Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bini ta' sular ieħor fl-Isptar Mater Dei

Question

Jirriżultalu l-Ministru li l-istruttura fl-Isptar Mater Dei ma tiflaħx għall-estensjoni tal-bini fuq is-sulari li hemm attwalment?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li, bħal kull struttura oħra, l-Isptar Mater Dei ma kienx iddisinjat għal numru indefinit ta’ sulari. Għalkemm wieħed jaħseb ukoll għal xi estenzjoni li tista’ ssir fil-futur, iż-żieda ta’ sulari fuq dawk eżistenti hija wkoll marbuta mal-preżenza ta’ Plant Rooms għall-arja kkundizjonata eżistenti fuq ħafna mill-blokki tal-isptar. F’ċerti blokki , speċjalment fuq dawk li l-għoli tagħhom huwa wieħed relattivament baxx u fejn ma hemmx Plant Rooms fil-livell tal-bejt, ċerti estenzjonijiet huma possibli.

Tappieri li qed jisfrundaw

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga x'qed jikkważa l-fatt li t-tappieri f'toroq li saru riċentament qed jisfrundaw regolarmant per eżempju l-bypass tal-Imtarfa u l-parti tat-triq li tagħti għall-pont tal-Mosta? Min kien responsabbli għal dawn in-nuqqasijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #33554 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Bjar fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa numru ta' skejjel li għandhom bjar jew xi forma ta' ħażna għall-ilma tax-xita? Billi kull ma jmur, qed ikun dejjem magħruf fid-dinja li l-green walls u l-green roofs huma strumentali biex inaqqsu l-pollution, noise levels u l-energy costs kif ukoll joħolqu ambjent aktar san fl-iskejjel għall-istudenti u l-għalliema, tista' tinforma jekk il-Ministeru għandux pjanijiet li jintroduċi dawn is-sistemi fl-iskejjel? Jekk fl-affermattiv, f'liema skejjel se jsiru dawn il-green walls u green roofs u kemm se jiswa dan il-pjan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hemm 40 (erbgħin) skola li għandhom bjar jew xi forma ta’ ħażna għall-ilma tax-xita. F’dan l-istadju ma hemmx ħsieb li jiġu implimentati Green Walls u Green Roofs. L-iskejjel jinbnew b’diversi sistemi li jnaqqsu l-pollution, noise levels u l-energy costs, fosthom l-installazjoni ta’ sistemi alternattivi ta’ enerġija bħal sistemi ta’ panelli fotovoltajiċi, solar water heaters, ħażniet ta’ l-ilma tax-xita kif ukoll sistemi li jikkontrollaw l-użu ta l-enerġija fid-dawl magħrufin bħala intelliġent lighting systems.

Sptar Mater Dei — ilma maħżun

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn jinħażen l-ilma tax xita miġbur minn fuq il-bjut eċċ. tal-Isptar Mater Dei? Kemm fil-fatt tesa' din il-ħażna tal-ilma? X'użu jsir minn dan ir-riżors għall-isptar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ilma tax-xita miġbur min fuq il-bjut eċċ. tal-Isptar Mater Dei jinġabar f’ġibjun miftuħ li hemm fuq in-naħa ta’ wara tal-kamra mortwarja. Dan il-ġibjun ma huwiex għall-ħażna tal-ilma għall-isptar, iżda jintuża bħala soak-away. Il-qiegħ tal-ġibjun għandu surface area ta’ 599 metri kwadri u jesa’ madwar 4,073 metri kubi ta’ ilma tax-xita. Meta tinżel ix-xita dan il-ġibjun jintela u permzz ta’ toqob magħmula apposta fil-qiegħ tal-ġibjun, l-ilma ta’ ġo fih jinżel fil-blat biex finalment jiżdied mal-ilma tal-pjan. B’hekk l-ilma tax-xita li jinżel fuq l-Isptar Mater Dei mhux qiegħed jinħela iżda qiegħed jigħin sabiex tiżdied il-ħażna tal-ilma naturali ta’ taħt l-art tal-pajjiż.

