Jista' l-Ministru jara l-possibilità li jsir kuntatt mal-individwu li dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex tiġi rimedja diffikultà li qed jesperjenza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjan li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant m’għandux applikazzjoni biex jidħol fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern għalhekk id-Dipartiment m’għandu l-ebda nformazzjoni dwaru. Jekk din hija x-xewqa tiegħu nitolbuħ biex jibgħat applikazzjoni għad-dħul fid-Djar għall-Anzjani biex b’hekk tiġi proċessata mid-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38502 u 38290 u jgħid għaliex l-aħħar kont li ħareġ għar-residenti tal-Kunċizzjoni limiti tar-Rabat mill-Arms Ltd imur lura għas-17 ta' Jannar 2012 ? X' ikkawża dan id-dewmien u meta se jinħareġ il-kont lil dawn ir-residenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kontijiet relatati man-naħa tal-Kunċizzjoni, limiti tar-Rabat, huma klassifikati fis-sistema bħala ‘FARMHOUSES’, dan skont kif kien mitlub oriġinarjament mil-istess applikanti infushom.
Dawk il-fondi li jkunu klassifikati bħala
farmhouses
jkunu ġeneralment bini rurali u l-aċċessibilta biex tasal jew tidħol għalihom, ma tantx tkun faċli. Dawn il-fondi jiġu assenjati lil-skeda partikolari ta’
meter reader
.
Minħabba n-numru kbir li hemm ta’
farmhouses
, sar eżerċizzju estensiv u dettaljat, sabiex jiġu identifikati il-kontijiet tal-fondi kollha, fi ħdan il-lokalitajiet kollha, sabiex jigu ammendati dawk il-kontijiet li kienu klassifikati bħala
farmhouses
, bħal ma ġara fil-każ tal-Kunċizzjoni.
Huwa mistenni li sa l-aħħar ta’ din is-sena, dawk il-kontijiet kollha li ġew re-klassifikati taħt il-kategorija t-tajba tagħhom, jinħarġulhom il-kontijiet kollha pendenti.
Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-ittra li d-dettalji dwarha qed tintbagħat separatament, li l-ministeru bagħat nhar l-21 ta' Novembru 2011 imma sal-lum il-bdiewa u raħħala għadhom ma rċevewx ħlas tal-bolla tan-National Insurance?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar ġranet, il-bdiewa u raħħala full time irċevew ittra mid-Departiment tat-Taxxi Interni li ser jirċievu rifużżjoni fuq il-bolla tas-Siġurta Soċjali mħallsa żejda fis-sena 2011, filwaqt li ser ikunu jistgħu jħallsu b’ rata ta’ 10% għas-sena 2012. Matul din is-sena sar eżercizzju bejn id-Direttorat tal-Agrikoltura u d-Departiment tat-Taxxi Interni, fejn ġew identifikati dawk il-bdiewa u raħħala full-time li ddikjaraw bejgħ minn sorsi agrikoli u li ħallsu l-bolla b’ rata ta’ 15% matul is-sena 2011. Dawn il-bdiewa u raħħala ser jitħallsu lura d-differenza fil-bolla ta’ 3% skont l-iskema imhabbra mill-Gvern fejn kellhom iħallsu b’ rata ta’ 12%. Barra minnhekk il-Gvern ħadem sabiex din ir-rata ta’ bolla titnizzel għal-10% għall-bdiewa u raħħala full time għas-sena 2012 hekk kif kien pubbikat fl-Avviż Legali 117 tal-2012.
Baħrija — Kontijiet tad-dawl u ilma li għadhom pendenti għal divesri xhur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38501, 38269 u 38080 u cioè: Billi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma tar-resident tal-Baħrija waqgħu lura għal aktar minn tmien xhur milli jintbagħtu, jista’ l-Ministru jinforma x’qed jikkaża dan id-dewmin? Jista’ jinforma ukoll liema bliet u rħula f'Malta, li bħar-residenti tal-Baħrija, l-kontijiet waqgħu lura daqstant? Jista’ jinforma raħal b’raħal, belt b’belt, meta se jintbagħtu dawn il-kontijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kontijiet relatati mal-Baħrija ġew klassifikati bħala ‘Farmhouses’, kif kien mitlub oriġinarjament mill-applikanti infushom.
Fondi li jkunu klassifikati bħala
farmhouse
jkunu ġeneralment bini rurali u l-aċċessibiltà biex tasal jew tidħol għalihom, ma tantx tkun faċli. Dawn il-fondi jigu assenjati skeda partikolari tal-
meter readers
.
Minħabba n-numru kbir li hemm ta’
farmhouses
, sar eżerċizzju estensiv u dettaljat, sabiex jiġu identifikati il-kontijiet tal-fondi kollha, fi ħdan il-lokalitajiet kollha, sabiex jigu amendati dawk il-kontijiet li kienu klassifikati bħala
farmhouses
, bħal ma ġara fil-każ tal-Baħrija.
Huwa mistenni li sa l-aħħar ta’ din is-sena, dawk il-kontijiet kollha li ġew re-klassifikati taħt il-kategorija t-tajba tagħhom, jinħarġulhom il-kontijiet kollha pendenti.
