Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kalkulata fil-mument in-nefqa għax-xogħlijiet li saru fil-bini tal-Parlament il-Ġdid? Kemm hija nefqa addizzjonali li saret s'issa meta paragunata mal-istimi oriġinali?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi n-nefqa kkalkulata għax-xogħlijiet li saru fil-bini tal-Parlament il-Ġdid sal-aħħar t'April 2012 hija ta' €34,251,146. Ma kienx hemm nefqa addizzjonali meta pparagunata mal-istima oriġinali.
Billi jirriżulta li hemm vot ta' €200, 000 approvati għal xiri ta' mediċini tad-dimensia/alzheimer, jista' l-Ministru jikkunsidra li tinxtara l-aħjar mediċina novativa llum u cioè il-patch li titwaħħal fuq il-ġilda tal-pazjent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa, id-direttorat responsabbli mid-dħul tal-mediċini fil-formolarju tal-Gvern qed jilqa’ applikazzjonijiet għad-dħul fil-formolarju ta’ mediċini għall-kura tad-dimensja. Wara li l-applikazzjonijiet jiġu vvalidati jsir Health Technology Assessment għal kull mediċina.
Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Health Technology Assessments ser jiġu ppreżżentati lill-Kumitat Konsultattiv dwar Lista Formularja tal-Gvern kif stipulat fl-Avviżż Legali 58 ta’ l-2009 tal-Att Dwar il-Mediċini (KAP. 458) Regolamenti tal-2009 dwar Prodotti Mediċinali Disponibbli fis-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern.
Fid-dawl tal-fatt li pazjenti Maltin u Għawdxin li jsofru mill-marda mgħarufa bħala DME (Diabetic Macular Edema) u/jew DMO (Diabetic Macular Odema) qed jingħataw il-mediċini bħall-Avastin li mhux liċenzjati fid-Dinja bħala kura addatata kontra din il-marda, u billi ukoll il-mediċina novattiva liċenzjata fid-dinja għal din il-marda hija Lucentis, jista' l-Ministru jara li tingħata l-mediċina liċenzjata u mhux dik li qed tingħata fil-preżent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-dħul tal-mediċina Lucentis® fil-formolarju tal-Gvern għad-Diabetic Macular Edema qed jiġi evalwat skont kif stipulat fl-Avviżż Legali 58 ta’ l-2009 tal-Att Dwar il-Mediċini (KAP. 458) Regolamenti tal-2009 dwar Prodotti Mediċinali Disponibbli fis-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34961 u 34470 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħlasijiet għal tenders
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23744 u jgħid illum kemm huwa kkalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-servizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Rabat — Għemieri, Binġemma Fort u Tas-Salib - Petizzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma x'konsiderazzjonijiet saru dwar il-petizzjoni tar-residenti tal-Għemieri, Binġemma Fort u Tas-Salib limiti tar-Rabat ikollhom is-servizz tat-trasport u dan partikolarment sabiex l-istudenti fl-inħawi msemmija jaslu l-iskola bl-anqas inkonvenjent possibli? Billi residenti jixtiequ li dan is-servizz jiġi estiż b'bidla żgħira attwali, jista' jara li t-task force kkonċernata tirrimedja b'soluzzjoni? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li ż-żoni imsemmija qatt ma kienu servuti b’servizz ta’ trasport pubbliku.
Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta ġa qed tikkunsidra kull soluzzjoni sabiex jekk ikun possibbli jingħata servizz fiż-żoni msemmija. Madankollu s’issa jidher li hu diffiċli ħafna li
hamlets
minuskoli bħal dawn ikollhom servizz.
Billi l-latrina pubblika f'Misraħ il-Bajja Bugibba ilha magħluqa aktar minn 4 snin u billi ukoll dalwaqt jibda l-istaġun tas-sajf fil-gżejjer tagħna, jista' l-Ministru jara li immedjatament tiġi rispettatat talba tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar sabiex din il-latrina tgħaddi lill-kunsill ħalli titranġa bla aktar telf ta' żmien?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.
