Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #1013 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Vetturi ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ karozzi/vetturi ġodda li nxtraw matul l-ewwel 5 xhur ta’ din is-sena mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien ta’ sebgħa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Affarijiet Barranin — Vetturi ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ħlasijiet ta' taxxa — Oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet kontra ħlasijiet ta' l-incometax li tax payers lokali fil-mument irreġistraw mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni? Kemm fil-fatt huwa l-valur f'ċifra ta' flus globali li taxpayers lokali qed joġġezjonaw li jħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif muri fit-tabella annessa:

Bejgħ tal-proprjeta' lill-Maltin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 240 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lil ċittadini Maltin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-Gvern f’ċifra ta’ flus globali minn fuq il-bejgħ ta’ proprjeta’ lill-ċittadini Maltin reġistrat għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2008 f’Malta u Għawdex separatament qed jidher fl-annessa tabella markata Dok “A”. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li ċ-ċifra ta’ flus globali tinkludi fiha dħul ta’ Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti kif ukoll Taxxa fuq Qliegħ Kapitali. (Bejgh ta’ Proprjeta’ Lill-Cittadini Maltin) 2004 (Jannar – Diċembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 55,756,395 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 45,017,427 € 100,773,822 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 5,270,325 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 4,614,177 € 9,884,502 2005 (Jannar – Diċembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 54,480,588 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 49,823,407 € 104,303,995 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 4,556,177 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 4,412,334 € 8,968,511 2006 (Jannar – Diċembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 56,688,622 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 62,442,366 € 119,130,988 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 5,137,027 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 5,928,205 € 11,065,232 (Bejgħ ta’ Proprjeta’ Lill-Ċittadini Maltin) 2007 (Jannar – Diċembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 60,647,084 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 82,317,196 € 142,964,280 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 5,066,367 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 7,617,768 € 12,684,135 2008 (Jannar – April) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 15,655,663 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 22,689,145 € 38,344,808 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 1,081,195 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 1,490,026 € 2,571,221

Bejgħ ta' proprjeta' lill-barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 239 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lill-barranin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dhul tal-Gvern f’cifra ta’ flus globali minn fuq il-bejgh ta’ proprjeta’ lill-barranin registrat ghas-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2008 f’Malta u Ghawdex separatament qed jidher fl-annessa tabella markata Dok “A”. Nigbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li c-cifra ta’ flus globali tinkludi fiha dhul ta’ Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti kif ukoll Taxxa fuq Qliegh Kapitali. Dok “A” 2004 (Jannar – Dicembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 590,277 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 152,066 € 742,343 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 19,800 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 1,691 € 21,491 2005 (Jannar – Dicembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 790,038 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 552,383 € 1,342,421 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 39,133 Taxxa fuq Qliegh Kapitali NIL____ € 39,133 2006 (Jannar – Dicembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 1,294,311 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 115,606 € 1,409,917 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 211,707 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 87,827 € 299,534 2007 (Jannar – Dicembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 7,006,580 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 1,059,908 € 8,066,488 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 1,038,371 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 653,410 € 1,691,781 2008 (Jannar – April) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 2,234,871 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 611,940 € 2,846,811 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 230,053 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 180,523 € 410,576

Ħlasijiet ta' National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 238 u jgħarrafni bil-breakdown tad-dħul mill-ħlasijiet tan-NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 237 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali f'dak li huwa NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Vjal il-Ħaddiem Rabat Malta

Question

B'referenza għall-qagħda ħażina tat-Triq Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat Malta, jista' l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet neċessarji, ħalli wara xogħlijiet tal-kuntrattur din it-triq ma tibqax ta' skomdu kif inhi llum sija għall-pedestrians u sija għall-karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed issir fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant qed issir mill-Koporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-ilma. La darba jitlesta dan ix-xogħol, il-Kuntrattur huwa obbligat li jagħmel reinstatement bit-tarmac bħala kundizzjoni li l-ADT għamlet fil-permess maħruġ għal dan ix-xogħol. Il-kuntrattur għandu obbligu li jagħlaq it-trinek kollha b’cold mix material b’mod temporanju sakemm jitlesta ix-xogħol, u ingħata struzzjonijiet f'dan is-sens.

