Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30654, 30486 u 30119 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Nefqa Globali fuq Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30637 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kazijiet ta' rakkmandazzjoni ta' studji għal inqas periklu li jeżisti fit-toroq għar-rigward tat-traffiku skont teżi matul din is-sena? Jista' l-Ministru jinforma bid-dettal tat-triq? Jista' ukoll jipprovdi n-numru ta' ilmenti pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku u jikkjarifika l-informazzjoni li qed jitlob.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Nefqa Globali fuq stationeries
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 30634 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għal stationeries għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali fuq mobile phones
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30635 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tal-poultry matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta’ Jannar sas-6 ta’ Dicembru 2011 saru 438 ispezzjoni fuq irziezet/ produtturi tat-tiġieġ minn uffiċjali tad-Dipartiment
Minn dawn, 403 ispezzjoni saru fuq is-sorveljanza ta’ċertu mard bħalma hija s-salmonella, fuq il-biosigurta’ tal-irziezet u il-welfare tat-tiġieġ tal-bajd. Minnhom 35 ispezzjoni saru fuq il-
welfare
tat-tiġieġ tal-bajd li huma speċifiċi fuq it-tip tal-gaġeġ li jintużaw li jridu jkunu konformi mal-i
standards
minimi tal-Ewropa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-majjali matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninfurma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1ta’ Jannar 2011 sas-6 ta’ Dicembru saru 1129 ispezzjoni fuq l-irziezet tat-trobbija tal-majjal, minnhom 980 ispezzjoni huma relattati mal-identifikazzjoni tal-ħnieżer u 149 ispezzjoni huma speċifici fuq it-trattament xieraq tal-annimali.
Rotot tas-Servizz tal-Arriva — titjib permezz tat-task force
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-arranġamenti li saru għat-titjib tar-rotot tas-servizzi tal-Arriva mindu twaqqfet it-task force? Jista' jwieġeb bid-dettal tal-lokalitajiet tas-7 u 12-il distrett elettorali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għadu kmieni wisq sabiex nagħti rendikont fid-dettal tal-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali fuq stationeries
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30626 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għal stationeries għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30625 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-nefqa tad-dikasteri u entitajiet fi ħdan dan il-Ministeru għall-perjodu imsemmi kienet ta’ €71,534. In-nefqa tal-Ministeru tinkuldi wkoll l-infiq li sar f’ospitalità bħala parti mill-ftuħ uffiċjali ta’ proġetti pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'riċerka saret dwar il-possibbilità li jiġi trattat il-hazard waste tal-power station il-ġdida? Jekk fl-affermattiv, min ikkummissjona din ir-riċerka u kemm swiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment li hu responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30624 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'riċerka saret biex isir użu ta' hazard waste li jkun qed jirriżulta mill-power station il-ġdida? Jekk fl-affermattiv, min ikkummissjona din ir-riċerka u kemm swiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' stabbiliment kummerċjali li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 għal dawk li huma l-kontijiet kummerċjali? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali li trid titħallas mill-komunità in kwestjoni biex tkun konformi mal-kontijiet attwali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29753.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27609 u jgħid kemm kien in-numru ta' stabbiliment kummerċjali li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 għal dawk li huma l-kontijiet kummerċjali? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali li trid titħallas mill-komunità in kwestjoni biex tkun konformi mal-kontijiet attwali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29753.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27767 u 27609 u jgħid kemm kien in-numru ta' stabbiliment kummerċjali li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 għal dawk li huma l-kontijiet kummerċjali? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali li trid titħallas mill-komunità in kwestjoni biex tkun konformi mal-kontijiet attwali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29753.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30074 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f'pajjiżna, kemm kien il-kontribut tal-biedja għall-Prodott Gross Domestiku lokali matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 30653.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30617 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.
Ministeru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30485 u 30118 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.