Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — sewage treatment plants

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16650 u ċioe fir-rigward tal-ilma tad-drenaġġ li qed u se jkompli jiġi treated fis-sewage treatment plants, jikkonferma jew jiċħad il-Ministru dak li allegatament qal il-persuna responsabbli min-National Flood Relief Project (kif ikkwotat fil-Malta Today paġna 11 tal-25 ta' April 2010) li l-gvern se jiffoka "its efforts on re-using treated sewage from Malta's three sewage treatment plants..." għal skopijiet ta' tisqija jew irrigazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — sewage treatment plants

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16650 u ċioe fir-rigward tal-ilma tad-drenaġġ li qed u se jkompli jiġi treated fis-sewage treatment plants, jikkonferma jew jiċħad il-Ministru dak li allegatament qal il-persuna responsabbli minn-National Flood Relief Project (kif ikkwotat fil-Malta Today paġna 11 tal-25 ta' April 2010) li l-gvern se jiffoka "its efforts on re-using treated sewage from Malta's three sewage treatment plants..." għal skopijiet ta' tisqija jew irrigazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

National Flood Relief Project

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16653 u jgħid, fil-kuntest tan-National Flood Relief Project, kemm huwa stmat li jqum il-harvesting ta' metru kubu ilma (1 cubic metre) run-off water jekk tiġi adottata sistema ta' tunnelling (mini) taħt l-art? Jista' jgħid ukoll xi proċess ta' polishing ikollu bżonn dan l-ilma run-off biex ikun jista' jiġi użat għat-tisqija fil-biedja/landscaping? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-prezz ta' provvista tal-ilma 2nd class għat-tisqija, dejjem b'sistema ta' underground tunnelling, u ċioe kalkulazzjonijiet separati kull metru kubu għall-: a) ġabra ( capture ); b) storage (f' tunnels /mini); ċ) polishing ; u d) distribuzzjoni rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li minn kalkoli li kienu saru meta sar l-iStorm Water Masterplan mill-kumpannija Tahal li hi ffurmata minn esperti Iżraeljani mgħejjuna minn esperti lokali inħargu dawn il-figuri: a. Il-ġabra (li din tintuża ukoll biex ittaffi l-problema tal-għargħar) – madwar € 80.31 kull metru kubu b. il-ħażna permezz ta’ mini - bejn €1.77 sa € 5.87 kull metru kubu. (jiddipendi fuq id-daqs tal-ħażna u l-ammont li jiġi ppumpjat kull sena) c. Trattament għat-tisqijja – bejn € 0.05 sa €0.30 kull metru kubu (jiddipendi jekk hux se jintuża għal landscaping jew agrikultura)* d. Distribuzzjoni - madwar €1.00 kull metru kubu Il-proċess ta’ trattament li jkollu bżonn l-ilma li jinġabar fil-mini biex ikun jista’ jiġi użat għat-tisqija jikkonsisti f’dan li ġej: a. Tneħħija ta’ grit u separazzjoni ta’ żjut b. Tneħħija ta’ organics, hydrocarbon, u trace concentrations ta’ heavy metals c. Polishing permezz ta’ ultrafiltration (UF) jew permezz ta’ RO (Reverse Osmosis) biex jitneħħew pathogens, bacteria u viruses.

National Flood Relief Project — Ilma meqjus bħala run-off

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16656 u jagħti r-raġunijiet għaliex l-ilma magħruf bħala run-off għandu jiġi polished to make it good for consumption (ovvjament għat-tisqija), dejjem kif stqarret il-persuna responsabbli min-National Flood Relief Project fi Frar li għadda? X'effett jew x'impatt ħażin jista' jagħmel ilma run-off (unpolished) li jkun użat għat-tisqija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ilma magħruf bħala run-off, speċjalment dak li jkun miġbur minn toroq u żoni urbani jista jkun ikkontaminat minn ħafna sorsi. Minħabba f’din l-inċertezza fil-kompożizzjoni tal-ilma miġbur, dan irid ikun trattat għas-speċifikazzjonijiet minimi għal użu bħala ilma agrikolu. Wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn ilma li jkun użat għat-tisqija ta’ prodotti agrikoli u ilma li jkun użat għat- tisqija ta’ landscaped areas, minħabba li fl-ewwel każ is-speċifikazzjonijiet tal-ilma huma aktar iebsa. L-effett li jista' jkollu ilma run-off mhux trattat li jintuża għat-tisqija ta’ prodotti agrikoli hu li jista’ jikkawza mard f’min jikkonsma dawn il-prodotti minħabba l-kontaminazzjoni li dan ikollu.

