Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptarijiet ta' l-Istat — Ċittadini Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus li suppost tħallset meta ċittadini barranin użaw is-servizzi ta' l-isptarijiet ta' l-istat f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena? Kemm minn din iċ-ċifra ta' flus tħallset diġa'?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptarijiet ta' l-Istat — Użu minn barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali dovut lill-istat minn persuni barranin li użaw is-servizzi ta' l-isptarijiet ta' l-istat?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fil-mument l-ammont globali dovut lill-Istat minn persuni barranin li uzaw is-servizzi ta’ L-isptarijiet huwa ta’ €778,998 f’Malta u €71,385 f’Għawdex. Sptarijiet San Luqa/Mater Dei 1994-2007 €387,773 2008 €64,680 452,453 EU claims EU 125 2004-2007 €183,971 EU 127 2004 €16,184 EU 125 2008 €71,298 271,453 Sptar Boffa 1999-2007 €53,869 2008 €1,223 55,092 Total Dovut f’Malta €778,998 Sptar Ġenerali t‘Għawdex 1996-2007 €60,716 2008 €10,669 Total Dovut f’Ghawdex €71,385

Sptarijiet lokali — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'ċifra ta' flus globali mill-ħlasijiet li ċittadini Maltin iħallsu għal ċerti servizzi mill-isptarijiet lokali bħal kiri ta' wheel chairs, ċilindri ta' l-ossiġnu eċċ., matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' jgħarrafni kemm kien id-dħul f'ċifra ta' flus globali mill-istess sorsi għall-aħħar ħames snin sena b'sena separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-dħul tal-Gvern f’ċifra ta’ flus globali mill-ħlasijiet li ċittadini Maltin ħallsu għal ċerti servizzi mill-Isptarijiet Lokali bħal kiri ta’ wheel chairs , ċilindri ta’ l-ossignu eċċ-matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena jammonta għal €21,529. Informat ukoll li d-dħul totali mill-istess sorsi għall-aħħar ħames snin kien ta’ €669,092 .(Lm287,241) u maqsum sena b'sena hekk : Sena 2003 €131,484 Sena 2004 €129,956 Sena 2005 €130,722 Sena 2006 €138,332 Sena 2007 €138,598 Dħul Totali €669,092 Ta’ min jgħid illi dawn il-flus jiġu refunded lura lill-pazjenti meta dawn jirritornaw lura l-oġġetti mislufa lilhom.

Qrati ta' Malta — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'ċifra ta' flus globali li tħallsu lill-Qrati ta' Malta abbażi ta' multi u pieni oħra dovuti matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jgħarrafni kemm kien id-dħul f'ċifra ta' flus globali mill-istess sorsi għall-aħħar ħames snin sena b'sena separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li d-dħul tal-Gvern f’ċifra ta’ flus globali li tħallsu lill-Qrati ta’ Malta abbażi ta’ multi u pieni oħra dovuti matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kienu ta’ €550,279. Id-dħul f’cifra ta’ flus globali mill-istess sorsi għall-aħħar ħames snin sena b’sena separatament kienu hekk:- 2003 € 567,777.22 2004 €1,091,021.20 2005 €1,113,538.50 2006 €1,236,741.70 2007 €1,635,488.80

Stabilimenti kummerċjali — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul dovut f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-permessi ta' stabilimenti kummerċjali matul l-2007? Kemm minn din iċ-ċifra tħallset matul l-istess sena lill-uffiċċju u dipartimenti eċċ, konċernati?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mill-liċenzji tal-kummerċ fl-2007 kien ta’ EUR 1,273,586 (Lm546,750.47) li minnhom EUR 870,831 (Lm373,847.75) kienu dħul mill-liċenzji ta’ 2007 filwaqt li EUR 402,755 (Lm172,902.72) kienu arretrati għas-snin ta qabel.

Ċnus u qbiela

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq iċ-ċnus u qbiela matul l-2007?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq iċ-ċnus u qbiela matul is-sena 2007 kien ta’ Eur 21,426,861 (Lm 9,198,552).

