Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fawran tal-fossa tad-drenaġġ fl-inħwali tal-Baħrija

Question

Billi kull ma jmur il-Wied tal-Marġa fil-Baħrija qed jispiċċa mniġġeż bid-drenaġġ u billi dan huwa kawżat mill-fawran tal-fossa tad-drenaġġ fl-inħawi, jista' l-Ministru jinforma għaliex meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat daqstant żvilupp fl-inħawi, l-estensjoni tad-drenaġġ fil-Baħrija baqgħet ma saritx? Jista' jara li matul din is-sena ssir din l-estensjoni tant meħtieġa għar-residenti għall-ħarsien tal-ambjent fl-inħawi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qed tippjana li tinstalla mpjant zgħir biex tkun tista’ tittratta d-drenaġġ tal-Baħrija fil-post.

Ħad-Dingli — ġibjun li mhux jintuża

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġibjun ta' Ħad-Dingli mhux jintuża? Kemm ilu abbandunat dan il-ġibjun?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ilha ma tuża l-ġibjun ta’ Ħad-Dingli mill-1999. Kien hemm diversi raġunijiet għalfejn il-Korporazzjoni ħadet din id-deċiżjoni, fosthom li l-ġibjun huwa zgħir ħafna u dan kien qed joħloq problemi ta’ operazzjoni; kif ukoll minħabba l-istat fiżiku ħażin tal-ġibjun. Biex dan jitranġa, l-ispejjeż kienu kbar meta wieħed iqabbilhom mal-benefiċċji li jintuża l-ġibjun.
Leg 11 PQ #33190 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Għemieri, Binġemma Fort u Tas-Salib - Petizzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma x'kunsiderazzjonijiet saru dwar il-petizzjoni tar-residenti tal-Għemieri, Binġemma Fort u Tas-Salib limiti tar-Rabat ikollhom is-servizz tat-trasport u dan partikolarment sabiex l-istudenti fl-inħawi msemmija jaslu l-iskola bl-anqas inkonvenjent possibli? Billi residenti jixtiequ li dan is-servizz jiġi estiż b'bidla żgħira attwali, jista' jara li task force kkonċernata tirrimedja b'soluzzjoni? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32630 u jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f'pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-Gvern ikollu riżorsi neċessarji biex jerġa jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru tiegħi wkoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tiegħu kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibli l- overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f'investimet kapitali, skemi ta’ għajnuna lis-setturi tas-sajd u biedja jew ta’ għanuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b'ebda mod m'hu se jimpattaw fost oħrajn la professjonijiet kruċjali fosthom ta' servizzi mogħtija mid-Dipartiment għar-Regolazzjoni tal-Biedja u s-Sajd fejn jirrigwarda is-saħħa tal-produzzjoni tal-ikel u anqas l-oqsma taż-żamma ta’ indafa u manutenzjoni ta’ siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32628 u jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33202.

Reverse osmosis — volum ta' ilma għad-distribuzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li r-reverse osmosis illum qed jipproduċu volum ta' ilma għad-distribuzzjoni tad-domanda tal-konsumatur daqs l-istaġun tas-sajf? Jekk fl-affermattiv, jista' jispjega raġuni għal dan il-konsum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-produzzjoni ta’ l-ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis bħalissa hi ta’ madwar 78 fil-mija tal-produzzjoni tas-sajf.