Produzzjoni tal-Ilma — Spiża medja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża medja kull metru kubu (1 cubic metre) tal-produzzjoni tal-ilma (mwassla sal-ġibjun) minn mezzi ta' desalinizzazzjoni (RO's) fis-snin 2006 sa 2009, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża medja ta’ kull metru kubu tal-produzzjoni tal-ilma minn mezzi ta’ Reverse Osmosis, hija hekk kif ġej: Sena € /m³ 2006 0.501 2007 0.487 2008 0.466 2009 0.656

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — sewage treatment plants

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan ta' użu għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fir-rigward tal-ilma tad-drenaġġ li qed u se jkompli jiġi treated fis-sewage treatment plants?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qed taħdem fuq reklamazzjoni ta’ l-ilma. Qed isiru testijiet fuq dawn l-impjanti sabiex jiġi stabbilit l-kwalita’ u l-aħjar tekniki disponibbli li jistgħu jintużaw. Eventwalment, dan l-użu irid ikun konformi mad-direttivi varji dwar l-ilma u ma proċessi ekonomikament sostenibbli.

Produzzjoni tal-Ilma — Spiża medja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża medja kull metru kubu (1 cubic metre) tal-produzzjoni tal-ilma (mwassla sal-ġibjun) minn mezzi ta' desalinizzazzjoni (RO's) fis-snin 2006 sa 2009, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

National Flood Relief Project

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fil-kuntest tan-National Flood Relief Project, kemm huwa stmat li jqum il-harvesting ta' metru kubu ilma (1 cubic metre) run-off water jekk tiġi adottata sistema ta' tunnelling (mini) taħt l-art? Jista' jgħid ukoll xi proċess ta' polishing ikollu bżonn dan l-ilma run-off biex ikun jista' jiġi użat għat-tisqija fil-biedja/landscaping? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-prezz ta' provvista tal-ilma 2nd class għat-tisqija, dejjem b'sistema ta' underground tunnelling, u ċioe kalkulazzjonijiet separati kull metru kubu għall-: a) ġabra ( capture ); b) storage (f' tunnels /mini); ċ) polishing ; u d) distribuzzjoni rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f' seduta oħra.

National Flood Relief Project — Ilma meqjus bħala run-off

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex l-ilma magħruf bħala run-off għandu jiġi polished to make it good for consumption (ovvjament għat-tisqija), dejjem kif stqarret il-persuna responsabbli min-National Flood Relief Project fi Frar li għadda? X'effett jew x'impatt ħażin jista' jagħmel ilma run-off (unpolished) li jkun użat għat-tisqija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f' seduta oħra.
Leg 11 PQ #14768 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: NINU ZAMMIT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Freeport — estensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14483 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta approvata li tindika l-area (sq.metres.) ta' estensjoni tal-bankina kif ukoll it-tkabbir tal-quays (metres) fil-Malta Freeport Terminal, liema estensjoni u tkabbir ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-ġimgħa li għaddiet? Jista' jgħid ukoll jekk din l-estensjoni hix marbuta ma' xi obbligazzjoni finanzjarja min-naħa tal-Gvern, bħal ħlas ta' dredging eċċ ., kif ukoll jekk l-istess estensjoni hix se timmodifika jew taffettwa b'xi mod il-parametri tal-kirja u/jew il-liċenzja tal-immaniġjar tal-Malta Freeport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li turi l-area approvata fl-applikazzjoni għall-iżvilupp imsemmi. Il-permess ikopri 55,000m² għal dredging u 8,000m² għal reklamazzjoni sabiex tiġi fformata l-estensjoni tal-quay. Dan il-permess inħareġ b'kundizzjoni li l-applikant jagħti s-somma ta' EUR 73,000 bħala kontribuzzjoni finanzjarja għal 'Urban Improvements Fund' fil-lokalità ta' B'Buġia.

Mitħna tax-Xarolla fiż-Żurrieq — ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-ħsara li kienet ġarrbet il-mitħna tax-Xarolla fiż-Żurrieq madwar sena ilu kif ukoll meta hu maħsub li tkun irranġata l-istess mitħna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninstab infurmat li l-ħsara li ġarrbet il-Mitħna tax-Xarolla kienet tikkonsisti fit-tkissir tal-paletti u l-apparat l-ieħor li hemm fuq barra tal-mitħna. L-apparat li hemm fuq ġewwa ma ġralu l-ebda ħsara, u lanqas ma kien hemm ħsarat identifikati fl-istruttura. Hu maħsub li x-xogħol identifikat jitlesta sa' Ġunju 2010.
Leg 11 PQ #14483 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: NINU ZAMMIT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Freeport — estensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta approvata li tindika l-area (sq.metres.) ta' estensjoni tal-bankina kif ukoll it-tkabbir tal-quays (metres) fil-Malta Freeport Terminal, liema estensjoni u tkabbir ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-ġimgħa li għaddiet? Jista' jgħid ukoll jekk din l-estensjoni hix marbuta ma' xi obbligazzjoni finanzjarja min-naħa tal-Gvern, bħal ħlas ta' dredging eċċ ., kif ukoll jekk l-istess estensjoni hix se timmodifika jew taffettwa b'xi mod il-parametri tal-kirja u/jew l-liċenzja tal-immaniġġjar tal-Malta Freeport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.