Jista' l-Prim Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1918 jista' l-Ministru jagħti breakdown tat-total ta' 239 imsemmi f'kategorija I dwar negozji ġodda?
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibda u jispiċċa l-proġett ta' Crafts Village f'Ta' Qali? Kemm fil-fatt huwa stmat li se jiswa dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' tilwim industrijali li ġew rapportati lill-Gvern f'pajjiżna din is-sena u fl-aħħar 4 snin, sena b'sena? Kemm minnhom għadhom pendenti u x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fil-mument?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3676 u jara li jiġu rimedjati bla aktar dewmien il-ħsarat u cioè l-iżbroff tad-drenaġġ li regolarment jiżbroffa ħdejn ir-residenza 51 Vjal il-Ħaddiem Rabat, Malta kull meta tagħmel ix-xita għad-detriment li jispiċċa jitħallat mal-ilma tal-uċuħ tar-raba' u dawk fil-widien? Jekk fl-affermativ, meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpanniji privati f'Malta u Għawdex separatament li waqgħu lura fil-ħlasijiet dovuti għall-bolla tan-National Insurance? Kemm hija ċ-ċifra f'somma ta' flus involuta? Fil-fatt kemm huwa n-numru globali ta' ħaddiema involuti abbażi ta' din iċ-ċifra rispettivament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-mument huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fl-pagamenti/ħlasijiet tal-bolla tal-NI f'Malta u f'Għawdex separatament?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Direct Order
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3677 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru, mistoqsija parlamentari 3678 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministur u Ministru tal-Affarijiet Barranin, mistoqsija parlametnari 3679 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ġustizzja u mistoqsija parlamentari 3680 li oriġinarjment saret lill-Ministru tal-Politika Soċjali u issa ġew kollha riferuti lilu, u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li fil-mument għandhom talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza Maltija? Minn liema nazzjonalità huma u kemm ilha pendenti l-aktar applikazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għaċ-ċittadinanza Maltija huwa 894. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li f'nofs is-sena l-oħra sar tibdil fil-Liġi dwar iċ-Ċittadinanza Maltija biex ikun possibbli li persuni li twieldu barra minn Malta li huma Maltin tat-tieni ġenerazzjoni jew ta' aktar ġenerazzjonijiet, jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni.
Għal din ir-raġuni d-Dipartiment irċieva, u għadu jirċievi, ammont konsiderevoli ta' applikazzjonijiet u għalhekk hemm numru pendenti. Hemm xi applikazzjonijiet li għadhom pendenti għal xi snin minħabba li l-applikanti ma ffinaliżżawx il-proċeduri meħtieġa minn naħa tagħhom.
Kif diġa' semmejt, l-akbar numru ta' talbiet huma minn 'Maltin' ta' barra jiġifieri l-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit kif ukoll diversi pajjiżi oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin kemm huma n-numru ta' persuni li fil-mument għandhom talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza doppja? Minn liema nazzjonalità huma u kemm ilha pendenti l-aktar applikazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' talbiet pendenti dwar ċittadinanza doppja, jiġifieri in-numru ta' persuni li talbu li jiġi kkonfermat lilhom bil-miktub li għandhom dritt iżommu żewġ ċittadinanzi, waħda minnhom dik Maltija, huwa 168.
Dawn it-talbiet huma minn Maltin ta' l-Istati Uniti, il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Awstralja, fost pajjiżi oħra.
L-aktar talba (mhux applikazzjoni) li ilha pendenti saret fis-26 ta' Marzu 2008. Qabel din hemm 15 il-talba oħra li għadhom pendenti għax il-persuni konċernati ntalbu jġibu aktar dokumenti u dan, s'issa, għadhom m'għamluhx.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma l-kompliment tal-istaff kollu li jaħdem biex iservi lil pajjiżna fl-ambaxxati li hemm barra minn xtutna? Kemm minnhom iservu f'ambaxxati fl-Unjoni Ewropea u kemm huma ta' nazzjonalità barranija sew fl-Unjoni Ewropea u 'l hemm minnha?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Fl-Unjoni Ewropea
Barra l-Unjoni Ewropea
Totali
Impjegati Maltin
73
25
98
Impjegati mhux Maltin
70
71
141
Total
239
Jista' l-Ministru jara li immedjatament isir studju dwar l-istat abbandunat u degradanti ta' numru ta' widien f'pajjiżna? Jista' jara li għal dan l-għan toħroġ sejħa għall-offerti pubblika? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-sezzjoni għall-Manutenzjoni tal-Widien tal-Ministeru u t-Taqsima tal-Ambjent tal-MEPA diġà qed jagħmlu studju u jfasslu bejniethom program ta’ xogħol ta’ manutenzjoni għal numru ta’ widien. Għalhekk m’hemmx bżonn toħroġ sejħa pubblika għall-offerti għal dan l-istudju.
Fondi tal-Unjoni Ewropea — Rijabilitazzjoni ta' widien
Question
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm mill-fondi tal-Unjoni Ewropea matul l-2007 u l-2008 marru sabiex jiġu rijabilitati l-widien f'pajjiżna? Jista' jinfurmani kemm kienet in-nefqa tal-gvern matul l-istess perijodu għall-istess għan?
Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-formola tal-VAT tintbgħat ukoll bl-envelop bil-bolla mħallsa bħal ma' jsir fil-każ tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sena l-oħra d-Dipartiment tal-VAT nieda l-faċilita’ li l-formola tal-VAT tintbagħat on-line skond il-policy tal-gvern biex tinkoraġġixxi l-użu ta’ servizzi elettroniċi.
Għaldaqstant, miżura bħalma qed jissuġerixxi l-Onorevoli Interpellant tinkoraġġixxi aktar l-użu ta’ mezzi konvenzjonali minflok ma tħajjar lill-Persuna Reġistrata tuża s-servizz elettroniku offrut.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 3184 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'dikjarazzjoni għamlu lill-Gvern Malti l-bastimenti tal-gwerra, sottomarini eċċ li daħlu fil-faċilitajiet Maltin matul din is-sena s'issa dwar l-armamenti li jġorru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-rikjesti għal viżiti minn bastimenti militari ta’ pajjiżi barranin isiru permezz ta’ Nota Verbali indirizzata lill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin fejn tingħata informazzjoni rigward il-viżita. Wara l-konsiderazzjoni neċessarja mill-awtoritajiet Maltin jinħareġ permess diplomatiku b’riferenza għall-kundizzjonijiet li l-bastiment ma jkollux armamenti nukleari u li l-uffiċjali militari ma jinżlux l-art bl-uniformi jew armati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Jista' l-Ministru jagħti f'figuri ta' kemm kien id-dħul mit-taxxa ta' 3% ta' RA1 fuq il-bejgħ tal-prodotti tal-biedja għas-snin 2006, 2007 u l-ewwel 6 xhur tas-sena 2008 separatament?