Rabat — limiti tal-Kunċizzjoni - qtugħ ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jinformani għaliex ir-residenti tal-Kunċizzjoni limiti tar-Rabat tħallew bla dawl il-Ħadd 11 ta' Marzu għaliex il-Korporazzjoni Enemalta ma jkollhiex ħaddiema l-Ħdud biex jagħmlu l-manutenzjoni f'ċirkustanzi ta' emerġenza? Jista' jinforma għaliex regolarment qed jinqata' d-dawl f'din il-parti tar-Rabat? Jista' jinvestiga dan in-nuqqas u jara li r-residenti fl-inħawi jkunu tabilħaqq rispettati u mhux ikomplu jitħallew abbandunati?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi peress li bejn il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu u l-Ħadd 11 ta’ Marzu, għamel ħafna riħ u xita mhux tas-soltu li kkawżaw ħsarat fuq overhead lines f’ċertu nħawi, kien hemm numru ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni li riedu jsiru. L-ewwel ried jitneħħa l-periklu għall-pubbliku u jissewwew ħsarat fuq is-sistema tal-high voltage u low voltage. Minħabba li kien hemm numru kbir ta’ ħsarat u t-temp ma kien tajjeb xejn, ix-xogħol tal-manutenzjoni ħa aktar żmien mis-soltu u l-gangs tal-emerġenza ġew miżjuda minn tnejn għal sebgħa biex ilaħħqu max-xogħol. Dawn il-gangs jaħdmu kuljum inkluż il-Ħdud u huma disposti 24 siegħa.

produzzjoni tal-għasel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-għasel f'Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm fil-fatt kienet il-kwantità tal-importazzjoni tal-għasel fl-istess perjodu? Kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-għasel illum reġistrati f'Malta u Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 203 raħħal li jrabbu n-naħal (bee keepers), ninfurmah ukoll li id-direttorat tal-biedja ma jżommx informazzjoni dwar l-ammonti ta’ produzzjoni. Id-Dipartiment iżomm data dwar l-ammont ta’ kaxxi li kull raħħal għandu reġistrati f’ismu. Rigward importazzjoni, nistieden l-Onorevoli Interpellant jressaq din il-parti tal-Mistoqsija lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment responsabbili mill-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta

Baħrija — kejl tas-saħħa tar-riħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex fil-Baħrija, fl-inħawi tal-Marġa u nħawi oħra tpoġġew kaxxi biex ikejlu s-saħħa tar-riħ fl-inħawi? Min huwa responsabli minn dan l-eżerċizzju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-kaxxi li qiegħed jirreferi għalihom Onorevoli Interpellant huma apparat li ġew installati sabiex jkun studjat l-ambjent tal-madwar. Dawn huma r-responsabbiltà tal-kuntrattur li qiegħed jagħmel dan l-istudju abjentali. Il-kejl tar-riħ qiegħed isir f’Wied Rini fuq wieħed mit-torrijiet eżistenti. Dan qed isir mill-Istitut tal-Enerġija Sostenibbli.

Baħrija — ħsara ekoloġika minħabba drenaġġ li jfur

Question

Billi kull ma jmur fl-inħawi tal-Marġa fil-Baħrija, qed tkompli tfawwar id-drenaġġ mill-fossa fl-inħawi aktar minn qatt qabel, jista' l-Ministru jinfurmani x'rapport sar mill-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi biex tistabillixxxi l-ħsara ekoloġika li qed tissokta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-MRA qegħda f’ kuntatt mal-MEPA biex issegwi l-każ.

Baħrija — Wied Merġa - protezzjoni tal-granċ tal-ilma ħelu

Question

Billi kawża tal-fawran tad-drenaġġ mill-fossa tal-Baħrija ġabet magħha l-qerda għal kollox tal-qabru fil-Wied tal-Marġa , jista' l-Ministru jinforma għaliex ma ħa ebda passi konkreti bħala Ministru responsabli biex jipproteġi milli seħħ il-qerda tal-qabru? Ma jħossx li huwa politikament responsabli għal dan il-falliment u cioè li abbanduna miżuri neċessarji biex jiġi salvat dan l-ispeċi ta' granċ tal-ilma ħelu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura li hu responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.

Sussidju fuq id-dawl

Question

Billi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tixtieq tkun taf jekk hiex intitolata għas-sussidju fuq id-dawl, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment ikkonċernat iżomm kuntatt tagħha ħalli jestendila dan is-servizz?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Jien infurmat li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata bil-mitktub.
Leg 11 PQ #30982 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali fuq mobile phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30635 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31160, 30944 u 30624 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32168.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31505, 31160, 30944 u 30624 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32168.

