Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każijiet ta' HIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' HIV rappurtati li daħlu fl-isptarijiet lokali matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li, minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary (ECS), fl-ewwel 4 xhur ta’ din is-sena ma jirriżultax li kien hemm irreġistrati persuni li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ HIV (ICD-10 codes: R75 u Z21). Mhux eskluż il-fatt li jista’ jkun hemm xi persuni li huma HIV+ u li ddaħħlu l-isptar għal xi kundizzjoni oħra u għalhekk fid-discharge diagnosis ma jkunx imniżżel li huma HIV+. Il-fatt li wieħed jkun HIV+ mhux neċessarjament jkollu bżonn jiddaħħal l-isptar.

Każijiet ta' lebbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' lebbra rappurtati li daħlu fl-isptarijiet lokali matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li, minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary (ECS), fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena ma kien hemm ebda każ li ddaħħal fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ lebbra (ICD-10 code: A30).

Mard Rari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' mard rari rappurtati li daħlu fl-isptarijiet lokali matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li m’hemmx reġistru nazzjonali ta’ mard rari imma jekk l-Onorevoli Interpellant jista’ jkun aktar speċifiku għal-liema mard rari qiegħed jirreferi, inkunu nistgħu nanalizzaw il-discharge diagnoses mill-Isptar Mater Dei għall-perjodu specifikat.
Leg 11 PQ #410 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Assigurazzjoni Privata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Riżorsi u Affarijiet Rurali — Assigurazzjoni Privata

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għal liema perjodu qiegħed jirreferi.

Affarijiet Barranin — Assigurazzjoni Privata

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont globali ta' assigurazzjoni privata fuq karozzi, bini u oġġetti ta' valur fil-Ministeru u Ambaxxati li jaqgħu taħti, jammonta għal €110,505.85. Tajjeb ngħid ukoll illi l-Ministeru jħallas assigurazzjoni ta' l-ivjaġġar għall-uffiċċjali tiegħu. L-ammont ivarja skond is-safar kull xahar; dak imħallas għal Jannar u Frar 2008 kien ta' € 167.76 u € 643.08 rispettivament.

Dipartiment tal-Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali pendenti li d-Dipartiment tal-Finanzi għandu jħallas fuq kuntratti tax-xogħlijiet approvati mill-Istat sal-lum? Jista' jgħarrafni bil-breakdown ta' din iċ-ċifra bħal per eżempju, xogħlijiet fuq toroq, affarijiet mediċi, apparat, eċċ?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li applikaw għaċ-ċittadinanza Maltija matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li applikaw biex jiġu reġistrati jew naturaliżżati bħala ċittadini ta' Malta fl-ewwel 4 xhur ta' din is-sena hu 322.

Każijiet ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' overdose rappurtati li daħlu fl-isptarijiet lokali matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terminu “overdose” jinkludi dawn it-tlett kategoriji: · Kategorija A: Avvelenament incidentali kkawżat minn drogi, medicinali jew sustanzi bijoloġici (ICD-10 codes X40 - X44) · Kategorija B: Attentat ta’ suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b’sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64) · Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġici, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10 - Y14) Ninsab informat li, minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal- Hospital Activity Analysis u l- Electronic Case Summary , in-numru ta’ każijiet ta’ overdose li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bħala pazjenti bejn Jannar u April 2008 huwa kif jidher hawn taħt. Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu eżaminati fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza u għal xi raġuni ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar. Kategorija Nru ta’ Pazjenti A 8 B 1 C 55 Dawn il-figuri huma bbażati fuq data miġbura sat-22 ta’ Mejju 2008.

Każijiet ta' xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' xorb eċċessiv rappurtati li daħlu fl-isptarijiet lokali matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (HAA) u l-Electronic Case Summary (ECS) jirriżulta li fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena ddaħħlu 38 każ minħabba f’xorb eċċessiv fl-Isptar Mater Dei. Dawn il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji: · Kategorija A: Sindromu ta’ dipendenza fuq l-alkoħol, jew stat ta’ ‘ withdrawal state ’ minħabba li min ikun dipendenti fuq l-alkoħol ikun waqqaf jew naqqas l-ammonti li s-soltu jixrob, jew dawk li jabbużaw mill-alkoħol (ICD-10 codes F10.2 , F10.3, F10.1 u F10.9) · Kategorija B: Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda il-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0) · Kategorija C: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70) In-numru ta’ każijiet f’kull kategorija huwa kif jidher hawn taħt. Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu eżaminati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar. Kategorija A 11 Kategorija B 14 Kategorija C 13 Dawn il-figuri huma bbażati fuq data miġbura sat-22 ta’ Mejju 2008.