Sptar Mater Dei — green walls u green roofs

Question

Billi kull ma jmur qed ikun dejjem magħruf fid-dinja li l-green walls u l-green roofs huma strumentali biex inaqsu l-polution , noise levels u l-energy costs kif ukoll joħolou ambjent aktar san fl-isptarijiet għall-pazjenti, jista' l-Ministru jinforma jekk il-Ministeru tas-Saħħa għandux pjanijiet li jintroduċi dawn is-sistemi fuq il-bjut u swali tal-Isptar Mater Dei? Jekk fl-affermattiv, fejn se jsiru dawn il-green walls u l-green roofs u kemm se jiswa dan il-pjan?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħalissa ma hemm l-ebda pjanijiet biex jiġu introdotti dawn is-sistemi fuq il-bjut u swali tal-Isptar Mater Dei.
Leg 11 PQ #33559 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

deroga dwar il-kaċċa u l-insib

Question

Jista' l-Prim Ministru jinformani jekk id-deroga dwar il-kaċċa u l-insib li l-gvern kellu jħejji biex jibgħat Brussell intbagħtitx? Jekk fin-negattiv meta se tintbagħat? Jekk fl-affermattiv meta ntbagħtet lill-kaċċaturi u nassaba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq nirreferi l-Onerovoli Interpellant għar-risposta li ġiet mogħtija mill-Ministru għat-Turiżmu, Kultura u l-Ambjent fir-rigward tal-Mistoqsija Parlamentari 33537 fuq l-istess suġġett.

ħabsin nisa — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jelenka skont il-gravità, t-tip ta’ reati jew raġunijiet, li għalihom in-nisa huma kundannati l-ħabs? Kemm minn dawn in-nisa li huma kundannati l-ħabs huma ommijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sal-1 ta' April 2012 in-numru ta' priġuniera nisa li kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kien ta' 43, (30 minnhom ommijiet). Infurmat ukoll illi r-reati jew r-raġunijiet li għalihom in-nisa huma miżmuma fil-Faċilità huma s-segwenti:- Omiċidju Droga (traffikar/kultivazzjoni/importazzjoni/pussess eċċ Serq Aggravat Korruzzjoni ta' Minuri Qliegħ ta' flus mill-prostituzzjoni Ħasil ta' flus Multi konvertiti f'priġunerija/spejjeż tal-Qorti Revokazzjoni ta' garanzija f'kaz ta' ħelsien mill-arrest.

Benchmark tal-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex wiegħed lill-Kamra waqt il-mistoqsijiet li jagħti rendikont tal-benchmark li fuqha qed jistabillixxi n-numru ta' operazzjonijiet u dan għall-fatt li l-Ministeru tas-Saħħa taħt il-Minisru preċedenti kien ikejjel dan permezz ta' operazzjonijiet minuri, maġġuri u intermedjajti separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta u Libja — kwestjoni dwar il-press tat-titjira

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex in-nies tax-xogħol Maltin u Għawdxin li jaħdmu fil-Libya, kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw xogħol fil-Libja, qed ikollhom iħallsu prezz lill-Air Malta għal titjira ta' 40 minuta minn Malta għal Tripli kważi daqs dak li ċittadini oħra Maltin iħallsu mal-istess Air Malta biex imorru l-Italja jew Brussell meta din hija titjira ta' medja ta' sagħtejn aktar mill-Italja jew Brussell?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.
Leg 11 PQ #33455 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Triq Santa Rita - venda tal-Arriva

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-possibilità li Task Force tal-Arriva tikkunsidra li l-venda tal-Arriva tmur fiċ-ċentru tar-Rabat fi Triq Santa Rita, fejn hemm ukoll toilets għall-irġiel u nisa kif ukoll kamra għax-xuffiera u ħaddiema oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-punt li qiegħed jagħmel l-Onorevoli Interpellant diġà qiegħed jiġi studjat biex naraw jekk hemmx bżonn ċaqliq fil-futur.
Leg 11 PQ #33480 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Belt — Skola tal-Mużika Johann Strauss

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed isir fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss fil-Belt? X'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għal din l-istess skola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32979.

Dipartiment tal-VAT — ktieb tal-irċevuti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Dipartiment tal-VAT iddeċieda li dawk reġistrati mal-istess dipartiment (self employed) ma jingħatawx aktar minn ktieb wieħed ta' irċevuti meta jagħmlu talba għal dawn il-kotba? Jista' jgħid minn meta din il-policy daħlet fis-seħħ u r-raġuni għala ddaħlet din il-policy? Jaf li din il-policy daħħlet bla ma kien avżat ħadd, u li b'konsegwenza tagħha għadd ta' persuni reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT, sabu ruħhom fil-Qorti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-VAT kważi sentejn ilu rreveda l-policy dwar l-għoti ta’ kotba tal-irċevuti fiskali. Skont din il-policy kull min jirreġistra ġdid jingħata żewgt kotba biex jibda bihom u wara jinħareġ ktieb ġdid għal kull wieħed li jiġi rritornat. Barra minn hekk id-Dipartiment jilqa’ talbiet minn operaturi li normalment jikkonsmaw numru ġmielu ta’ kotba tal-irċevuti, u jekk it-talba tkun ġustifikata jinħarġulu kemm hemm bżonn. Il-reviżjoni tal-policy saret meħtieġa wara li rriżulta li numru sostanzjali ta’ operaturi kienu jonqsu milli jirritornaw il-kotba użati, liema sitwazzjoni setgħet potenzjalment twassal għal abbuz minn dawn il-kotba. Id-Dipartiment jafferma li minn meta bdiet il-policy l-ġdida kull operatur li għamel ordni biex jieħu l-kotba ġie nfurmat biha u ma jirriżulta mkien mirr-records tad-Dipartiment li xi operatur sab ruħu l-Qorti kaġun ta’ din il-policy.

Deroga fuq kaċċa u insib

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk id-deroga dwar il-kaċċa u l-insib li l-Gvern kellu jħejji biex jibgħat Brussell intbagħtitx? Jekk fin-negattiv, meta se tintbgħat? Jekk fl-affermattiv, meta ntbagħtet lill-kaċċaturi u nassaba?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-Gvern applika d-deroga għall-istaġun tal-kaċċa u l-insib fir-Rebbiegħa għall-gammiem u s-summien permezz tal-pubblikazzjoni tar-Regolamenti tal-2012 dwar il-Konservazzjoni ta' Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għal Staġun tal-Kaċċa tal-Gamiem u Summien għar-Rebbiegħa 2012) (Avviz Legali 108/12). Il-pubblikazzjoni tal-Avviż Legali fit-3 ta' April 2012 kienet akkumpanjata minn stqarrija għall-istampa.
Leg 11 PQ #33552 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ilma tax-xita miġbur minn fuq il-bjut, btieħi tal-iskejjel tal-istat

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa kalkulat li jinġabar ilma tax-xita minn fuq il-bjut, btieħi eċċ. tal-iskejjel tal-istat f'Malta abbażi ta' sena sena? X'użu jsir minn dan l-ilma matul is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Detectors Section — leakges

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2011 kemm saru rapporti ta' leakages mid-detectors section? F'liema żoni ta' Malta u Għawdex ġew identifikati dawn il-leakages/ħsarat?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l- 2011, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma identifikat 8,096 leak marks, jiġifieri suspetti ta’ ħsarat. Minn dawn irriżulta li 7,521 kienu ħsarat veri. Dawn kienu mifruxa ma’ Malta u Għawdex kollha.

Pipijiet tad-distribuzzjoni tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li fl-istaġun tas-sajf il-pipijiet tad-distribuzzjoni tal-ilma jitwessgħu bis-sħana? Jekk huwa l-każ, dan għaliex?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma jirriżultalhiex li l-pajpijiet li tuża għad-distribuzzjoni tal-ilma jitwessgħu bis-sħana tas-sajf.

Air Malta — titjiriet lejn il-Libja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Air Malta qed tagħmel erba' titjiriet biss fil-ġimgħa lejn Tripoli, Libya? X'inhi r-raġuni li l-Air Malta għadha mhux tagħmel titjiriet lejn Benghazi, Libya?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.
Leg 11 PQ #33382 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

