Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tjur tas-simna — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-produzzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena kienet ta’ 1,298,881 tajra għal total ta’ 3,180,640 kilo qabel il-qatla. Dan l-ammont jista’ jvarja xi ftit, peress li xi produtturi jkun għadhom ma rritornawx id-dokumenti kollha tal-qatla. Għall-istess perijodu fl-2003 l-ammont kien 1,888,731 tajra għal total ta’ 4,459,917 kilo qabel il-qatla. Għall-istess perijodu fl-2004 l-ammont kien 1,871,392 tajra għal total ta’ 4,176,858 kilo qabel il-qatla.

Tadam mis-serer — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tadam mis-serer reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li skond informazzjoni mill-Pitkalija, l-produzzjoni tat-tadam mis-serer reġistrati f'Malta u Għawdex kienet kif ġej: Jannar – Mejju 2008 1,646,224 Kilo Jannar – Mejju 2003 1,029,843 Kilo Jannar – Mejju 2004 1,142,421 Kilo

Frawli mis-serer — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-frawli mis-serer reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx.

Karozzi second hand — Dħul mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 964 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati second hand matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 964.

Vetturi Ġodda — Dħul mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 963 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati ġodda matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 963.

Karozzi second hand

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1135 u 962 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 962.

Bejgħ ta' karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1136 u 961 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 961.

Esperti Barranin — Orti Kultura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam ta' l-orti kultura u s-serrer li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Esperti Barranin — Api kultura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam ta' l-api kultura li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Esperti Barranin — Siġar taċ-ċitru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tas-siġar taċ-ċitru li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Esperti Barranin — Frott Frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-frott frisk li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Esperti Barranin — Ħxejjex friski

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħxejjex friski l li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bejgħ ta' karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-figuri tal-karozzi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008.

Karozzi second hand

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mehmuż qed nipprovdi tabella li turi l-figuri tal-karozzi wżati reġistrati f’pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Karozzi second hand

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 962 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 962.

Bejgħ ta' karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 961 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 961.

Esperti Barranin — Trobbija tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tal-majjal li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li esperti barranin li għandhom x’jaqsmu mas-settur imsemmi huma nklużi fit-tweġiba għad-Domanda Nru 1470.

Esperti Barranin — Trobbija tat-tjur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tat-tjur li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tat-tjur żaru Malta żewġ esperti li trattaw il-promozzjoni ta’ dan is-settur. Kien hemm wkoll esperti oħrajn imsemmija fit-tweġiba għal-mistoqsija Nru 1470 li wkoll ittrattaw dan is-settur imsemmi Ir-rakkomandazzjonijiet qed jiġu implimentati.

Esperti Barranin — Trobbija tal-Fniek

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tal-fniek li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tal-fniek żar Malta espert wieħed li rrakomanda r-reġistrazzjoni tal-produtturi fis-settur. Dan, temporanjament, qed isir b’mod volontarju.

Esperti Barranin — Trobbija ta' l-għoġġiela

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga u t-trobbija ta' l-għoġġiela li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga u t-trobbija ta' l-għoġġiela żaru Malta 26 espert. Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn l-esperti kienu: · tibdil strutturali u operattiv fi ħdan il-biċċerija tal-gvern · titjib biex ikun assigurat il-ħarsien tas-saħħa tal-għoġġiela qabel u waqt il-qatla · l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ Milk Recording u Servizz ta’ Monitoraġġ ta’ saħħa tal-merħla tal-bovini minn veterinarji li jaħdmu privatament · 14-il linja gwida dwar l-iġene waqt il-produzzjoni u l-użu ta’ l-għalf li 4 minnhom japplikaw għas-settur tal-bovini. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet qed jiġu implimentati.