Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment ta' l-Artijiet — Xiri ta' proprjeta' privata

Question

No question text.

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-book value tal-proprjeta’ li ġiet dikjarata mill-Gvern li hemm bżonnha għal skop pubbliku u li għad trid titħallas jammonta għal €46,522,257. Dan l-ammont ma jinkludix l-imgħax dovut lis-sidien li jiddependi fuq il-valur tal-proprjeta’, kif ukoll iż-żieda li jista’ jkun hemm fil-valur tal-proprjeta’ f’każi fejn ikun hemm il-ħtieġa ta’ valutazzjoni ġdida. Barra minn dan, jista jkun hemm żieda fl-ammont li jkun irid jitħallas b’riżultat ta’ Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet kemm il-darba, l-ammont offert jiġi kkontestat. Il-Gvern qiegħed jagħmel l-istudji tiegħu dwar pjan għal ħames snin li ġejjin, li għandu jwassal biex l-ammonti dovuti lil terzi, sidien ta’ art privata li ġiet dikjarata mill-Gvern li hemm bżonnha għal skop pubbliku, jiġu ndirizzati.

Studenti li applikaw għall-eżamijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li applikaw għall-"A" level u "O" level din is-sena fil-lingwi? Tista' tagħti rendikont ta' dawn l-istudenti, lingwa, lingwa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li n-numru ta’ studenti li applikaw għall-‘A’ level u l’O’ level din is-sena fil-lingwi huwa ta’ 1,425 fl-‘A’ level u 16,662 fl-‘O’ level. In numru ta’ studenti f’kull lingwa huwa kif muri hawn taħt: ‘A’ Level ‘O’ Level Ingliz 596 5,918 Malti 403 5,294 Taljan 243 2,574 Franciż 111 1,951 Germaniż 33 565 Spanjol 29 330 Russu 8 19 Għarbi 0 11 Latin 1 0 Grieg 1 0

Għalliema tal-lingwi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' għalliema li jgħallmu l-lingwi fl-iskejjel sekondarji ta' l-istat, kif ukoll tinnumerahom kategorikament lingwa lingwa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata hekk: Lingwa Numru Taljan 132 Malti 171 Ingliż 253 Spanjol 24 Franċiż 73 Ġermaniż 41 Russu 2 Għarbi 5
Leg 11 PQ #67 Sitting 7 2008-05-21 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatriet fiċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarrafni bil-karigi tal-ħatriet kollha ġodda li saru fiċ-Ċivil bl-ismijiet tal-persuni u salarji u benefiċċji etc minn wara 8 ta' Marzu sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Serq minn Dipartimenti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm serq minn dipartimenti tal-Gvern, kumpaniji u korporazjonijiet parastatali li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separtament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq minn bini tal-Gvern rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej :- Malta Għawdex Total Jannar 2 0 2 Frar 2 0 2 Marzu 1 0 1 April 3 0 3 8

Serq fuq turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm serq fuq turisti li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separtament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-taghrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli. Madankollu ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq rrapurtat lill-Pulizija minn persuni ta’ nazzjonalita barranija, kien: Malta Għawdex Total Jannar 118 1 119 Frar 97 1 98 Marzu 110 0 110 April 112 4 116 443

Serq minn ċentri sportivi nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar serq minn ċentri sportivi nazzjonali li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separtament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li rigward serq minn ċentri sportivi nazzjonali, dan it-tip ta' serq ma tinzammx fi klassifika għal fini ta' statistika. Għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli.

Serq minn mużewijiet nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien sar serq minn mużewijiet nazzjonali li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separtament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li rigward serq minn mużewijiet, l-informazzjoni dwar dan it-tip ta' serq ma tinżammx fi klassifika għaliha għal fini ta' statistika. Għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli.

Mixed Commission

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid meta huwa maħsub li ssir l-laqgħa tal-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja matul din is-sena? Kemm fil-fatt huma l-membri maħtura min-naħa Maltija fil-mument?

Response (BORG, TONIO)

Huwa previst li l-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja titlaqqa' f'Malta aktar tard din is-sena bi ftehim bejn iż-żewġ naħat. Il-lead Ministries huma l-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin rispettivi iżda il-membri tal-Mixed Commission ivarjaw skond l-aġenda li tiġi addottata bejn iż-żewġ pajjiżi.

Qrati — Sentenza sospiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jiskontaw sentenza sospiża mill-Qrati ta' Malta fil-preżent? Kemm minn dawn il-każijiet huma ta' żgħażagħ taħt it-30 sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 16-il priġunier li qed jiskontaw sentenza sospiża għax kissru l-kundizzjoni. Minn dawn il-każijiet hemm 13-il persuna taħt it-tletin sena.

Applikazzjoni għal sticker — Vjaġġar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm-il talba għandu l-Gvern għall-applikazzjoni ta' l-isticker għal persuni barranin residenti f"Malta u li għall-fini ta' l-ivjaġġar tagħhom fl-Unjoni Ewropea jeħtieġu dan il-permess għall-fatt li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex stati fl-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant meta jsemmi 'sticker' qed jirreferi għal 'Uniform Residence Permit' maħruġ mill-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni f'Malta lil persuni minn pajjiżi terzi biex jirresjedu f'Malta. Ninsab infurmat li bħalissa d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates qed jipproċessa madwar 3000 talba biex jinħareġ tali 'residence permit'. Inżid ngħid li meta ċittadin minn pajjiż terz jagħmel applikazzjoni għal dan il-permess, jingħata riċevuta li għandha finijiet ta' permess temporanju sakemm jinħareġ il-permess proprju. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li persuni li jinħarġilhom 'Uniform Residence Permit' ikunu jistgħu jivvjaġġaw b'dan il-permess f'pajjiżi tax-Schengen mingħajr il-ħtieġa ta' visa.

Serqiet minn djar privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa saret minn djar privati li ġiet rappurtata lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

"Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq minn residenzi rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej:- Malta Għawdex Total Jannar 48 3 51 Frar 63 2 65 Marzu 61 3 64 April 56 6 62 242

Serq minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa saret minn stabilimenti kummerċjali li ġiet rappurtata lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq minn stabbilimenti kummercjali rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej:- Malta Għawdex Total Jannar 57 1 58 Frar 48 2 50 Marzu 45 1 46 April 60 1 61 215

Serq ta' karozzi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa saret ta' karozzi privati u self drive li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq ta’ vetturi rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej: Malta Għawdex Total Jannar 42 1 43 Frar 34 0 34 Marzu 34 0 34 April 33 1 34 144 Infurmat ukoll illi ma’ tinżamx statistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Serq ta' opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ta' opri tal-baħar saret li ġiet rappurtata lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, is-serq ta' dgħajjes rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej:- . Malta Għawdex Total Jannar 5 0 5 Frar 2 0 2 Marzu 0 0 0 April 0 1 1 8

Approvazzjoni ta' ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew approvati/mogħtija ċittadinanza Maltija matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Liema ċittadinanza irrinunzjaw? Kemm minnhom kienu ġuvintur u xebbiet u kemm minnhom kienu miżżewġa?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.