Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Serqiet rappurtati lill-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati lill-Puluzija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba f'din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Numru ta' għalliema imjegati u mħallsa mill-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-complement llum tan-numru ta' għalliema imjegati u mħallsa mill-gvern? Tista tagħti breakdown ta' dawn l-għalliema tas-suġġetti li jgħallmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-complement illum tal-għalliema impjegati mħallsa mill-Gvern huma ta’ 3686. Dawn huma mqassma hekk: Skejjel Primarji - 956 Skejjel Sekondarji - 2324 Skejjel Speċjali - 89 Għalliema Peripatetiċi - 317 Ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kif inhuma maqsuma l-2324 għalliem li hemm fis-settur sekondarju u post-sekondarju.

Skejjel tal-istat — Lmenti fuq nuqqassijiet ta' trasport

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2502, tista' l-Ministru tagħrrfni x'ġara u x'passi ttieħdu fir-rigward tal-ħmistax-il ilment li tressqu skond il-mistoqsija parlamentari in kwistjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-problemi kollha li rriżultaw mill-ilmenti li waslu fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ġew indirizzati u solvuti. L-operaturi ser jiġu mmultati jew penalizzati skond in-nuqqas rispettiv.

Serqiet reġistrati lill-pulizija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2503, jista l-Ministru jinfurmani bl-istess tagħrif mill-gżira t'Għawdex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija minn karozzi, djar privati, u ħwienet/entitajiet kummerċjali bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena f'Għawdex hu kif ġej:- Serq ta' Karozzi Serq minn Residenzi Serq minn Ħwienet 12 40 10

Esportazzjoni tal-frott frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus tal-frott frisk esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Esportazzjoni ta' ħxejjex friski

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus ta' ħxejjex friski esportati lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Esportazzjoni ta' ħalib frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus ta' ħalib frisk esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li peress li l-produzzjoni tal-ħalib frisk issir minn kumpanija privata, l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali .

Assigurazzjoni tal-Bdiewa u Raħħala — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan tal-Gvern dwar l-assigurazzjoni tal-bdiewa u raħħala li kellha tpari d-differenza tas-sussidju ta' nofs il-bolla tal-National Insurance? Fil-preżent, kemm fil-fatt huma n-numru ta' bdiewa/raħħala f'Malta u f'Għawdex separatament li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Rabat — Triq Ġorġ Borġ Olivier u Konti Ruġġieru - Kontaminazzjoni tal-ilma

Question

B'referenza għar-rapporti li saru mir-residenti ta' Triq Ġorġ Borġ Olivier u Konti Ruġġieru r-Rabat Malta dwar kontaminazzjoni tal-ilma fl-ispieri fid-djar fl-inħawi, jista' l-Ministru jinfurmani jekk itteħdux kampjuni mill-Water Services Corporation u mid-dipartiment tad-drenaġġ? Jekk fl-affermativ, x'kienu r-riżultati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma kkonfermat il-kontaminazzjoni mingħajr il-ħtieġa t'elevazzjoni ta' kampjuni. Infurmat ukoll li l-Korporazzjoni minnufih infurmat lill-Awtorita' dwar ir-Rizorsi u lid-Dipartiment tas-Sanita' biex jieħdu l-azzjoni xierqa.

Rabat — Triq Ġorġ Borġ Olivier u Konti Ruġġieru - Ilma inkontaminatt

Question

B'referenza għar-rapporti li l-ispieri privati tar-residenti tal-inħawi ta' Triq Ġorġ Borġ Olivier u Konti Ruġġieru r-Rabat Malta huma kontaminati bid-drenaġġ, jista' l-Ministru jgħarrafni x'sar sabiex din il-kontaminazzjoni perikoluża għas-saħħa tar-residenti, tal-pubbliku u għall-aquifers tiġi mwaqqfa u l-ilma ta' dawn l-ispieri jerġa' jkun tajjeb għax-xorb?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Nru. 2716.

Produzzjoni tal-laħam tal-fenek

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-laħam tal-fenek frisk reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Produzzjoni tal-ħalib frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-ħalib frisk reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-irziezet reġistrati sabiex iżommu baqar jew għoġġiela, huma 108 f’Malta u 46 f’Għawdex, iżda n-numru ta’ produtturi tal-ħalib reġistrati mad-Dipartiment tal-Agrikoltura huwa ta’ 95 f’Malta u 41 f’Għawdex. Din id-differenza hija spjegata minħabba li wħud mir-raħħala jkunu krew il-kwota jew mhumiex joperaw bħala produtturi tal-ħalib frisk, iżda għadhom qed iżommu xi baqar jew għoġġiela fuq ir-razzett. L-ammont ta’ produzzjoni ta’ ħalib frisk hija ta’ natura kummerċjali u għalhekk ma tistax tingħata.

Produzzjoni tal-ħxejjex u frott — serer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-ħxejjex u frott mis-serer reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? Xi produzzjoni jlaħħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru Konċernat.

Esportazzjoni tal-laħam frisk tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus tal-laħam frisk tal-majjal esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-esportazzjoni tal-laħam frisk tal-majjal issir minn kumpanija privata u għalhekk l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali .

Esportazzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus tal-laħam tat-tjur tas-simna esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Esportazzjoni tal-laħam tal-fenek

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus tal-laħam tal-fenek esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #2528 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l- Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #2529 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Minstru tgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda nefqa ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008 mill- Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu. Ninsab infurmata ukoll li ċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien kienet ta' Ewro 53,513.30.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Minstru tgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni qed tingabar, twegiba tinghata f’Seduta ohra.