Postijiet Ikkundannati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' familji li fil-mument għandhom talbiet għall-akkomodazzjoni alternattiva kawża li l-fondi li jgħixu fihom huma kundannati bħala perikolużi.u fi stat li jista' jiġġarraf? X'inhi l-politika tal-Gvern quddiem dawn il-każijiet? Kemm minnhom se jingħataw l-akkomodazzjoni mitluba fis-sena li qegħdin fiha?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita’ tad-Djar għanda 100 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva minn postijiet li hemm xi tip ta’ periklu, mhux neċessarjament tal-gravita’ indikata mill-Onor. Interpellant. Il-politika tal-Gvern f’dawn il-każijiet hi li jagħti priorita’ lil dawn l-applikazzjonijiet l-ewwel nett billi jgħin biex isiru xogħlijiet ta’ rranġar, taħt l-iskemi ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, biex jitneħħa l-periklu. Sfortunatament, ħafna jippreferu li ma jagħmlu l-ebda xogħol u jibqgħu fil-perikolu. Għal diversi raġunijiet, fosthom dik imsemmija hawn fuq, kif ukoll in-numru ta’ postijiet battala u addattati li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-Awtorita’, mhux possibli Tweġiba għall-aħħar parti tal-Mistoqsija.

Għalliema tal-lingwi

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 66, tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm mill-għalliema jinsabu għaddejjin bi studju dwar is-suġġett tal-lingwa li jgħallmu bil-għan li jtejbu l-livell tagħhom? F'liema universitajiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-preżent, hemm 25 għalliema li għaddejin bi studju tal-lingwa li huma jgħallmu bil-għan li jtejbu l-livell tagħhom. Dawn qed jistudjaw fl-Universitajiet kif imsemmi hawn : · 14 fl-Universita’ ta’ Malta · 3 fil-University of Nottingham · 2 fit-Trinity College of London · 1 fl-Universite’Jean Monet St.Etienne · 1fl-Universidad Antonio Mebrija Madrid · 1 fil-U.N.E.D. Madrid · 1 f’Goethe Institute Frankfurt · 1 f’Goethe Insitute Munich · 1 f’ Ca’ Fosca Venezia.

Provvista tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru globali ta' każijiet fl-ewwel 4 xhur tas-sena fejn ġiet sospiża l-provvista tad-dawl, f'Malta u Għawdex separatament u lokal b'lokal? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' stabilimenti kummerċjali milquta globalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Provvista ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru globali ta' każijiet fl-ewwel 4 xhur tas-sena fejn ġiet sospiża l-provvista ta' l-ilma f'Malta u Għawdex separatament u lokal b'lokal? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' stabilimenti kummerċjali milquta globalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru globali ta' każijiet fl-ewwel 4 xhur tas-sena fejn ġiet sospiża l-provvista ta' l-ilma f'Malta u Għawdex, b'kollox kien ta’ 434 – 406 f’Malta u 28 f’Għawdex. Ta’ min isemmi li aktar minn 30% ta’ dawn l-inċidenti damu anqas minn sagħtejn filwaqt li kienu biss madwar 1% li damu aktar minn 12-il siegħa. Għal fini tas-sospenzjonijiet ta’ l-ilma, il-Korporazjoni tkun taf biss in-numru bejn wieħed u ieħor ta’ residenzi affettwati fiż-żoni milquta, u għaldaqstant m’għandhiex informazzjoni fuq kemm minn dawn huma stabbilimenti kummerċjali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi fejn kienu dawn is-sospensjonijiet.
Leg 11 PQ #679 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatriet fiċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 67 u jgħarrafni bil-karigi tal-ħatriet kollha ġodda li saru fiċ-Ċivil bl-ismijiet tal-persuni u salarji u benefiċċji etc minn wara 8 ta' Marzu sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 67.
Leg 11 PQ #67 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatriet fiċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarrafni bil-karigi tal-ħatriet kollha ġodda li saru fiċ-Ċivil bl-ismijiet tal-persuni u salarji u benefiċċji etc minn wara 8 ta' Marzu sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kien hemm 68 ħatra ġdida b’effett mit-8 ta’ Marzu 2008 sal-lum fis-Servizz Pubbliku. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant li tinkludi n-numru ta’ ħatriet f’kull nomenklatura kif ukoll is-salarji u l-benefiċċji, kif applikabbli. Dettalji personali tħallew barra għal raġuni ta’ etika.

