Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31488, 31044 u 30642 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Pazjenti li kellhom joqogħdu fil-kurituri tal-isptarijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2011 kemm kien in-numru ta' pazjenti li kellhom joqogħdu fil-kurituri tal-isptarijiet minħabba overload ta' pazjenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont il- Hospital Activity Report tal-Patient Administration System, kien hemm 7,448 pazjenti li ddaħlu fl-Area 2/ Paediatric Area sakemm instabet sodda fil-wards fil-2011.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema swali fl-Isptar Mater Dei, irriżulta li pazjenti spiċċaw fil-kurituri tas-swali kawża li ma kienx hemm kmamar fejn jakkomodawhom matul l-2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li uniċi żewġ areas li jintużaw għal-pazjenti sakemm tinstabilhom sodda fil-wards huma l-Area 2/ Paediatric Area, li skont il-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System, kien hemm 7,448 pazjenti li ddaħlu fl-Area 2/ Paediatric Area fis-sena 2011.
Kumpaniji privati u parastatali — ħlas ta' National Insurance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' kumpaniji privati u parastatali li huma regolari to date fil-ħlas ta' National Insurance (bolla) tal-ħaddiema tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-formoli annwali tal-impjegati għas-sena bażi 2011 (FS 7s u FS 3s) għadhom kif bdew jidħlu fid-dipartiment u għad iridu jiġu rikonċiljati mal-pagamenti li saru. Għaldaqstant id-dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni dwar is-sena 2011. Għas-sena 2010 kien hemm 5,213 kumpanniji privati u parastatali li kienu to date fil-ħlas ta’ National Insurance (bolla) tal-ħaddiema tagħhom.
Kumpaniji privati u parastatali — Ħlas ta' National Insurance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' kumpaniji privati u parastatali li m'humiex to date fil-ħlas ta' National Insurance (bolla) tal-ħaddiema tagħhom? Kemm hi ċ-ċifra globali li hija f'arretrati u/jew trid titħallas minn kumpaniji eċċ. in kwestjoni fil-preżent?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-formoli annwali tal-impjegati għas-sena bażi 2011 (FS7s u FS3s) għadhom kif bdew jidħlu fid-dipartiment u għad iridu jiġu rikonċiljati mal-pagamenti li saru. Għaldaqstant id-dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni dwar is-sena 2011. Għas-sena 2010 kien hemm 950 kumpaniji privati u parastatali li ma kinux to date fil-ħlas ta’ National Insurance (bolla) tal-ħaddiema tagħhom u l-arretrati jammontaw għal €5,214,134.
Kumpaniji privati u parastatali — ħlas ta' taxxa tal-income
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' kumpaniji privati u parastatali li huma regolari to date fil-ħlas tat-Taxxa tal-Income tal-ħaddiema tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-formoli annwali tal-impjegati għas-sena bażi 2011 (FS 7s u FS 3s) għadhom kif bdew jidħlu fid-dipartiment u għad iridu jiġu rikonċiljati mal-pagamenti li saru. Għaldaqstant id-dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni dwar is-sena 2011. Għas-sena 2010 kien hemm 5,837 kumpanniji privati u parastatali li kienu to date fil-ħlas tat-Taxxa tal-Income tal-ħaddiema tagħhom.
Jista' l-Ministru jagħtina breakdown ta' kemm sajjieda full-time ħadu sussidju direttament mill-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm kien n-numru ta' sajjieda full-time u part-time fl-istess perjodu separatment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13327, ninformah li matul l-perjodu msemmi tqassmu total ta’ € 3,118,524 fuq disa’ u erbgħin (49) bastiment/opra tas-sajd registrata li fil-part l-kbira kienu fil-kategorija MFA u ħamsa biss kienu fil-kategorija MFB.
Barra minn dawn is-sussidji diretti individwali, ta’ min isemmi li preżentement hemm allokati ħdax-il miljun ewro oħra għall-perjodu 2007-2013 taħt il-European Fisheries Fund li bihom se jsiru ukoll proġetti biex tissaħħaħ l-industrija tas-sajd. Dan ifisser li sal-2013 dan is-settur se jkun gawda minn investiment totali ta’ madwar erbgħatax-il miljun ewro.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba maqsuma sena b’sena għal dawn l-aħħar 5 snin.
Jista' l-Ministru jagħtina breakdown ta' kemm bdiewa full-time ħadu sussidju direttament mill-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm kienu in-numru ta' sajjieda full-time u part-time fl-istess perjodu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari, ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31538.
Irziezet/produtturi tat-trobbija tan-nagħaġ — Quality Control
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 31441 u cioè:B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30985, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet saru minn quality controls privati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31443.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31438 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30985, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li kienu ma' normi tal-istandards stabbiliti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31529.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31433, 31041, 30654, 30486 u 30119 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31438, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom saru minn entitajiet privati u kemm dipartimenti kienu konċernati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31535.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kien dak il-mard eċċ. fis-settur tal-biedja rrappurtat u/jew stabbilit mill-uffiċjali tad-Dipartiment matul l-2011 fl-oqsma varji tal-ortikultura, uċuħ ta' raba', trobbija tat-tjur u bhejjem eċċ.?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat għar-Regolamentazzjoni tal-Biedja u Sajd permezz tad-Dipartiment Veterinarju u tad-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjant, b’mod kontinwu u sistematiku jagħmlu spezzjonijiet u testijiet biex tkun żġurata l-għola standard tal-prodott agrikolu.
Matul is-sean 2011, fuq bażi regolari saru spezzjonijiet u testijiet meħtieġa u għalkemm numru ta’ każijiet identifikati ta’ mard, dan bl-ebda mod jindika problemi allarmanti u jeskludu li hemm xi riskju partikolari għas-saħħa tal-konsumatur.
Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba,
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' ċittadinanzi li ġew approvati matul l-2011? Kemm minnhom kienu abbażi ta' ċittadinanza doppja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2011, 988 persuna ġew reġistrati filwaqt 92 persuna ġew naturalizzati bħala ċittadini ta' Malta.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn wara l-emendi għal-liġijiet taċ-Ċittadinanza mis-sena 2000, kull persuna li takkwista ċ-ċittadinanza Maltija għandha dritt iżomm kull ċittadinanza barranija oħra li jkollha jew li tista' takkwista fil-futur.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' talbiet għaċ-ċittadinanza doppja u/jew xorta oħra pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija Nru 31532 fejn għandha x'taqsam il-kwestjoni taċ-ċittadinanza doppja, ninsab infurmat lid-Dipartiment taċ-Cittadinanza u tal-Expatriates sal-aħħar ta' Jannar kien qed jipproċessa 1048 applikazzjoni mingħand persuni, li fil maġġoranza tagħhom qed jgħixu barra minn Malta, sabiex jiġu reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta' Malta.
Spezzjonijeit fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-baqar — quality control
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31442 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30986, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet saru minn quality controls privati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31443.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30987, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ispezzjonijiet saru minn entitajiet privati u min kienu l-entitajiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31443.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31439 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30986, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li kienu ma' normi tal-istandards stabbiliti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31529.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31077, 30878 u 30617 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-Line Item ‘hospitality’ jinkludi kull forma ta’ attività inkluż l-organizzazzjoni ta’ festi Nazzjonali u żjarat Statali u Uffiċjali, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispjega għal-liema attivitajiet qed jirreferi.