Proġett tal-Port taċ-Ċirkewwa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu proġettat li jitlesta u jiġi nawgurat il-proġett tal Port taċ-Ċirkewwa? Kemm sewa flus s'issa dan il-proġett? Kemm tħallsu f ċifra globali ta' flus lill-kuntratturi, kumpaniji eċċ. li ħadmu fuq il-proġett u kemm baqa pagamenti x'jitħallsu? Kemm huwa stamt li se jiswa l-proġett meta jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nassumi li l-Onor Interpellant qed jirreferi għat-Terminal taċ-Ċirkewwa u ninsab infurmat li n-nefqa s'issa fuq din l-aħħar fażi tal-proġett tal-Port taċ-Ċirkewwa kienet ta' €3,132,392 (mingħajr VAT) sat-13 ta’ Marzu 2012. Il-proġett mistenni li jitlesta fl-aħħar ta' din is-sena kif ippjanat. Ix-xogħol li jonqos isir huwa stmat li ser ikun ta' madwar €8.9 miljun
Leg 11 PQ #32990 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Brussell — Dar Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont lill-Kamra ta' kemm rendiet għall-ġid komuni tal-poplu Dar Malta fi Brussell? Jista' jgħid kemm swiet sena b'sena f'ċifra ta' flus globali Dar Malta fi Brusell? Jista' jagħti break down f'ċifra ta' flus li kull sena renda l-proġett ta' Dar Malta fi Brussell ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispejjeż sena b’sena kif ukoll id-dħul ta’ flus li daħħal il-gvern matul l-istess perjodu minn Dar Malta. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-kirjiet f’Dar Malta bdew mis-sena 2009. Qed inqiegħed ukoll lista sena b’sena ta’ l-ispiża tal-komun kif ukoll tal-parti minn Dar Malta li hija okkupata mir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u mill-Ambaxxata Bilaterali.
Leg 11 PQ #32991 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tnaqqis mill-budget

Question

B'referenza għat-tnaqqis ta' €40 miljun mill-budget attwali, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk dan it-tnaqqis ġiex ordnat mill-Unjoni Ewropea? Jekk huwa l-każ, jista' jinformani minn fejn l-Unjoni Ewropea pproponiet li jsir dan it-tnaqqis?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 32468.

ilma tax-xita li ntilef

Question

Skont l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li ntilef ilma tax-xita għax spiċċa l-baħar eċċ. matul Jannar u Frar ta' din is-sena ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32257.

Baħrija — servizz tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex minkejja l-iżvilupp tal-bini li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat fil-Baħrija qatt ma kkunsidrat li għal dan l-iżvilupp kien jeħtieġ li l-aworitajiet konċernati jestendu s-servizz tad-drenaġġ? Billi s-sitwazjoni llum hija tali li l-fossa tal-Marġa fil-Baħrija qed tissokta tfawwar id-drenaġġ għad-detriment li qed issir ħerba kontinwa tal-Wied tal-Marġa kif ukoll tipperikola saħħet ir-residenti fl-inħawi u partikolarment lill-bdiewa li jfifrekwentaw l-inħawi biex jaħdmu r-raba, jista' l-Ministru jinfurmani min huwa politikament responsabli għal dan in-nuqqas ?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel mistoqsija għandha tiġi mwieġba mill-MRRA. Il-MEPA investigat ilmenti relatati ma' żbroff ta' drenaġġ minn ġol-fossa tal-Baħrija għal ġo Wied il-Marga fl-2004 u fl-2008. Fiż-żewġ każijiet il-MEPA għamlet l-investigazzjonijiet u nnotifikat lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tirrimedja is-sitwazzjoni. Spezzjonijiet segwenti tal-MEPA f'Ottubru tal-2008 wrew li ma kienx hemm drenaġġ ifawwar. Minn Ottubru tal-2008 l'hawn il-MEPA ma rċevietx akar ilmenti.