Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li ddaħħlu l-emerġenza kawża ta' inċidenti fuq il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' inċidenti fuq il-baħar matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ma tistax tinagħta informazzjoni dwar in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-emerġenża kawża ta’ inċident fuq il-baħar matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena. Fl-Electronic Case Summary/Hospital Activity Analysis System jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li dan l-inċident ikun seħħ fuq il-baħar.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34535, 33962 u 32951 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34476 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34475 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (MARCO, MARIO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Ninforma lill-Onor Interpellant li kemm l-Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu kif ukoll l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadhom qed jiġbru l-informazzjoni u din tingħata f’xi seduta oħra.

Information regarding female prisioners

Question

In regards of parliamentary question 33567, amongst the 30 mothers who are presently incarcerated, can the Minister say how many of them have committed crimes related to drugs?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B'referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33567, ninsab infurmat illi tnax (12) minn dawk it-tletin (30) omm li kien hemm fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, ġew ikkundannati mill-Qorti fuq reati relatati mad-droga.

Children Allowance — familji, romol, ommijiet xebbiet u istituti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' familji, romol, ommijiet xebbiet, istituti eċċ. li jieħdu l-benefiċċji taċ-Children Allowance fil-mument? Jista' jipprovdi din l-informazzjoni għal Malta u Għawdex separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-ammont ta persuni li jirċievu l-Allowance tat-Tfal skont il-kategoriji mitluba u maqsuma f’ammonti f’Malta u Għawdex jidhru fit-tabella aktar l-isfel: Malta GOZO CA CAFR CA CAFR Familji 16042 17372 1405 171 Romol 268 57 26 2 Ommijiet Xebbiet 4377 155 146 0 Total 20687 17584 1577 173 l-istituti ma jirċevux allowance tat-Tfal iżda Foster Care Allowance.

Bniet u subien li ddaħħlu fl-isptarijiet jew ċentri tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm idaħħlu bniet u subien fl-isptarijiet u/jew ċentri tas-saħħa matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tal-Admissions Discharges Transfers Module tal-Patient Administration System, in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei taħt is-17-il sena matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is- sena huwa hekk: Nursery Inkluża Nursery Eskluża Nursery Biss Nisa 1,600 1,092 508 Rġiel 1,976 1,397 579 M’hemmx informazszjoni 32 32 0 Total 3,608 2,521 1,087 In-nies li attendew fiċ-ċentri tas-saħħa fl-ewwel erbgħa xhur ta’ din is-sena (2012) f’Malta kien ta’ 487, 776 u f’Għawdex kien ta’ 27, 255. L-istatistika li tinġabar fuq in-nies li jattendu fiċ-ċentri tas-saħħa ma tiddeterminax l-eta’ u s-sess tal-individwu.

Persuni li ddaħħlu fl-emerġenza kawża ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' overdose matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Mill-aħħar tagħrif disponibbli miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis u l-Electronic Case Summary in-numru ta’ każijiet ta’ overdose li ddaħħlu fl-Emerġenza minn Jannar sa Marzu 2012 kien ta’ ħamsa u erbgħin (45) pazjent. It-terminu overdose jinkludi dawn kategoriji: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44); Attentat ta’ suwiċidju jew ikkaġunar ta’ offiża fuqha nnifisha, ikkawżat minn avvelenament b’sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64); Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10 - Y14).

Persuni li ddaħħlu l-emerġenza kawża ta' xorb aċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' xorb aċċessiv matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (HAA) u l-Electronic Case Summary (ECS) jirriżulta li fl-ewwel tlett’xhur ta’din is-sena ddaħħlu 54-il każ minħabba f’xorb eċċessiv fl-Isptar Mater Dei. Dawn il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji: Kategorija A : Sindromu ta’ dipendenza fuq l-alkoħol, jew stat ta’ ‘withdrawal state’ minħabba li min jkun dipendenti fuq l-alkoħol jkun waqqaf jew naqqas l-ammonti li s-soltu jixrob, jew dawk li jabbużaw mill-alkoħol (ICD-10 codes F10.2, F10.3, F10.1 u F10.9) Kategorija B : Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda il-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0) Kategorija C : Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70) Importanti li wiehed jgħid li dawn il-figuri li ġejjin ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar. NOTA IMPORTANTI: IL-FIGURI HUMA PROVVIŻORJI In-numru ta’ każijiet f’kull kategorija jidhru hawn taħt: Numru ta’ Pazjenti li ddahlu fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Marzu 2012 Kategorija A Kategorija B Kategorija C 15 29 10

Persuni li ddaħħlu l-emerġenzja kawża ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' inċident fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ma tistax tinagħta informazzjoni dwar in-numru ta’ persuni li ddaħħlu fl-emerġenza kawża ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena. Fl-Electronic Case Summary/ Hospital Activity Analysis System jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li dan l-inċident ikun seħħ fuq il-post tax-xogħol.
Leg 11 PQ #34474 Sitting 475 2012-05-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33962 u 32951 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33961 u 32953 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħad-Dingli — ġibjun li mhux jintuża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34236 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33024, jista' l-Ministru jgħid x'jinvolvu x-xogħlijiet? Kemm huwa stmat li jiswew? Kemm hija l-ħażna tal-ilma li jesa' l-ġibjun?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar tas-snin disgħin, dan il-ġibjun żviluppawlu xi problemi strutturali kif ukoll kien hemm il-bżonn ta’ kisi b’water-proofing membrane. Kien hemm ukoll problema ta’ overhanging structures li kienu fil-periklu li jaqgħu u b’hekk ta’ riskju kbir għal min imur ħdejn il-ġibjun. (Dawn issa tneħħew). Hemm diffikultajiet loġistiċi biex isir dan ix-xogħol ta’ manutenzjoni peress li l-aċċess għall-ġibjun huwa diffiċli għall-vetturi u makkinarju. Ninsab infurmat ukoll li l-ġibjun jesa’ biss madwar 1,300 metri kubi. Kif intqal fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33024, fl-1999, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ddeċidiet li dan il-volum żgħir ma jiġġustifikax l-ispejjez li kien hemm biex jitranġa u l-problemi tal-operat u għaldaqstant il-ġibjun tneħħa minn fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma. Il-Korporazzjoni m’għandhiex records ta’ kemm kienet l-istima biex dan jitranġa dak iż-żmien.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 11 PQ #34469 Sitting 474 2012-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex m'għandux awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika jew jispjega t-tifsira tal-kelma “kawżi”.