Każijiet ta' ikel avvelenat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' ikel avvelenat rappurtati li daħlu fl-isptarijiet lokali matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary (ECS), in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ velenu fl-ikel (food poisoning) fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena jammonta għal 9. Fit-terminu food poisoning huma nklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika ikkawżati minn viruses li jistgħu ikunu trasmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09 u T61-T62). Din l-informazzjoni hija bbażata fuq data miġbura sat-22 ta’ Mejju 2008

Każijiet ta' Aids

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' Aids rappurtati li daħlu fl-isptarijiet lokali matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary (ECS), matul il-perjodu indikat iddaħħlet persuna waħda fl-Isptar Mater Dei kawza ta’ AIDS (ICD-10 codes: B20-B24). Din l-informazzjoni hija bbażata fuq data miġbura sat-22 ta’ Mejju 2008.

Proprjeta' ta' l-istat — Bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul dovut lill-gvern minn fuq bejgħ tal-proprjeta' ta' l-istat għas-sena 2007? Kemm minn din iċ-ċifra tħallset diġa'?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul dovut lill-gvern minn bejgħ tal-proprjeta' ta' l-istat għas-sena 2007 kien ta’ Eur 12,914,113 (Lm 5,544,029) u minn din iċ-ċifra diga' tħallsu Eur 12,564,707 (Lm 5,394,029).

Ħlasijiet ta' taxxa — Oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet kontra ħlasijiet ta' l-incometax li tax payers lokali fil-mument irreġistraw mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni? Kemm fil-fatt huwa l-valur f'ċifra ta' flus globali li taxpayers lokali qed joġġezjonaw li jħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħlas tal-VAT — Oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet kontra ħlasijiet tat-taxxa tal-VAT li tax payers lokali fil-mument irreġistraw mal-Kummissarju tal-VAT? Kemm fil-fatt huwa l-valur f'ċifra ta' flus globali li t-tax payers lokali qed joġġezzjonaw li jħallsu?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għall-finijiet ta’ l-Att XXIII ta’ 1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, ‘taxxa’ tfisser it-taxxa fuq il-valur miżjud li għandha titħallas skond l-Att iżda ma tinkludix penali amministrattivi jew imgħax. Oġġezzjonijiet kontra t-taxxa tal-VAT ma jsirux mal-Kummissarju tal-VAT, imma jsiru permezz ta’ Appell kontra stimi lill-Bord ta’ l-Appell hekk kif indikat fid-Disa’ Skeda ta’ l-istess Att. L-oġġezzjonijiet li jirċievi l-Kummissarju tal-VAT jirrigwardjaw penali amministrattivi. In-numru ta’ oġġezzjonijiet irreġistrati fil-mument mal-Kummissarju tal-VAT dwar penali amministrattivi jammontaw għal 146. Il-valur f’ċifra ta’ flus globali li tirriżulta minn dawn l-oġġezzjonijiet ma tistax tingħata għax din tiġi stabbilita’ fil-mument li tkun qed tiġi trattata l-oġġezzjoni.

VAT — Multi u penali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'ċifra ta' flus globali li ħallsu t-tax payers lokali f'multi u penali maħruġa mill-VAT Department kontra irregolaritajiet li twettqu matul is-sena 2007? Jista' jgħarrafni bis-sitwazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li fil-liġi tal-VAT jeżisti l-provvediment ta’ l-approprijazzjoni, kull ammont ta’ ħlas li jsir mit-taxpayers għal xi perjodu jista’ jiġi allokat għall-perjodu jew perjodi ta’ qabel li dwarhom ikun għad hemm xi bilanċ. Dan isir billi l-ewwel jinqatgħu l-interessi, wara l-multi u fl-aħħarnett it-taxxa. Għaldaqstant, m’hux teknikament possibbli li tingħata din l-informazzjoni mitluba.

Taxxi Interni — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas tal-gvern f'ċifra ta' flus globali li skond ir-records tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni jridu jitħallsu lura lit-tax payers lokali?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tat-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas tal-Gvern f'ċifri ta' flus globali li skond ir-records tad-Dipartiment tat-Taxxa tal-VAT iridu jitħallsu lura lit-tax payers lokali?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skond ir-rekords tad-Dipartiment tal-VAT iċ-ċifra ta’ krediti mitluba fid-denunzji tat-taxxa sal-21 ta’ Mejju 2008 hija ta’ € 51,525,364.52 (Lm22,119,838.99). Dawn il-krediti ta’ taxxa jsiru dovuti mid-Dipartiment tal-VAT lill-persuna reġistrata matul il-ħames xhur li ġejjin skond artikolu 24 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Valur Miżjud. Madankollu, dawn il-krediti jistgħu jiġu utilizzati mill-persuna reġistrata sabiex titnaqqas taxxa dovuta minn issa ‘l quddiem skond l-artikolu 23 ta’ l-istess Att. Għaldaqstant, sal-21 ta’ Mejju 2008, id-Dipartiment tal-VAT kien ħallas l-ammont kollu ta’ kreditu eċċessiv li kien dovut sa dak in-nhar lill-persuni reġistrati.

Taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali mit-taxxa tal-VAT matul l-ewwel xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separtament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-Gvern f’ċifra globali mit-taxxa tal-VAT matul Jannar – April 2008 u matul is-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 kien kif spjegat fit-tabella annessa:

Taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni bil-breakdown tad-dħul mit-taxxa tal-VAT matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separtament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 235.