Billi l-latrina pubblika f'Misraħ il-Bajja Buġibba ilha magħluqa aktar minn erba' snin u billi ukoll dalwaqt jibda l-istaġun tas-sajf fil-gżejjer tagħna, jista' l-Ministru jara li immedjatament isir il-kordinament meħtieġ bejn il-Ministeru u l-Lands Department sabiex tiġi rispettatat talba tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar sabiex din il-latrina tgħaddi lill-kunsill ħalli titranġa bla aktar telf ta' żmien?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Billi l-latrina pubblika f'Misraħ il-Bajja Bugibba ilha magħluqa aktar minn 4 snin u billi ukoll dalwaqt jibda l-istaġun tas-sajf fil-gżejjer tagħna, jista' l-Ministru jara li immedjatament tiġi rispettatat talba tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar sabiex din il-latrina tgħaddi lill-kunsill ħalli titranġa bla aktar telf ta' żmien?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Membru illi lattrini pubbliċi ma jiffurmawx parti minn dan il-Ministeru għaldaqstant nitolbu biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament mietet wara intervent kirurgusarlu fl-Isptar Mater Dei fix-xahar ta' April ??
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub sabiex jipprovdi il-kunsens tal-eredi tal-mejjet in kwistjoni stante illi l-awtoritajiet mhumiex awtorizzati jirrilaxxaw informazzjoni mingħajr tali kunsens.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas il-perit li d-dettlaji dwaru qed jintbagtħu separatament, mill-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema għas-servizzi tiegħu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali ta' tas-Sliema kellu servizz ta' konsulenza ta' perizja mal-kumpanija MED Developers and Consultants Ltd li r-rappreżentant tagħha kien il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi l-ħlasijiet saru lil din il-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li sar mill-Kunsill Lokali tal-Imsida, l-perit li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għax-xogħol ta' servizz tiegħu lill-istess kunsill?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Imsida kellu servizz ta' konsulenza ta' perizja mal-kumpanija MED Developers and Consultants Ltd li r-rappreżentant tagħha kien il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi l-ħlasijiet saru lil din il-Kumpanija.
Dipartiment tas-Saħħa — tqassim ta' siringi għan-nies li jbatu bid-dijabete
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mid-Dipartiment tas-Saħħa lill-persuni li jbatu bid-dijabete u kemm għall-użu ieħor matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-ispiżerija tal-isptar Mater Dei tqassmu dawn il-kwantitajiet ta’ siringi fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena:
Syringi 10ml - 846
syringi 2ml - 918
syringi 20ml - 140
syringi 5 ml – 1741
syringi 50ml leurlock – 136
syringi 50ml catheter tip – 1760
syringi 0,5ml lill-pazjenti bid-dijabete -9072
syringi 1ml lill-pazjenti bid-dijabete - 1060
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-istatistika għal April 2012 tkun disponibbli wara l-5 ta’ Ġunju. Għaldaqstant, l-informazzjoni għall-ewwel erba’ xhur tas-sena mhux disponibbli.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34468 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu imsemmi l-kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru kienu kif ġej:
Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi:
2007:
2
2008:
1
2011:
2
WasteServ Malta Limited
2010:2
2011:
1
Fis-snin mhux imsemmija ma kien hemm ebda kawża registrata
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — kawżi fuq awtoritajiet
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34471, jista' l-Ministru issa jgħid kemm kellu kawżi fil-Qrati fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34470 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Persuni li ddaħħlu l-Emeġenzja mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u Sptar Monte Carmeli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew minn Sptar Monte Carmeli matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ attendenzi fid-dipartiment tal-Emerġenza mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u/jew minn Sptar Monte Carmeli matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena huwa hekk.
2012
Jannar
Frar
Marzu
April
Faċilità Korrettiva ta' Kordin
14
27
10
28
Sptar Monte Carmeli
0
0
0
0
Persuni li ddaħħlu l-Emeġenza kawża ta' inċident ta' traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' inċidenti tat-traffiku matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis in-numru ta’ każijiet li ddaħħlu fl-isptar Mater Dei bħala pazjenti bejn Jannar u Marżu 2012 fejn korriment ta’inċident tat-traffiku (Land Transport Accidents ICD-10 Code V01-V89) kien irreġistrat bħala discharge diagnosis, ammontaw għal 78.
Importanti li wieħed jgħid li dan in-numru ma jinkludix dawk il-pazjenti li jiġu inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali ta’ l-isptar.