Enemalta — ċifra ta' flus għall-elettriku ġġenerat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38500, 38270, 38045, 37817 u 37644 u jgħid kemm hi ċ-ċifra tal-flus globali li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tħallas illum bħala kumpens għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajici lill-familji li żviluppaw u bdew joperaw fid-djar privati u/jew stabilimenti kummercjali? Jista’ jgħid meta fil-fatt se jitħallsu? Għaliex fil-fatt għadhom ma tħallsux?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li s’issa inħarġu 2,689 kont minn total ta’ 5,085 applikazzjoni li ġew reġistrati ma’ l-Enemalta.
Minn dawn, kien hemm 3,038 applikazzjoni li saru din is-sena, u hemm 317 li għad iridu jiġu proċessati u jitwaħħlilhom il-
meter
.
Ta’ min jgħid li fil-każ tal-‘
Feed In Tariffs
’, il-kontijiet jinħarġu fuq qari attwali biss, li jsir kull sitt xhur. Il-kumplament tal-kontijiet jitħallsu skont il-‘
Billing Schedule
’ normali.
Għaldaqstant, mhux possibbli li jiġi stmat kemm għandha tħallas l-Enemalta.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — pendenzi fil-pagamenti għal xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38499, 38271 u 38087 u jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jaġġornani dwar il-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni, PA 04612/10, kienet tikkonsisti fir-rilokazzjoni ta’ kjosk (approvat f’applikazzjoni preċedenti PA 05755/06), tkabbir fil-konfini taż-żona għal siġġijiet u mwejjed (approvata fl-applikazzjoni PA 03258/04), kif ukoll xogħol ieħor li jinkludi tibdil fid-disinn tal-kjosk biex jaqbel mad-disinn komuni tal-kjosks fil-madwar. L-applikazzjoni bħalissa tinsab fuq l-agenda tal-Bord (EPC) biex tinstema fit-23 ta’ Novembru 2012. Wara li ġie spezzjonat il-post, l-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Awtorita assiguraw li kull żvilupp li laħaq sar fuq is-sit mingħajr il-permess meħtieġ tneħħa mill-applikant.
Servizz tad-dawl sospiż minħabba ħsarat jew manutenzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġiet sospiża l-provvista tad-dawl f'Malta u Għawdex separatament lokal b'lokal kawża ta' ħsarat u kemm għal raġuni ta' manutenzjoni matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Servizz tal-ilma sospiż minħabba ħsarat u manutenzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġiet sospiża l-provvista tal-ilma f'Malta u Għawdex separatament lokal b'lokal kawża ta' ħsarat u kemm għal raġuni ta' manutenzjoni matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — spejjeż kawżati lill-households minħabba qtuħ ta' dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet li tressqu lill-Korporazzjoni Enemalta dwar spejjeż kawżati lill-households ta' Malta u Għawdex kawża ta' faults fil-provvista tad-dawl kawża minn qtuħ tal-provvista jew xorta oħra mil-Korporazzjoni Enemalta jew powerstation matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li tressqu 505 każijiet għand il-Korporazzjoni Enemalta matul dawn l-aħħar ħames snin li kienu mqassmin kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tas-siġar tal-frott ħielsa mill-mard li tkabbru fiċ-ċentru ta' mikropropogazjoni matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm minn dawn is-siġar inbiegħu lill-bdiewa u/jew lill-konsumaturi fl-istess perjodu?
Ċentru tal-Mikropropogazjoni — nefqa fuq frott ħieles mill-mard
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena kemm kienet in-nefqa fiċ-ċentru tal-Mikropropogazzjoni li ntefqet sabiex jitkabbru siġar tal-frott ħielsa mill-mard?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38107 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża fl-Imtarfa?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandhux l-istatistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda d-Dipartiment jista’ jgħid kemm kellu numru ta’ talbiet għal-karta r-roża fl-Imtarfa matul l-2012 sa issa. In-numru ta’ talbiet kien ta’ 18.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38108 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża fl-Imġarr?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandhux l-istatistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda d-Dipartiment jista’ jgħid kemm kellu numru ta’ talbiet għal-karta r-roża fl-Imġarr matul l-2012 sa issa. In-numru ta’ talbiet kien ta’ 9.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38109 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża fl-Imdina?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandhux l-istatistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda d-Dipartiment jista’ jgħid kemm kellu numru ta’ talbiet għal-karta r-roża fl-Imdina matul l-2012 sa issa. In-numru ta’ talbiet kien ta’ 7.
San Pawl il-Baħar — Persuni li għandhom il-karta r-roża
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38110 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża f'San Pawl il-Baħar?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandhux l-istatistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda d-Dipartiment jista’ jgħid kemm kellu numru ta’ talbiet għal-karta r-roża f’San Pawl il-Baħar matul l-2012 sa issa. In-numru ta’ talbiet kien ta’ 372.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38104 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża fir-Rabat?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandhux l-istatistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda d-Dipartiment jista’ jgħid kemm kellu numru ta’ talbiet għal-karta r-roża fir-Rabat matul l-2012 sa issa. In-numru ta’ talbiet kien ta’ 254
Jista' l-Ministru jgħid għaliex parti mit-toroq fil-Craft Village f'Ta' Qali tħallew isiru daqstant ta' inkonvinjent speċjalment it-triq tan-naħa tal-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — pendenzi fil-pagamenti għal xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38271 u 38087 u jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.