Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36064 Sitting 500 2012-07-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Każijiet ta' serqiet minn residenzi privati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' serqiet minn residenza privati rappurtati lill-pulizija matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġew rapportati lill-pulizija 466 serqiet minn djar privati. Minn dawn 109 kienu jikkonċernaw oġġetti misruqa minn fuq barra tar-residenzi u 59 minn residenzi li ma kienux okkupati.

San Pawl il-Baħar, Qawra, Buġibba — provista tal-ilma sospiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kienet sospiża l-provvista tal-ilma f'San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? X'kienu r-raġunijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — każijiet ta' emerġenza kawża ta' overdoze

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rrikorrew għall-għajnuna medika fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u oħrajn privati kawża ta' overdoze matul l-ewwel sitt xhur tas-sena separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — każijiet ta' emerġenza kawża ta' avelinament fl-ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rrikorrew għall-għajnuna medika fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u oħrajn privati kawża ta' avelinament fl-ikel matul l-ewwel sitt xhur tas-sena separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary, in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ avvelenament fl-ikel (food poisoning) f’ l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, bejn Jannar u Mejju ta’ 2012 kien ta’ 35 persuni. Fit-terminu “ food poisoning ” huma inklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika kkawżati minn viruses li jistgħu jkunu trasmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09 u T61-T62). Importanti li wiehed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li ġew inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma ddaħħlux bħala pazjenti fis-swali tal-Isptar Mater Dei. Informazzjoni dwar sptarijiet privati ma tinġabarx.

Sptar Mater Dei — każijiet ta' emerġenza kawża ta' abbuż sesswali fuq minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rrikorrew għall-għajnuna medika fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u oħrajn privati kawża ta' abbuż sesswali fuq minorenni matul l-ewwel sitt xhur tas-sena separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn tagħrif miġbur mid-dipartiment tal-Pedjatrija tal-Isptar Mater Dei irriżulta li kien hemm erba’ każijiet ta’ minuri li ddaħħlu bħala pazjenti ġewwa l-Iptar Mater Dei kawża ta' abbuż sesswali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena. Dawn kienu kollha tas-sess femminil u l-etajiet ta’ dawn il-pazjenti kienu kollha taħt l- erbghatax il-sena. Ta’ min jinnota li ħafna drabi meta jseħħu dawn il-każijiet ikun hemm biss suspett li jkun sar abbuż. Wara li l-każ jiġi nvestigat mis- social workers u l-professjonisti li jkunu qed jieħdu ħsieb il-każ tkun tista’ tintlaħaq konklużjoni dwar jekk in-natura tal-inċident kienitx waħda ta’ abbuż. Ta’ min wieħed ikun jaf li fil-maġġoranza tal-każijiet li jkunu qed jiġu nvestigati minħabba f’ allegazzjoni ta’ abbuż, ma jkunx hemm bżonn li l-vittma tal-allegat abbuż tiddaħħal l-isptar għall-kura u l-każ jiġi nvestigat fil-kommunita’.

Sptar Mater Dei — każijiet ta' emerġenza kawża ta' vjolenza fuq l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rrikorrew għall-għajnuna medika fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u oħrajn privati kawża ta' vjolenza fuq l-anzjani matul l-ewwel sitt xhur tas-sena separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ma tistax tingħata informazzjoni dwar in-numru ta' persuni li daħlu l-Isptar Mater Dei minħabba fi swat u/jew vjolenza fuq anzjani matul l-ewwel sitt xhur tal-2012. Wieħed għandu jkun imgħarraf li fl- Electronic Case Summary/ Hospital Activity Analysis System jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tas-swat u/jew vjolenza fuq anzjani bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li jkun seħħ swat u/jew vjolenza fuq l-istess anzjani.

Sptar Mater Dei — każijiet ta' emerġenza kawża ta' vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rrikorrew għall-għajnuna medika fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u oħrajn privati kawża ta' vjolenza domestika matul l-ewwel sitt xhur tas-sena separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary, kien hemm persuna waħda li ddaħħlet l- Isptar Mater Dei kawża ta' vjolenza domestika (ICD Code: Y07.0 – Y07.9) bejn Jannar u Mejju tal- 2012. Ta’ min wieħed ikun jaf li jista’ jkun hemm każijiet fejn ikun hemm suspett ta’ vjolenza domestika pero’ il-każ ikun għadu qed jiġi investigat u għalhekk ma jkunx irreġistrat. Kif ukoll minħabba li n-natura ta’ dawn l-inċidenti hija waħda daqshekk sensittiva, din l-informazzjoni tista’ ma tkunx imniżżla fl- Electronic Case Summary. Tajjeb li wieħed jagħraf li jkun hemm ukoll każijiet ta’ persuni li allegatament ikunu sofrew minn vjolenza domestika u jingħataw il-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza mingħajr ma jkollhom bżonn jiddaħħlu l-isptar bħala inpatients . Informazzjoni fuq sptarijiet privati ma tinġabarx.
Leg 11 PQ #36059 Sitting 498 2012-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

kuntistabbli li weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kuntistabbli li rapportaw li weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm erbatax il-kuntistabbli li weġgħu waqt li kienu xogħol.

Transport Malta — każijiet ta' titjieb u manutenzjoni fit-toroq

Question

Fil-mument, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każijiet irrapurtati lill-Transport Malta biex isir titjieb/manutenzjoni fit-toroq? Kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus globali għal dawn ix-xogħlijiet? Kemm minn dawn ix-xogħlijiet se jsiru sal-aħħar ta' din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Korp tad-Dejma li ma ħadux is-somma

Question

B’referenza għal ħaddiema tal-ex Korp tad-Dejma li ma kenux ħadu s-somma ta’ Lm4000 (erba t’elef Liri Maltin) meta rtiraw mix-xogħol wara l-61 sena, kif kienu ħadu ħaddiemaa oħra li servew fiċ-Ċivil fl-istess dipartiment, kif ukoll fid-dawl tas-sitwazzjoni li l-ħajja qed togħla, inklużi mezzi oħra bħalma huma d-dawl u l-ilma, it-trasport, gas u anke fuel fost oħrajn, jista' l-Ministru jara li jkun ikkunsidrat fiċ-ċirkostanzi li ssir ġustizzja ma' dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom u jingħata l-ħlas tas-somma li sal-lum għada miċħuda lilhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korp tad-Dejma kien Korp para-militari u mwaqqaf fit-tmeninijiet però liema korp ġie xolt fl-1987. Bħala forza dixxiplinari kienet taqa’ taħt l-awtoritajiet tal-Forzi Armati ta’ Malta. Huwa ghalhekk illi nitlob sabiex din il-mistoqsija ssir lil Ministru kkonċernat.

Ħaż-Żebbuġ — Triq 12 ta' Mejju - Xogħlijiet fit-triq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35769 u l-fatt li l-maltemp ta' din ix-xitwa kkawża ħafna ħsarat f'din it-triq partikolari, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet isiru mill-vot allokat mill-gvern għal ħsarat kawżati mill-maltemp?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat peress li din it-triq taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.

Sptar Mater Dei — każijiet ta' emerġenza kawża ta' xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rikorrew għall-għajnuna medika fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u oħrajn privati kawża ta' xorb eċċessiv matul l-ewwel sitt xhur tas-sena separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Riabilitazzjoni ta' widien f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-widien f'Malta li se jiġu riabilitati matul dan l-istaġun tas-sajf? Kemm hija s-somma vvutata għal dawn ix-xogħlijiet wied f'wied?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab informat li skont il-pjan imfassal, d-dipartiment ppjana li jsir xoghol ta’ tindif u riabilitazzjoni fuq numru ta’ widien, fosthom partijiet minn Wied Mofru, Wied il-Luq, Wied tal-Isqof, Wied Baqqiegħa, Wied San Anton, Wied tal-Fiddien, Wied Ġebel Għomor, Wied Rmiedi, Wied Inċita u Wied Liemu. Il-flus għal dawn ix-xogħolijiet jittieħdu mill-vot ċentrali wieħed allokat għal ‘Upgrading of Existing Stormwater Systems’.

Sussidju lill-Arriva

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hiuja ċ-ċifra ta' flus li diġà tħallset f'sussidju lill-Arriva skont il-kuntratt bejn il-gvern u l-kumpanija in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi minn Lulju 2011 sa Mejju 2012, il-kumpanija Arriva tħallset is-somma ta' €7,539,583.35 f'sussidju.
Leg 11 PQ #35964 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

pedestrians li ttajru minn vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każijiet ta' pedestrians li ttajru minn vetturi matul din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija li kien hemm 97 persuna li ttajru minn vetturi. Infurmat ukoll illi matul l-istess perjodu fil-ħames snin ta’ qabel kien hemm: 2007 2008 2009 2010 2011 97 68 59 75 75