diskusjonijiet mal-awtoritajiet Libjani

Question

Jista' l-Prim Ministru jinformani f'liema oqsma saru d-diskusjonijiet mal-awtoritajiet Libjani għall-iżviluppi bejn iż-żewġ pajjiżi? Jista' jaġġorna f'liema stadju waslu dawn id-diskussjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar xhur saru diversi diskussjonijiet kemm fuq livell Ministerjali kif ukoll fuq dak tekniku f’numru ta’ oqsma ta’ nteress bilaterali. Uħud minn dawn l-oqsma jinkludu l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-saħħa pubblika u l-mediċina, l-industrija u l-kummerċ, l-enerġija, is-settur agrikolu, t-trasport marittimu u dak bl-ajru, kif ukoll fil-qasam tad-difiża. Bħala turija ta’għajnuna lill-poplu Libjan, il-Gvern Malti qed joffri taħriġ fost oħrajn lill-armata, u kontrolluri tat-traffiku tal-ajru kif ukoll assistenza f’termini ta’ boroż ta’ studju fil qasam tat-taħriġ fil-lingwa. Ta’ min wieħed isemmi żjarat tekniċi li saru f’Jannar u f’Marzu ta’din is-sena minn delegazzjonijiet Maltin fil-Libja. Żvilupp ieħor ta’ importanza kienet ukoll iż-żjara li kellu l-Brigadier tal-Forzi Armati fi Frar 2012, bħala riżultat ta’ żjara lejn Malta ta’ delegazzjoni komposta minn uffiċjali għolja tal-Forzi Armati tal-Libja f’Jannar. Aktar reċentament delegazzjoni Maltija komposta minn rappreżentanti fis-setturi tat-trasport marittimu u portijiet żaret il-Libja bejn is-16 u t-18 t’April 2012. Din-id-delegazzjoni kienet immexxija mill-Onorevoli Tonio Fenech, akkumpanjat mill-Onorevoli Jason Azzopardi. Fuq livell politiku, jiena kont l-ewwel Prim Ministru ta’ stat Ewropew li żar il-Libja wara l-ħatra ta’ Gvern Libjan f’Novembru 2011. Matul din iż-żjara, kont akkumpanjat mill-Onorevoli Tonio Borg, Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, kif ukoll mill-Onorevoli Tonio Fenech, il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment. L-Onorevoli Tonio Borg, reġa żar il-Libja fi Frar, għal-diskussjonijiet bilaterali ma’ diversi Ministri Libjani. Aktar reċentament, fit-3 t’April 2012, l-Onorevoli Tonio Fenech, żar il-Libja għall diskussjonijiet fil-qasam Kummerċjali u Finanzjarju. Intant rajna wkoll diverżi żjarat tekniċi u ministerjali minn delegazzjonijiet Libjani lejn Malta, fosthom fl-oqsma tal-mediċina, l-media u l-komunikazzjoni, u d-difiża. Fuq livell politiku, rajna l-viżta tal-Ministru għat-taħriġ u x-xogħol Mustafa Alrejbani, kif ukoll dik tal-Ministru tas-Saħħa Fatma El Hamroush. Mxejna ukoll ‘l quddiem fix-xogħol tagħna sabiex tkompli tingħata assistenza umanitarja u medika lill-poplu libjan. Matul dawn l-aħħar xhur, mal-ħamsa w disgħejn pazjent adult ġew mogħtija trattament mediku f’Malta, filwaqt li programm sabiex it-trattament mediku jiġi estiż għat-tfal huwa wkoll fis-seħħ. F’termini ta’ riżultati ġew iffirmati diversi ftehim. Fis-26 ta’ Jannar, ġie ffirmat ftehim dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, filwaqt li fil-21 ta’ Frar, ġie ffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni fil-qasam tas-saħħa. F’Marzu ġie wkoll iffirmat arranġament bejn il-Malta Enterprise u l-Bord Ġenerali tal-Privatiżżazzjoni u l-Investiment. Huwa mistenni li dawn l-iżviluppi u kuntatti ser ikomplu jiġu msaħħa fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Benghazi — ħruġ ta' viża

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex filwaqt li hemm Konslu Malti f'Benghazi biex japprova l-viża għall-Libjani, l-Air Malta mhux topera minn Benghazi għal Malta u viċi versa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

Kwestjoni dwar titjietiet bejn Benghazi u t-Turkija

Question

Jirriżultalu lill-Ministru li minn Benghazi biss isiru tmien titjiriet fil-ġimgħa lejn it-Turkija? Ma jħossx li dan huwa ta' inkonvenjent kemm għan-nies tax-xogħol Maltin u Għawdxin, u għall-poplu ġar tagħna Libjan li, wara l-konflitt imdemmi li għadu kemm għadda minnu qed ikollu jispiċċa biex minn Benghazi jtir lejn it-Turkija u wara jasal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.