Taxxi ta' l-ivvjaġġar bl-ajru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus mit-taxxi ta' l-ivvjaġġar bl-ajru matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-Gvern minn taxxi ta’ l-ivvjaġġar bl-ajru kien kif ġej: 2004 2005 2006 2007 2008 € € € € € Jannar 379,129 625,639 732,481 732,308 1,558,274 Frar 325,763 327,091 617,750 695,667 146,098 Marzu 216,236 85,341 631,721 499,767 11,590 April 358,700 448,882 535,383 898,067 1,266,300 Mejju 236,012 730,722 653,450 250,154 Gunju 116,888 79,613 885,688 66,969 Lulju 446,867 546,070 1,249,422 1,221,565 Awissu 717,633 1,172,979 738,327 84,393 Settembru 472,700 53,662 1,044,887 159,015 Ottubru 651,370 764,151 1,017,191 194,547 Novembru 385,628 1,307,021 1,190,729 66,178 Dicembru 195,649 929,047 874,866 1,745,733 Total 4,502,575 7,070,218 10,171,895 6,614,363 2,982,262 Nota: Dħul baxx fi Frar u Marzu ta' l-2008 minħabba li l-fondi ġew riċevuti f'April

Applikazzjoni għaċ-ċittadinanza doppja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jirrispondi mistoqsija parlamentari 18 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li applikaw għaċ-ċittadinanza doppja matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-ewwel 4 xhur ta' din is-sena d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza kkonferma 225 każ fejn il-persuna konċernata ġiet infurmata li tikkwalifika biex ikollha ċittadinanza doppja filwaqt li hemm madwar 40 talba oħra li għadhom qed jiġu pproċessati.

Approvazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jirrispondi mistoqsija parlamentari 19 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew approvati/mogħtija ċittadinanza Maltija matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Liema ċittadinanza irrinunzjaw? Kemm minnhom kienu ġuvintur u xebbiet u kemm minnhom kienu miżżewġa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li ġew reġistrati jew naturaliżżati bħala ċittadini ta' Malta matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena huwa: 197. Dwar it-tieni parti tal-Mostoqsija tiegħu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ebda persuna ma kellha għalfejn tirrinunzja xi ċittadinanza għax il-liġi Maltija tippermetti ċ-ċittadinanza doppja. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija tiegħu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx statistika ta' dak li qed jitlob.

Arranġamenti ta' ċittadinanza doppja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jirrispondi mistoqsija parlamentari 22 u jgħid liema huma l-pajjiżi li l-Gvern Malti se jiddiskuti għall-arranġamenti ta' ċittadinanza doppja?

Response (BORG, TONIO)

Il-Gvern Malti m'għandu l-ebda diskussjonijiet ipprogrammati għall-arranġamenti ta' ċittadinanza doppja ma xi pajjiżi partikulari u dan għaliex skond il-liġi Maltija dwar iċ-ċittadinanza doppja, kull ċittadin Malti jista' jkollu ċittadinanza oħra jew oħrajn u kull barrani li jakkwista ċ-ċittadinanza Maltija jista' jżomm dik barranija sakemm il-pajjiżi l-oħra konċernati jippermettu liċ-ċittadini tagħhom li jkollhom ċittadinanza oħra minbarra dik ta' pajjiżhom.

Talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza doppja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jirrispondi mistoqsija parlamentari 20 u jgħid kemm fil-preżent hemm talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza doppja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 40 talba biex il-persuni konċernati jiġi konfermat lilhom li jikkwalifikaw biex ikollhom ċittadinanza doppja.

Talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jirrispondi mistoqsija parlamentari 21 u jgħid kemm fil-preżent hemm talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza Maltija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza qed jipproċessa madwar 660 talba biex il-persuni konċernati jiġu reġistrati jew naturaliżżati bħala ċittadini ta' Malta.

Taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali mit-taxxa tal-VAT matul l-ewwel xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separtament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni bil-breakdown tad-dħul mit-taxxa tal-VAT matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separtament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali f'dak li huwa NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħlasijiet ta' National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni bil-breakdown tad-dħul mill-ħlasijiet tan-NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bejgħ ta' proprjeta' lill-barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lill-barranin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bejgħ tal-proprjeta' lill-Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lil ċittadini Maltin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qrati — Kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni bin-numru ta' kawżi u bil-break down tagħhom mressqa sal-lum fil-Qrati ta' Malta? Kemm tmur lura fi snin l-aktar kawża li ilha pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinstab fuq il-websitehttp://www2.justice.gov.mt/statistics, liema statistika qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija jien infurmat li l-kawża li l-aktar ilha pendenti fil-Qorti Ċivili kienet ġiet ippreżentata fl-1931, filwaqt li fil-każ tal-Qrati Kriminali din tmur lura għas-sena 1992.

Djar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti sabiex persuni anzjani jidħlu fid-Djar ta' l-Anzjani f'Malta u Għawdex separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta' l-applikazzjonijiet pendenti sabiex persuni anzjani jidħlu fid-Djar ta' l-Anzjani f'Malta huwa ta' 1,096. Din l-informazzjoni hija eżatta sa 31 ta' Marzu, 2008. Informat ukoll li f'Għawdex m'hemmx Djar għall-Anzjani tal-Gvern.