabu barra minn Malta, fl-istess tnax il-xahar, eżtiża lill-Dinjitarji barranin u Delegazzjonijiet,apparti okkażjonijiet oħra, tammonta għal €35, 562 .

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30621 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqija Parlamentari numru 27953.

Ministeru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30118 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30119 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Prodott Gross Domestiku — kontribut tal-biedja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30074 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f'pajjiżna, kemm kien il-kontribut tal-biedja għall-Prodott Gross Domestiku lokali matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29882, 29292 u 28576 u jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30059 u jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30479 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat Malta — rotot tal-Arriva - ilmenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jaġġorna dwar l-ilmenti tal-komunità Rabtija rigward ir-rotot tal-Arriva fir-Rabat u l-madwar? Liema huma l-ilmenti milqugħa? Liema għadhom pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bhal ma nemmen li jaf l-Onorevoli Interpellant, kemm it-Task Force li waqqaft jien ftit tal-ġranet ilu kif ukoll TM qed jaraw li r-rotot kif stipulati bl-aħħar aġġustamenti jiġu osservati mill-Kuntrattur. Evidenti ukoll li mill-aħħar aġġustamenti l’hawn sar meljorament li wieħed faċilment jinnutah. Għar-rigward tal-lokalità tar-Rabat, napprezza jekk l-Onorevoli Interpellant jgħaddili iktar dettalji dwar l-ilmenti li qed jirreferi għalihom sabiex inkun nista ngħaddilu l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #30481 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — pendenzi fil-pagi u l-overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-pendenzi tal-arretrati fil-pagi u l-overtime tal-membri tal-Korp tal-Pulizija attwalment?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif diġa' kelli l-okkażjoni ninforma lill-Kamra, il-ħlas tal-overtime lill-membri tal-Korp tal-Pulizija ġeneralment isir xahrejn b’lura minħabba raġunijiet amministrattivi. Fil-fatt l-overtime li nħadem f’Settembru ta’ din is-sena u li jammonta għal €76,376, ser jitħallas mal-paga tat-2 ta’ Diċembru. Għal dak li jirrigwarda l-pagi, ninsab infurmat li ma hemmx arretrati peress li l-paga lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, titħallas regolarment matul is-sena kull 4 ġimgħat, bħal l-impjegati l-oħra tal-Gvern, .
Leg 11 PQ #30484 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30116 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infumat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba rigward direct orders li ngħataw fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena kienu kif ġej: Numru Valur Totali Ministeru u Dipartimenti 35 €887,095 Awtorità ta’ Malta dwar Ri żorsi 8 €163,304 WasteServe Malta Ltd 15 €611,220. Dawn id- direct orders ingħataw skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern