Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2715 u jgħid fiex wasal il-pjan tal-Gvern dwar l-assigurazzjoni tal-bdiewa u raħħala li kellha tpari d-differenza tas-sussidju ta' nofs il-bolla tal-National Insurance? Fil-preżent, kemm fil-fatt huma n-numru ta' bdiewa/raħħala f'Malta u f'Għawdex separatament li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2524, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-mument bħala part time? Jista' jagħti dawn f'listi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jiċċara n-numru tal-mistoqsija li qed jirreferi għaliha.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Serqiet Rapportati mill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 2522 u jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija li saru fil-ministeru/dipartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-bastimenti tal-gwerra sottomarini eċċ li daħlu fil-faċilitajiet Maltin matul din is-sena s'issa? X'kien l-iskop taż-żjara tagħhom u x'dikjarazzjonijiet għamlu lill-Gvern Malti dwar l-armamenti li jġorru?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija (armamenti li jġorru), nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru Għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Serqiet Rappurtati mill-Pulizija
Question
Fid-dawl tal-fatt li diversi Ministri rrispondew il-mistoqsija fejn jirrigwardaw id-dikasteru tagħhom, tista' l-Ministru tikkonsidra mill-ġdid it-tweġiba tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-risposta għall-din il-Mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra, mill-Ministru tal-Gustizzja u Intern.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħarraf għaliex il-Gvern Malti għadu qatt ma ressaq fil-Parlament jew iffirma r-riżoluzzjoni Recognition of Armenian Genocide bħalma hawn Parlamenti fosthom ir-Renju Unit, Franza, Ġermanja, Italja, Greċja, Olanda, Belgju, Polonja, Vatican, Svizzera, Ċipru, Wales, Slovakkja, Litwanja, Svezja, Stati Uniti, Russja, Kanada, Awstralja, Lebanon, Ċili, Urugwaj u Arġentina?
Response (BORG, TONIO)
Ta' min jgħid li din ir-riżoluzzjoni għaddiet għall-ewwel darba mill-Parlament Ewropew fl-1987. M'hemm l-ebda sejħa fir-riżoluzzjoni sabiex Parlamenti u Gvernijiet fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea jieħdu xi forma ta' azzjoni kif suġġerit mill-Onorevoli Interpellant. Il-Gvern Malti se jara kif jimplimenta paragrafu 13 tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew sabiex ikun hemm jum speċifiku fejn fil-Parlament jiġu mfakkra l-vittmi tal-genoċidji u reati kontra l- umanita inkluzi dawk kontra il-Lhud u l-Armeni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2545 u jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-laħam tal-fenek frisk reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat, li skond reġistrazzjoni volontarja li saret fl-2003 u tkompliet fis-snin ta’ wara, ġew reġistrati total ta’ 78 stabbiliment.
Rigward il-produzzjoni tal-laħam tal-fenek, jien infurmat li ma tinżamm l-ebda statistika uffiċjali f’dan ir-rigward. Il-ħsieb hu li l-qatla tal-fniek tiġi regolarizzata u meta dan isehh inkunu f’pożizzjoni li niġbru dettalji tal-qatla ta’ fniek.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Serqiet rappurtati lill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2520 u jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-puluzija li saru fil-Ministeru/dipartimenti/entitajiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2526 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2527 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kient fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Ministeru għall-Politika Soċjali — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2528 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali għas-safar, barra mill-Unjoni Ewropea, bejn Jannar u Settembru 2008 mill-Ministeru, Dipartimenti u entitajie li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kienet ta’ €126,767.85. Dik ta’ safar fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ €270,943.76.
Ninsab infurmat ukoll li din l-aħħar ċifra tinkludi element ta’ rifużjoni (
re-imbursement
) li saret jew li għad trid issir mill-Unjoni Ewropea.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Tista' l-Minstru twieġeb mistqosija parlamentari 2530 u tgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-nefqa globali ta’ safar governattiv minn entitatjiet f’dan il-Ministeru hi ta’ €191,658.11 għal safar barra mill-Unjoni Ewropea u € 358.865.19 għal safar fl-Unjoni Ewropea. In-nefqa globali mill-Universita’ tammonta għal € 255,257.03.
B' referenza għall-mistoqsija parlamentari 2505, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin jgħarrafni għaliex il-Gvern Malti m'għamel ebda kontribuzzjonijiet? Jista' l-Viċi Prim Ministru jipprovdili tagħrif dwar stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għamlu kontribuzzjonijiet tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ma sarux kontribuzzjonijiet lill-International Development Aid tal-Unjoni Ewropea għaliex ma jirriżultax li hemm strutturi b'dan l-isem fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa llum in-numru ta' skejjel privati liċenzjati biex jgħallmu l-lingwa Ingliża lill-barranin f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li llum in-numru ta’ skejjel privati liċenzjati biex jgħallmu l-lingwa Ingliża lill-barranin huwa kif ġej:
f’Malta - 46
f’Għawdex - 3
Applikazzjonijiet ġodda għall-iskejjel biex jgħallmu l-Ingliż
Question
Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra applikazzjonijiet ġodda għall-iskejjel li jgħallmu l-lingwa ta' l-Ingliż f'pajjiżna? Jekk fl-affermattiv, kemm huwa ż-żmien li tieħu applikazzjoni biex tiġi mistħarġa u approvata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-preżent il-Gvern qed jikkonsidra tliet (3) applikazzjonijiet ġodda għall-iskejjel li jgħallmu l-lingwa ta’ l-Ingliż f’pajjiżna. Normalment, applikazzjoni tieħu madwar tliet (3) xhur biex tiġi mistħarrġa u approvata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2512 u jgħid kemm huwa numru ta' ażjendi tal-Agro Industrija li jopera f'Malta u f'Għawdex fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2513 u jgħid kemm huwa n-numru ta' opri tas-sajd reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-mument? Jista' jagħti dawn f'listi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru ta' opri tas-sajd reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-mument hu kif ġej:
Kategorija
Tul
MFA
MFB
MFC
Total
inqas minn 6m
121
419
1412
1952
6 sa 7.99m
112
218
173
503
8 sa 11.99m
87
83
58
228
12 sa 14.99m
34
5
3
42
15m u aktar
57
2
1
60
Total
411
727
1647
2785
Legend :
MFA – are the full-time professional fishing vessels
MFB – are the part-time professional fishing vessels
MFC – are the recreational (not commercial) fishing vessels
Uffiċju tal-Prim Ministru — Serqiet rappurtati lill-Pulizija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2516 u jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-pulizija li saru fil-Ministeru/dipartimenti/entitajiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata kollettivament mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Misiteru tal-finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Serqiet rapportati mill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dipartimenti, diviżjonijiet u entitajiet segwenti li huma Government Property Division, VAT Department, Customs Division, Malta Industrial Parks u Air Malta b’kollox kien hemm 13 –il rapport lil pulizija dwar serq u l-ammont globali tagħhom kien dak ta’ €11,397.27. Madankollu ta’ min jgħid li dan l-ammont ma jinkludix il-valur tas-serqiet li saru fl-Air Malta minħabba l-fatt li dan ma jistax jiġi kwantifikat.
Fil-Ministeru u fid-dipartimenti, diviżjonijiet, entitajiet u awtoritajiet l-oħra ma kienu rrapurtati l-ebda serqiet.