Legislature:
Category:
Reset
Active:

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — pjanijiet differenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32278 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx xi pjan li huwa differenti minn dak tal-MDG's mill-5+5?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

każ ta' persuna

Question

B'referenza għall-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu seperatament u billi l-persuna kkonċernata kellha problemi u żvantaġġi ta' komunikazjoni oħra relatati ma' problemi fil-proċess tas-separazzjoni, jista' l-Ministru jara kif tista' tiġi mgħejjuna din il-persuna? Billi għal xi żmien din il-persuna kienet tbati minn dipressjoni, jista' jara li jinstab rimedju immedjatament ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.

kwestjoni dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Minsitru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix bir-relief u l-kont tad-dawl diġà tela' għal €6.006? Peress billi tfal tagħha li huma residenti magħha ukoll għandhom tfal li jbatu minn diżabilità, jista' jara li l-każ tal-familja in kwistjoni jiġi trattat mil-lat soċjali ukoll?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li tikkorrispondi man-numru tal-kont tad-dawl li pprovda diġà qiegħda tirċievi l-benefiċċji kollha mid-dipartiment inkluz il-benefiċċju tal-enerġija. Sabiex jiġi stabbilit, jekk il-membri l-oħra li jgħixu fl-istess familja jew mal-istess familja humiex qed jirċievu l-benefiċċji kollha dovuti inkluż il-Benefiċċju tal-Enerġija hemm bzonn id-dettalji personali tagħhom li ma humiex inkluzi fil-mistoqsija parlamentari. Meta jkollna d-dettalji nkunu nistgħu ninfurmaw lilhom direttament dwar xi benefiċċji li jistgħu ikunu intitolati għalihom.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32276 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'tip ta' għajnuna beħsiebha tagħti Malta biex timbotta dawn l-għanijiet importanti?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Laqgħa dwar sigurtà tal-Ikel fil-Maghreb — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32275 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma kemm hija n-nefqa li se tinvolvi lil pajjiżna u lill-Unjoni Ewropea għat-twettiq ta' dawn il-pjanijiet?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Laqgħa fuq is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — rwol ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32274 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhu r-rwol ta' pajjiżna f'dan ir-rigward?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Laqgħa fuq is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32273 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5 + 5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk rappurtati fl-Agence Europe nhar is-7 ta Frar, tant li nikwota "the Algerian Minister for Agriculture and Rural Development, Rachid Benaissa, is reported by the agency as having underlined the comparative advantages and assets of the Euro-Mediterranean region, and of pointing out that “all forms of partnership between operators, institutions and organisations in our different countries will be welcome”, kif ukoll nikkwota; "the Arab Maghreb Union (AMU), to which five of the Southern Rim Countries belong, presented a plan for improving food security and for modernising agriculture in the Maghreb by 2030, in addition to a programme for action to combat desertification. The European Commission, which played a part in the meeting, spoke of its willingness to contribute to this kind of cooperation, all the more as the southern Mediterranean countries are faced with food production that, in recent decades, has not been sufficient to meet the growing demand for food due to the growth in population. The Maghreb zone remains a net importer of farm produce. (FB/transl.jl) , jista l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma min attenda min-naħa Maltija? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li din id-delegazzjoni għamlet lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin abbażi ta' din il-laqgħa?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32283 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan li ġie preżentat mill-Maghreb biex jilħaq l-għanijiet tiegħu sal-2030?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkoncernat

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — kelliem responsabbli għal dan l-iżvilupp

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32282 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, u b'referenza għall-fatt li jekk dawn l-għanijiet ma jintlaqgħux, pajjiżna jispiċċa jirċevi aktar immigranti illegali, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkunsidra li jinnomina kelliem min-naħa tal-Gvern speċifikament responsabbli li jikkordina dan l-iżvilupp importanti bejn pajjiżna u dawn il-pajjiżi u popli in kwestjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni li għandhom visa residenzjali f'pajjiżna

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom visa residenzjali f'pajjiżna llum? Kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li jekk b'visa residenzajli qed jirreferi għall-permess ta' residenza maħruġ lill-ċittadini ta' pajjiżi terzi mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates, ninsab infurmat li bhalissa 10843 persuna għandhom dan il-permess jew inkella awtorizzazzjoni li joqgħodu f'Malta. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li ċittadini tal-UE u l-familja tagħhom għandhom id-dritt ta' muviment ħieles fit-territorju tal-Unjoni u għalhekk m'għandomx bżonn, la ta' visa sabiex jidħlu f'xi Stat Membru jew ta' permess biex jirresjedu f'dak lis-Stat. Dawn il-persuni huma mitluba biss jirreġistraw ir-residenza tagħhom, wara tliet xhur li jkun waslu Malta, mad- Dipartiment tac-Cittadinanza u tal-Expatriates. Meta jagħmlu hekk jinħarġilhom ċertifikat ta'din ir-reġistrazzjoni. Ninsab infurmat li 3693 persuna huma hekk rreġistrati ma' dan id-Dipartiment.
Leg 11 PQ #32639 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Evażjoni ta' taxxi

Question

B'referenza għaċ-ċifra ta' €577 miljun evażjoni f'taxxi, kif ġie kkwotat f'ġurnal lokali, jista' l-Prim Ministru jinforma x'wassal lill-Gvern għal dan il-falliment f'dik li hija evażjoni ta' taxxi f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li filwaqt li m’hemmx dubju li l-ġlieda kontra l-evażjoni għandha tkun kontinwa, diversi studji li anke saru fil-passat waslu għall-konklużjonijiet dwar dan il-fenomenu li ma ħadux aspetti kruċjali tas-sistema fiskali Maltija f’konsiderazzjoni. Dawn jinkludu s-sistema ta’ rifużjonijiet fuq investiment, għajnuniet fi skemi speċifiċi għal sidien ta’ negozji żgħar, u oħrajn, li permezz tagħhom diversi imprendituri, sidien ta’ negozji u individwi jingħataw rifużjonijiet fuq taxxa. Dan il-Gvern huwa impenjat bis-saħħa kontra kull forma ta’ abbuż. Tul l-aħħar xhur ittieħdu diversi inizjattivi fil-ġlieda tagħna kontra l-evażjoni; Dawn jinkludu miżuri kontra forom aggressivi ta’ evażjoni fiskali li jitwettaq permezz ta’ software diżenjat apposta biex tiġi manipulata informazzjoni elettronika u equipment elettroniku; miżuri li jirregolaw il-mod kif jiġu notifikati u żgurati ċerti avviżi mid-dipartimenti tal-VAT, it-TCU, l-Inland Revenue u l-Capital Transfer Duty; miżuri li jipprojbixxu refunds lil persuni sakemm dawn jibqgħu mhux regolari fl-issottomittjar tal-formoli kollha tagħhom kemm tal-VAT kif ukoll tal-income tax. Dan barra t-tisħiħ tal-proċeduri ta’ infurzar regolari li jsiru mid-dipartimenti responsabbli mill-ġbir tat-taxxa. Dan il-Gvern huwa kommess li jibqa’ jiġġieled l-abbuż f’kull mezz possibbli, u hu f’dan is-sens li komplew fl-aħħar Baġits isiru riformi oħra li jimmiraw għal dan l-għan, fosthom il-proċess ta’ integrazzjoni tad-dipartimenti fiskali.

Evażjoni tat-taxxi — tbassir ta' evażjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li meta huwa jgħid il-politika tiegħu qed tindirizza l-evażjoni tat-taxxi, jirriżulta tbassir ta' evażjoni ta' €577 miljun fis-sena u dan kif intqal f'ġurnal indipendenti f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #32641 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — eżamijiet annwali - sistema ta' index number

Question

Tista' l-Ministru tinforma fuq liema bażi ġiet rifjutata t-talba li resqu numru ta' studenti li jattendu l-MCAST dwar ix-xewqa tagħhom li l-eżamijiet annwali jsiru permezz ta' sistema ta' index number minflok bl-isem tal-istudent u dan minħabba li dawn jiġu kkoreġuti mill-għalliema tagħhom stess? Tista' tara li din it-talba tiġi rispettata għall-benefiċċju tal-istudenti li jħossu li meta jirreġistraw b'index minflok b'isimhom ikun hemm aktar trasparenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST qatt ma rrifjuta talbiet biex jintużaw ‘index numbers’ minflok ismijiet ta’ studenti fl-eżamijiet finali tagħhom. Fil-fatt, din is-sistema diġa’ tintuża mill-MCAST fl-eżamijiet relatati ma’ korsijiet akkreditati minn istituzzjonijiet internazzjonali bħal ‘City & Guilds’, ‘Association of Accounting Technicians’, ‘ITEC’ u bordijiet tal-eżamijiet oħrajn.

Settur tat-Turiżmu — ħaddiema full-time u part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat in-numru ta' ħaddiema full-time u part-time fis-settur tat-turżimu llum? Kemm minn dawn il-ħaddiema f'kull kategorija huma ta' ċittadinanza barranija?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-aħħar statistika li ħarġet mill-Uffiċju ta’ l-Istatistika (02/03/12) tindika li f’Ottubru 2011, kien hemm 9,589 full-time u 9,612 part-time impjegat fil-qasam tal-hotels u restaurants kif juru ż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Hemm eluf ta’ ħaddiema oħra però li l-għixien tagħhom jiddependi minn dan is-settur u li ma jaħdmux fil-qasam ta’ hotels u restaurants iżda f’oqsma oħra, fosthom ħaddiema li jaħdmu bħala gwidi, ħaddiema fil-ħwienet, ħaddiema li jaħdmu fis-settur tat-trasport pubbliku, ħaddiema li jaħdmu f’siti turistiċi u ħaddiema li jaħdmu f’postijiet bħal l-ajruport internazzjonali. Skont prassi internazzjonali fl-istatistika nazzjonali dawn ma jidhrux taħt l-istatistika ta’ mpiegi fis-settur turistiku. Nitlob lill-Onor Interpellant biex jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-Ikel fil-Maghreb — parteċipazzjoni diretta fil-proġett

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32277 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx ħsieb li Malta tipparteċipa direttament fi proġetti f'dawn il-pajjiżi?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 32976.
Leg 11 PQ #32633 Sitting 459 2012-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — tnaqqis mill-budget

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 32681.
Leg 11 PQ #32634 Sitting 459 2012-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — tnaqqis mill-budget

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32977.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi l-gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja wkoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi essenzjali bħas-servizzi soċjali jew ta’ għajnuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b’ebda mod m’hu se jimpattaw professjonijiet kruċjali fosthom ta’ professjonisti fil-qasam tal-kura tat-tfal.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-Gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta u l-Konsumatur wkoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi essenzjali bħal servizzi varji lin-negozju u is- self employed, assistenza fil-affarijiet tal-Konsumatur, jew ta’ għajnuniet u assistenza differenti skond il-kaz. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b’ebda mod m’hu se jimpattaw dawk il-professjonijiet ikkunsidrati kruċjali bhal qasam legali u dak tekniku.