Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għalliema/Uffiċjali/Ħaddiema assenti — Bidu tas-sena skolastika

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali/għalliema eċċ. fl-iskejjel tal-istat li rappurtaw sick/assenti jew off fil-ftuħ tal-istaġun skolastiku 2008/2009 rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Assenteiżmu — sena skolastika 2008/2009

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-istat li rappurtaw assenti jew sick fl-ewwel jiem tas-sena skolastika 2008/2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li kien hemm medja ta’ 1.3% kuljum tat-tfal li ma marrux fl-iskejjel tal-istat fl-ewwel ġimgħa mħabba mard jew għal xi raġuni oħra.

Skejjel tal-istat — Lmenti fuq nuqqasijiet ta' trasport

Question

Tista' l-Minstru tgħid kemm kien in-numru ta' lmenti fuq nuqqasijiet ta' trasport aċċessibli għall-istudenti fl-iskejjel tal-istat fl-ewwel jiem tal-istaġun skolastiku?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li matul l-ewwel 10 ijiem ta’ skola saru 17,680 vjaġġ bit-tfal ta’ l-iskola fuq 684 rotta differenti. Infurmata wkoll li b’kollox matul l-istess perjodu daħlu ilmenti dwar 15-il rotta.

Serqiet reġistrati lill-Puluzija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu numri ta' serqiet reġistrati lill-Puluzija fuq karozzi, djar privati, u ħwienet/entitajiet kummerċjali minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena fil:- 1. Qawra? 2. Mellieħa? 3. San Pawl il-Baħar? 4. Manikata? 5. Mġarr? 6. Buġibba? 7. Xemxija? 8. Dingli? 9. Mtarfa? 10. Rabat? 11. Żebbuġ? 12. Burmarrad?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

International Development Aid — Politika tal-Gvern

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'inhija l-Politika tal-Gvern fid-dawl tal-International Development Aid vis-a-vistal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

F'Ottubru 2007, Malta nidiet dokument imsejjaħ "Politika ta' Żvilupp Barrani", li jifforma l-qafas tal-Għajnuna għall-Izvilupp u Għajnuna Umanitarja ta' Malta. Il-bażi ta' dan id-dokument huwa li jiġi eliminat kemm jista' jkun il-faqar permezz tal-Iżvilupp, u torbot mal-Millennium Developemnt Goals u mal-attivita' tal-Unjoni Ewropea. Din il-politika timxi fuq il-passi tal-Konsensus Ewropew dwar l-Izvilupp, addottat mill-Unjoni Ewropea fl-2005. B'hekk fis-snin li ġejjin, Malta se tkompli tagħti s-sehem tagħha fit-tisħieħ ta l-impenn għall-għajnuna effettiva. Il-politika Maltija tisħaq fuq l-eradikkazzjnoi tal-faqar bħala għan ewlieni. Malta lesta li taqsam l-esperjenza li kisbet tul is-snin ta' ħidma f'ċertu oqsma bħalma hums l-edukazzjoni u s-saħħa. Dawn iż-żewġ oqsma huma ferm importanti biex jintlaħqu l-Millennium Development Goals sas-sena 2015, kif ukoll sabiex il-popolazzjoni fil-pajjizi konċernati, ikunu jistgħu jgħixu f'kundizzjonijiet aħjar u jgħinu fit-tkattir tal-iżvilupp ta' pajjizhom. Din il-politka tiffoka ukoll fuq il-prinċipji ta'demokarzzija u tmexxija tajba, li huma ezzenzjali sabiex l-għajuna li tingħata tkun effettiva, u tasal għand dawk li huma l-aktar fil-bżonn, mingħajr ebda distinzjoni bejn is-sessi jew twemmin. Dan id-dokument jisħaq ukoll li l-għajnuna li nagħtu għandha tkun immirata lejn il-pajjizi l-aktar foqra. Il-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp jisħaq li l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel l-almu tagħha sabiex tikkonċentra parti sostanzjali ta' l-għajnuna tagħha lejn l-Afrika, bħala l-aktar kontinent li qed ibati l-faqar. Fil-qafas ta' din il-politika, Malta ukoll tagħti priorita' lill-Afrika, l-aktar lejn pajjizi fil Qarn ta' l-Afrika. Malta lesta ukoll turi solidarjeta' ma' Stati żgħar b'mod partikolari ġzejjer li qed jiżviluppaw u tikkonċentra l-għajnuna tagħha lejn pajjizi li qed jizviluppaw fir-reġuni tal-Mediterran u l-Lvant Nofsani.

International Development Aid — kontribuzzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' l- Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti għamel lill-Unjoni Ewropea sabiex ikun konformi mal-obbligi tal-istrutturi tal-International Development Aid tal-Unjoni Ewropea? Jekk saru kontribuzzjonijiet, jista' jagħti dawn sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti ma għamel l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lil-International Development Aid tal-Unjoni Ewropea fl-ebda sena.

Taxxi Interni — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas tal-gvern f'ċifra ta' flus globali li skond ir-records tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni jridu jitħallsu lura lit-tax payers lokali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba sal-31 t’Awissu, 2008 hija din: Individwi €7,666,121 li jridu jitħallsu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru, 2009. Kumpaniji €10,291,266 li jridu jitħallsu hekk: €3,895,486 sal-31 ta’ Diċembru, 2009; u €6,395,780 sal-31 ta’ Diċembru, 2010.

Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assigurazzjoni privata

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 431 u jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 431.

Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1019 u jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1019.

Assigurazzjoni privata

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1143 u 431 u jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 431.

Assigurazzjoni privata

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1363, 1143 u 431 u jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 431.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Assigurazzjoni Privata

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra:

Karrijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karrijiet reġistrati mal-vetturi, muturi, opri tal-baħar u opri tas-sajd eċċ., li huma reċistrati u għandhom in-number plates pari mar-reġistru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta ma tirreġistrax karrijiet. L-ADT tagħti biss il-permess sabiex vettura jkollha t-tielet pjanċa (pjanċa addizjonali li titwaħħal mal-karru). Minn dawn il-vetturi bit-tielet pjanca hemm total ta’ 13704.

Heavy vehicles

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' heavy vehicles reġistrati f'Malta u Għawdex separatament fil-mument?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' heavy vehicles 'il-fuq minn tnax il-tunellata reġistrati f'Malta u f'Għawdex separatament huwa: Malta - 3,550 Għawdex - 15.