Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bdiewa reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-mument? Jista' jagħti dawn f'listi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li n-numru ta’ bdiewa rreġistrati fir-Reġistru tal-Bdiewa f’Malta u f’Għawdex fil-preżent hu 15,185.

Produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-laħam taċ-ċanga friska reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li biex inkunu preċiżi, f’Malta u Għawdex m’għandniex produtturi taċ-ċanga. Iċ-ċanga f'Malta u Għawdex hija konsegwenzjali għat-trobbija tal-baqar għall-ħalib. Għalhekk il-produtturi li huma irreġistrati li jżommu baqar u għoġġiela huma kollha b'xi mod produtturi taċ-ċanga. In-numru tagħhom hu ta’ 108 f'Malta u ta’ 46 f'Ghawdex. Minbarra dawn hemm ukoll 192 irziezet irreġistrati f'Malta li għandhom xi baqar jew għoġġiela u 12 f'Għawdex.

Produzzjoni tal-laħam tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-laħam tal-majjal reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li n-numru ta’ produtturi tal-majjal liċenzjati f’Malta huwa ta’ 157 filwaqt li dak t'Għawdex hu ta’16. Peress li l-qatla tal-majjal issir kollha f’Malta ma tinżammx statistika separata u għalhekk iċ-ċifri tal-produzzjoni minn Jannar sa Ġunju 2008 li ser insemmi jinkludu l-Malta u l-Għawdex f’daqqa Numru ta’ Rjus Piż (Kgs.) Malta u Għawdex 47,145 4,052,867

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ċ-ċifra ta' flus f’safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea bejn Jannar u Settembru 2008 kien ta’ € 13,010.80 filwaqt li dak għall-Unjoni Ewropea kien ta’ € 317,640.48.
Leg 11 PQ #2524 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru ta' l-Affarijeit Barranin — ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Viċi Prim Minstru u Ministru għall-Affarijiet Barannin jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienewt fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-safar lejn jew barra l-Unjoni Ewropea huwa kif ġej:- Safar lejn l-Unjoni Ewropea Euros 513,887.12 Safar barra l-Unjoni Ewropea Euros 204,764.01

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri ta-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l- Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l- Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kient fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2516 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Serqiet rappurtati lill-Pulizija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija li saru fil-ministeru/dipartamenti/entitajiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Serqiet rappurtati mill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati lill-puluzija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Serqiet rappurtati mill-pulizija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati lill-puluzija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra, mill-Ministru kkonċernat.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Serqiet rapportati lill-Pulizija

Question

Jista' l-Viċi Ministru u Ministru għall-Affarijiet barranin jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-puluzija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, ma seħħet l-ebda serqa minn Jannar sa Settembru 2008.
Leg 11 PQ #2521 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Serqiet Rapportati mill-pulizija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-puluzija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li kien hemm serqa waħda li ġiet irrappurtata lill-pulizija minn sezzjoni li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex minn Jannar sa Settembru 2008. Il-valur in kwistjoni kien ta' Euro 656.88.

Qorti — tħarrik fuq moħqrija lill-annimali/fjuri/natura

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tresqu l-Qorti mill-Pulizija u/jew imħarka għaliex wettqu moħqrija fuq annimali/fjuri/natura f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 4 persuni li l-pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra tagħhom fuq akkużi ta' moħrija fuq annimali. Ma tinżammx statistika separata dwar vandaliżmu li jitwettaq fuq fjuri, pjanti jew siġar.

Rapport tal-Puluzija fuq inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu in-numru ta' inċidenti tat-traffiku rapurtati lill-Puluzija minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu fatali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 3,059 inċident tat-traffiku rrappurtat lill-pulizija. Minn dawn kien hemm 12 li kienu fatali.

Fish Farms li joperaw fl-ibħra Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' fish farms li fil-preżent joperaw fl-ibħra Maltin? X'tip ta' ħut u x'kwantitajiet jipproduċu rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Membru li fl-ibħra ta' madwar Malta u Għawdex hawn 7 farms li jrabbu t-tonn. Din is-sena bejniethom għandhom produzzjoni ta' 4,253.5 tunnelata. Tlieta minnhom irabbu wkoll spnott u awrat flimkien ma’ farm ieħor li jrabbi spnott u awrat fi tlett siti differenti. Dawn bejniethom għandhom produzzjoni ta' madwar 1184 tunellata. Hemm kwantità zgħira ta' griebel li hija prodotta minn wieħed minn dawn il-farms, filwaqt li hemm ukoll produzzjoni ta' aċċol li għadha fuq skala ta' riċerka, li qiegħda ssir bi ftehim ma’ farm ieħor minnhom.

Produtturi reġistrati f'Malta u f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' produtturi tat-tjur tas-simna reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li skond in-National Livestock Database n-numru ta’ produtturi tat-tjur tas-simna reġistrati fl-2008 huwa ta’ 87 produttur f’Malta u 25 produttur f’Għawdex. Il-produzzjoni totali ta’ tjur tas-simna għas-sena 2007 kienet ta’ 691,360 minn irziezet f’Għawdex u 2,187,828 minn irziezet f’Malta. Il-tjur kollha ġew proċessati fi stabbilimenti Maltin.