Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31627, 31488, 31044 u 30642 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settembru 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali rappurtati lill-Pulizija matul l-2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, ġew irrappurtati lill-Pulizija 609 serqa minn stabbilimenti kummerċjali, li 197 minnhom kienu għad-detriment ta’ impjegati jew parruċċani li kienu fil-ħwienet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn karozzi privati u self-drive rappurtati lill-Pulizija matul l-2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, ġew irrappurtati lill-Pulizija 1445 serqa minn karozzi. Infurmat ukoll, illi ma tinżammx statistika separata dwar karozzi tal-kiri.
Serqiet minn Dipartiment, Ministeri, Dekasteri u entitajiet governattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn dipartiment, ministeri, dekasteri u entitajiet governattivi rappurtati lill-Pulizija matul l-2011? X'kienu l-oġġetti rappurtati misruqa u x'valur jammontaw?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra ġew irrappurtati lill-Pulizija 34 każ ta’ serq minn bini tal-Gvern. Fost l-oġġetti rrappurtati nieqsa kien hemm għodda, telephone sets, computer, flus, mediċinali, apparat elettroniku u għamara. Il-valur globali, kif dikjarat, jammonta għal €9925.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-liċenzji għad-dilettanti tan-namra tal-kaċċa għadhom ma ħarġux biex jerġgħu jiġġeddu din is-sena? Jista' l-Ministru jinforma meta dawn se jerġgħu jiġġeddu? Kemm-il liċenzja tal-kaċċa kien hemm matul l-2011?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont id-dispożizzjonijiet ta’ Regolamenti tal-2006 dwar il-Konservazzjoni ta’ l-Għasafar Selvaġġi, A.L. 79 tal-2006 kif emendat, permess tal-kaċċa ma jistax jiġġedded sakemm il-persuna liċenzjata ma jagħtix lura l-Carnet de Chasse tas-sena ta’ qabel. Bejn il-Ħamis 23 ta’ Frar u l-Erbgħa 29 ta’ Frar il-kotba tal-Carnet de Chasse tal-2011/12 se jinġabru mill-fergħat tal-MaltaPost u ladarba dawn il-kotba jiġu proċessati l-Carnet de Chasse tal-2012/13 se jintbagħtu bil-posta.
Peress li l-liċenzji tal-kaċċa msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari jinħarġu mill-Kummisarju tal-Pulizija, nissuġġerixxi li n-numru tal-liċenzji għall-2011 ikun mistoqsi lill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li l-gvern se jerġa' jgħolli l-liċenzja tal-kaċċa għal din is-sena? Jekk fl-affermattiv, kemm se tkun tiswa din il-liċenzja?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' CJD 2 rapportati f'Malta? Meta kienu u x'nazzjonalità kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-kondizzjoni li jista’ jkun qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija vCJD għaliex CJD2 ma teżistix fil-letteratura.
Fil-każ ta’ vCJD ma kien hemm ebda notifikazzjoni ta’ din il-kondizzjoni lil Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' helicobacter pylori ġie ttestjat matul dawn l-aħħar tliet snin f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom kienu pożittivi? Jista' ukoll jagħti l-istess breakdown għax-xahar ta' Jannar 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-perjodu 1/1/2009 – 31/1/2012 saru 1,397 test għal H. pylori (bil-metodu Enzyme Induced Assay (EIA)), li minnhom 300 (22%) ġew rapportati li kienu pożittivi, u 227 test (bil-metodu Polynerase Chain Reaction (PCR)) li minnhom 17 (8%) ġew rapportati li kienu pożittivi.
Fil-perjodu 1/1/2010 – 31/1/2012 intbagħtu 7 testijiet oħra għal H. pylori ġo laboratorju barra minn Malta, u l-ebda wieħed minnhom ma ġie pożittiv.
F’Jannar 2012 saru 30 test għal H. pylori (bil-metodu EIA), li minnhom 5 (17%) ġew rapportati li kienu pożittivi, u 20 test (bil-metodu PCR) li minnhom 0 (0%) ġew rapportati li kienu pożittiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-vot tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, Ħad-Dingli, Ħaż-Żebbuġ, l-Imġarr u l-Imtarfa matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:32131 - Vot tal-Kunsilli Lokali Rabat,Dingli, Zebbu, Imgarr, Mtarfa.doc
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti rrappurtati fuq il-post tax-xogħol matul 2011? Kemm minnhom kienu maskili? Kemm minnhom kienu feminili? Kemm minnhom kienu fatali?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Jien infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għandu għad-dispożizzjoni tiegħu in-numru ta’ talbiet li jsiru għall-benefiċċju għall-korriment fuq il-post tax-xogħol biss. Fil-fatt in-numru ta’ talbiet li saru lid-dipartiment matul is-sena 2011 kienu jammontaw għal 2557 talba minn persuni maskili u 464 talba minn persuni feminili. Id-Dipatiment tas-Sigurtà Soċjali ma jkollux statistika dwar in-numru ta’ fatalitajiet.
