Dħul tal-Gvern minn taxxa tal-VAT fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'dik li hija taxxa tal-VAT fuq il-mobile phones f'pajjiżna bejn Settembru 2010 u Settembru 2011? Jista' jinfurmani bl-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-VAT dovuta fuq il-mobile phones ma tistax tiġi kkalkulata peress li l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-VAT mhijiex kategorizzata iżda tirreferi għal-VAT miġbura fuq provvisti ta’ servizzi u prodotti b’mod globali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' operazzjonijiet maġġuri li saru matul l-aħħar seba' snin sena b'sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet maġġuri rregistrati li saru bejn Jannar tal-2004 u Ottubru tal-2011 ġewwa l-Isptar San Luqa/Mater Dei jidhru hawn taħt. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri li jkunu ippjanati minn qabel (Elective) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (Emergency).
Sena
Major Variant
(CMO, Major+, Major)
2004
8,119
2005
9,248
2006
9,555
2007 *
9,276
2008
9,837
2009
10,681
2010
11,709
2011 (Jannar sa Ottubru)
10,342
F’ Novembru tas-sena 2007 saret il-migrazzjoni mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Mater Dei.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Nefqa globali fuq mobile phones
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30636, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid min huma l-persuni li għandhom mobile? Xi grad għandhom?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — nefqa fuq mobile phones
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30639, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li għandhom mobile? Xi grad għandhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li għandhom is-servizz tal-mobile imħallas mid-dipartiment rispettiv kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30878 u 30617 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30945 u jgħid x'riċerka saret biex isir użu ta' hazard waste li jkun qed jirriżulta mill-power station il-ġdida? Jekk fl-affermattiv, min ikkummissjona din ir-riċerka u kemm swiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30944 u 30624 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ninsab infurmat li t-tnaqqis f’termini ta’ perċentwali fil-kontribut tal-biedja lokali lejn il-Valur Miżjud Gross (Gross Value Added) matul dawn l-aħħar ħames snin kien l-aktar dovut għall-fatt li l-ekonomija Maltija kibret b’rata aktar mgħaġġla mir-rata tat-tkabbir tas-settur agrikolu.
Il-biedja lokali rreġistrat żieda fil-Valur Miżjud Gross meta mqabbel mas-sena ta’ qabel ħlief fl-2007 meta kien hemm tnaqqis fil-produzzjoni tal-għeneb, inbejjed u laħam, u fl-2010 meta kien hemm tnaqqis fil-produzzjoni tal-frott, ħxejjex u bajd fost oħrajn.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30642 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30754 u 30480 u jgħid x'ikkawża t-tarmac cracks fil-bypass tal-Imtarfa fuq iż-żewġ naħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skont l-istudji li saru jirriżulta li minħabba l-ġeoloġija tas-sit, hemm ammont konsiderevoli t'ilma ġieri li qed jippenetra minn taħt it-triq, li b'konsegwenza t'hekk, it-tafal qed jixxarrab u jiddeforma ruħu. Dan iċ-ċaqliq fit-tafal qed jiġi rifless fil-wiċċ tat-triq u minħabba f'hekk l-asfalt qed jinqasam.
Is-soluzzjoni li qed tiġi proposta hi li jinbena
French drain
it-tul ta' fejn hemm il-ħsarat biex dan l-ilma ġieri jiġi dirett fl-i
storm water culvert
li hemm eżistenti man-naħa ta' barra tal-imsemmija triq. Dawn ix-xogħlijiet qed jiġu kkordinati biex tinħareġ sejħa għall-offerti fil-ġimgħat li ġejjin. Sadanittant Transport Malta qed tevalwa
sealing material
biex jiġi wżat fuq dawn il-
cracks
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-ngħaġ matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2011 saru 1,858 spezzjoni fuq irziezet li għandhom bħala attivita prinċipali t-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoż. Dan in-numru ma jinkludix l-ispezzjonijiet li saru fuq dawk l-irziezet tat-trobbija tal-baqar tal-ħalib li jrabbu n-nagħaġ ukoll. Dawn l-ispezzjonijiet jinkludu kontrolli għall-mard bhall- Brucellosi u t-Tuberkulosi, il-welfare tal-istess animali fl-irziezet u l-iġene tal-ħalib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-baqar matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2011 saru 243 spezzjoni fuq irziezet tal-baqar tal-produzzjoni tal-ħalib. Dawn l-ispezzjonijiet jinkludu kontrolli għall-mard bħall-Brucellosi, it-tuberkolosi u l-Lewkosi, il-welfare ta' dawn l-annimali u l-igene tal-ħalib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-għoġġiela matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2011 saru 129 spezzjoni fuq irziezet tal-għoġġiela. Dawn l-ispezzjonijiet jinkludu kontrolli għall-mard bħall-Brucellosi, it-tuberkolosi u l-Lewkosi, il-welfare ta' dawn l-annimali.
spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi ta' trobbija ta' annimali eżotiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi ta' trobbija ta' annimali eżotiċi matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dipartiment konċernat fi ħdan dan il-MInisteru ma jirregistrax irziezet ta’ animali eżotiċi. Ngħarrfu wkoll li ma hemm l-ebda informazjoni li jeżistu irziezet ta’ annimali ezotici.