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Assigurazzjoni Privata

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Politika Soċjali — Assigurazzjoni Privata

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, minbarra l-Awtorita’ Nazzjonali għax-Xogħol u l-isptar Monte Carmeli, kull Dipartiment u Entita’ taħt id-dekasteru tiegħi ħallas xi tip ta’ assigurazzjoni inkuż dik li tkopri s-safar ta’ uffiċjali. Ninsab infurmat ukoll li, minbarra l-assigurazzjoni msemmija għas-safar, li l-ammont tagħha jvarja skond in-numru ta’ safriet, iċ-ċifra globali li qed titħallas għal assigurazzjoni hi ta' €193,305.25 .
Leg 11 PQ #422 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Assigurazzjoni Privata

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa. Seduta Nru 14 (09.06.08) Mistoqsija Parlamentari Numru 422/08 Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) Ħlas globali li qed jitħallas Assigurazzjoni fuq il-karozza uffiċċjali tal-Ministru Assigurazzjoni għal kull min isiefer fuq xogħol uffiċċjali tal-Ministeru € 1166.93 fis-sena € 380.89 fl-aħħar sena Assigurazzjoni fuq il-bini taċ-Ċentru għall-NGO’s u ta’ dak kollu li hemm fih Assigurazzjoni li tkopri 3rd party fuq persuni li jweġgħu meta jkunu fiċ-Ċentru għall-NGO’s € 121.12 kull sena € 58.24 kull sena

Edukazzjoni — Assigurazzjoni Privata

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-entitatjiet li għandhom xi forma ta’ Assigurazzjoni Privata huma : Institute of Tourism Studies (ITS), Kunsill Malti għall-Isport (KMS), Malta College of Arts, Science & Technology (MCAST), Universita’ ta’ Malta, Superintendence of Cultural Heritage, Heritage Malta, Malta Council for Culture and the Arts (MCCA), Public Broadcasting Services (PBS), u l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS).Il-ħlas globali f’ċifra ta’ flus li qed titħallas għal assigurazzjoni hija ta’ EUR 232,159.00.

Gustizzja u Intern — Assigurazzjoni Privata

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li dan il-Ministeru u d-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja huma l-uniċi entitatjiet li jħallsu xi tip ta' assigurazzjoni privata. Żewġ vetturi uffiċċjali tal-Ministeru huma koperti b'assigurazzjoni li tammonta għal €1776.19 ( Lm742.55) fis-sena. Infurmat ukoll li d-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja tħallas assigurazzjoni privata għal persuni mpjegati fil-Qrati li jsiefru b'konnessjoni max-xogħol tagħhom. Ir-rata ta' ħlas hija ta' €13.98 (Lm6) għal kull persuna fuq safar għal perjodu ta' mhux aktar minn sebat ijiem u €17.47 (Lm7.50) għal perjodu ta' mhux aktar tard minn għaxart ijiem. Din is-sena s'issa tħallset is-somma ta' €97.86 (Lm42.01).

Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Assigurazzjoni Privata

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.