Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam ta' l-orti kultura u s-serrer li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ma ġewx esperti barranin fil-qasam ta' l-ortikultura u s-serrer f’dawn l-aħħar ħames snin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam ta' l-api kultura li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-qasam ta' l-apikultura f’dawn l-aħħar 5 snin ġew Malta 5 esperti. Ir-rakkomandazzjonijiet li għamlu kienu:
· Protezzjoni tas-sottospeċi tan-naħla Maltija.
· Protezzjoni u restawr ta’ l-imgiebaħ antiki.
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet qed jiġu attwati b’enfasi fuq il-protezzjoni tas-sottospeċi tan-naħla Maltija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tas-siġar taċ-ċitru li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-qasam tas-siġar taċ-ċitru f’dawn l-aħħar ħames snin ġew żewġ esperti barranin. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar tnissil, selezzjoni ta’ varjetajiet u ħarsien mill-mard tas-siġar taċ-ċitru qed jiġu attwati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-frott frisk li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ġew tlett esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-frott frisk f’dawn l-aħħar ħames snin. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar tnissil, tilqim u ħarsien mill-mard qed jiġu attwati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħxejjex friski l li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ġie espert barrani wieħed fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħxejjex friski f’dawn l-aħħar ħames snin. Ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kultivazzjoni tal-patata qed jiġu attwati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1146, li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u mistoqsija parlamentari 1410 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa qed jiġu riferuta lilu u jgħarrafni bil-pagamenti li għadda lill-PPP tal-landscaping matul dawn l-aħħar 3 snin, sena b'sena? Liema kienu l-proġetti li saru abbażi ta' dawn il-fondi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1363, 1143 u 431 u jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1362,1136 u 961 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 961.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1361, 1135 u 962 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 962.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1360 u 310 u jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali pendenti li d-Dipartiment tal-Finanzi għandu jħallas fuq kuntratti tax-xogħlijiet approvati mill-Istat sal-lum? Jista' jgħarrafni bil-breakdown ta' din iċ-ċifra bħal per eżempju, xogħlijiet fuq toroq, affarijiet mediċi, apparat, eċċ?
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswa fil-preżent l-inċineratur tal-biċċerija tal-Marsa? Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż u tal-kwantita ta' tunellaġġ li qed jiġi inċinerat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-ispiża tvarja skond l-użu u l-immaniġjar ta’ l-impjant u tajjeb li jingħad ukoll li l-impjant għadu fil-fażi ta’ commissioning u għaldaqstant l-ispiża rikurrenti għadha qed tvarja.
L-ammont ta’ skart li ġie ttrattat matul din is-sena huwa :
1 Skart tal-biċċerija u
slaughter houses
privati jammonta għall-1,158.11 tunnellata, ekwivalenti għal 73%
2 Skart ta’ l-isptarijiet jammonta għall-102.86 tunnellata, ekwivalenti għal 6%
3 Injam u siġar imqattgħin jammonta għal 315.40 tunnellata, ekwivalenti għall-20%
4 Skart ieħor li jinkludi skadenza jammonta għal 15.94 tunnellata, ekwivalenti għal 1%
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-bżar ikkulurit mis-serer reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' qarabagħli mis-serer reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tad-dulliegħ reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tad-dulliegħ reġistrata f'Malta u Għawdex kienet kif ġej:
Jannar – Mejju 2008 95,814 Kilo
Jannar – Mejju 2003 20,150 Kilo
Jannar – Mejju 2004 50,406 Kilo
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-bettieħ reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tal-bettieħ reġistrata f'Malta u Għawdex kienet kif ġej:
Jannar – Mejju 2008 176,174 Kilo
Jannar – Mejju 2003 28,155 Kilo
Jannar – Mejju 2004 124,213 Kilo
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija f'ċifra ta' flus l-ispiża fuq kull tunellata animal waste li tiġi nsinerata fl-inċineratur il-ġdid tal-biċċerija tal-Marsa fil-preżent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-inċineratur għadu fil-fażi tal-commissioning u għaldaqstant l-ispiża ta’ l-operat at full capacity għadha ma ntlaħqitx.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ħsarat fl-apparat reġistrat lid-Dipartiment tas-Saħħa miċ-ċentri tas-saħħa f'Malta?
Kemm minn dan l-apparat ġie rranġat u kemm minnu huwa maħsub li jinxtara ġdid fix-xhur li ġejjin?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1411 u jgħid kemm huwa l-volum ta' l-ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis li ma ġiex użat matul is-sena li għaddiet għax ma laħaqx il-livelli tan-normi aċċettabli? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis li ma ġiex użat għax ma laħaqx il-livelli tan-normi aċċettabbli fl-ebda sena dawn l-aħħar ħames snin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tal-laħam tal-majjal reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena kienet ta’ 39,365 -il ras għal total ta’ 3,393,138 kilo. Matul din is-sena il-qatla saret biss fil-biċċerija ta’ Malta.
Għall-istess perijodu fl-2003 l-ammont f’Għawdex kien ta’ 2,753 -il ras waqt li f’Malta kien ta’ 51,051 -il ras għal total ta’ 4,420,166 kilo.
Għall-istess perijodu fl-2004 l-ammont f’Għawdex kien ta’ 1,925 -il ras waqt li f’Malta kien ta’ 42,394 -il ras għal total ta’ 3,597,402 kilo.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga reġistrata matul l-ewwel ħames xhur tas-sena kienet ta’ 2264 ras għal total ta’ 2234 kilo. Matul din is-sena il-qatla saret biss fil-biċċerija ta’ Malta.
Għall-istess perijodu fl-2003 l-ammont f’Għawdex kien ta’ 189 -il ras waqt li f’Malta kien ta’ 1389 -il ras għal total ta’ 2040 kilo. Peress li fl-2003 kien għad baqa’ xi bhejjem biċ-ċomb tal-ħadid jistà jkun li hemm xi diskrepanzi għaliex wħud setgħu ma ġewx irreġistrati fid-database dak iż-żmien.
Fl-2004 l-ammont f’Għawdex kien ta’ 220 -il ras waqt li f’Malta kien ta’ 1834 -il ras għal total ta’ 1762 kilo.