Għaldaqstant dwar din l-aħħar statistika nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jitlob il-kumplament tar-risposta mingħand il-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li weġġgħu u/jew ġew aggrediti waqt il-qadi ta' dmirijiethom matul is-sena 2011? Jista' jinforma bl-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22516, ninsab infurmat illi fl-2011 in-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li weġġħu waqt li kienu fuq xogħol kien ta' 49.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn residenzi privati rappurtati lill-Pulizija matul l-2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2011 ġew rappurtati lill-Pulizija 952 serqiet minn djar privati. Minn dawn 218 kienu jikkonċernaw oġġetti misruq minn fuq barra tar-residenzi u 103 minn residenzi li ma kienux okkupati.
Jista' l-Ministru jgħid x'riċerka saret biex isir użu ta' hazard waste li jkun qed jirriżulta mill-power station il-ġdida? Jekk fl-affermattiv, min ikkummissjona din ir-riċerka u kemm swiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31629.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31153 u 30945 u jgħid x'riċerka saret biex isir użu ta' hazard waste li jkun qed jirriżulta mill-power station il-ġdida? Jekk fl-affermattiv, min ikkummissjona din ir-riċerka u kemm swiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li mhix l-intenzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta li tagħmel użu minn dan l-iskart. L-iskart se jinġabar u jiġi trasportat b’mod mill-aktar sigur lejn landfills barra l-pajjiż biex jiġi dispost hemmhekk.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30416, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bi tweġiba to date abbażi ta' dak li jirriżulta bħala dejn globali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31767.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex l-individwu, li r-referenza tal-każ tiegħu qed tintbagħat separatament, qed jiġi mċaħħad milli jgħix fil-libertà tant li meta l-ġenituri jkunu morda lanqas jista' jżurhom biex jorqod magħhom biex ikun ta' wens għal matul il-lejl ? Jista' jara li din l-inġustizzja tiġi rimedjata bla aktar inkonvenjent lejn d-drittijiet umani?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn investigazzjonijiet li għamlet l-Awtorità tad-Djar irriżulta li l-inkwilin ma kienx qed jagħmel użu mill-fond kif suppost li jagħmel. Evidenza ta' dan kien l-konsum baxx hafna tad-dawl u l-ilma. Għalhekk l-Awtorità tad-Djar kompliet tinvestiga aktar fil-fond.
Ninsab ċert li l-Onoveroli Interpellant jifhem tajjeb li postijiet residenzjali tal-Gvern m'għandhomx jitħallew vojta iżda jiġu utilizzati kif suppost mill-inkwilini. Dan, min-naħa l-oħra ma jiffirsx li l-inkuwilin ma jistax jżur u jieħu ħsieb il-ġenitur tiegħu iżda huwa mistenni li jagħmel użu kontinwu mill-fond mikri lilu mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jispjega r-raġuni li l-Ministeru avża u ddikjara li bdiewa part-time se jintalbu jirrevedu lura sussidji finazjarji li ngħataw? Jista' jinforma ukoll min kien resposabbli biex laqqa' lill-bdiewa u fehemhom kundizzjonijiet differenti? Jista' jinfurmana bil-kopji tal-komunikati li ġew indirizzati lill-bdiewa biex dawn issottomettew l-applikazzjonijiet?
B'referenza għas-sussidju finanzjarju li l-bdiewa qed jintalbu jirrifondu lura lid-dipartiment wara li d-dipartiment skopra li dawn mhumiex intitolati għalihom, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija ċ-ċifra globali li trid tinġabar mingħand dawn il-bdiewa? Jista' jgħid kemm hu n-numru totali tal-bdiewa li jridu jirrifondu l-flus in kwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ tħaddim ta’ skemi ta’ sussidju finanzjarju u għanjuniet oħra mħaddma mill-Aġenzija għall-Pagamenti ma ssirx distinzjoni bejn bdiewa full-time u dawk part-time. Ninfurmah ukoll li l-Aġenzija għall-Pagamenti ma sejħitx laqgħat għall-bdiewa f’dan ir-rigward.
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jikkjarifika għal liema skemi ta’ sussidju qiegħed jirreferi għalihom.