Ministeru għall-Finanzi – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hi responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Tista’ tgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, tipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Ministeru għal Għawdex – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tigi migbura.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati tal-Gvern fid-29 ta’ Mejju 2026? Tista’ tgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, tipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Ministeru għas-Saħħa – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Tista’ l-Ministru tagħti aġġornament dwar it-tħaddim tal-iskema BCRS, inkluż kemm inġabru kontenituri tax-xorb minn meta bdiet titħaddem l-iskema? Fid-dawl tal-miżuri li ttieħdu biex il-kwalità tal-ilma tal-vit f’Malta titjieb u jiżdied il-konsum tiegħu, tista’ l-Ministru tgħid kemm hu stmat li ntużaw inqas jew ġew evitati fliexken tal-plastik b’riżultat ta’ konsum aktar għoli tal-ilma tal-vit?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Iskema BCRS kompliet tissaħħaħ kemm fuq livell operattiv kif ukoll regolatorju, b’enfasi partikolari fuq it-titjib tas-servizz offrut lill-pubbliku. Fost il-miżuri ewlenin li ttieħdu, ġew introdotti standards aktar stringenti dwar l-uptime tal-magni (RVMs) u l-ħin li fih magna tkun “bin full”, flimkien ma’ żieda fil-frekwenza tat-tindif u tal-ġbir.
Il-Licence Agreement aġġornat jistabbilixxi, għal kull RVM, uptime ta’ mill-inqas 90% fuq bażi ta’ ġimgħa matul il-ħinijiet stabbiliti ta’ operat, filwaqt li “bin full” m’għandux jaqbeż 4% fuq bażi ta’ ġimgħa. Sar ukoll titjib fir-rotot sabiex tiżdied il-frekwenza tat-tbattil tal-magni, u matul is-sajf f’lokalitajiet b’domanda għolja l-ġbir isir filgħodu u filgħaxija, filwaqt li żdiedu wkoll ir-rotot ta’ billejl. Mill-bidu tal-Iskema f’Novembru 2022 sat-tmiem ta’ Ġunju 2026, inġabru kumulattivament madwar 817.7 miljun kontenitur.
Fl-istess waqt, tnediet skema ta’ għajnuna permezz ta’ Malta Enterprise biex tħeġġeġ aktar investiment f’RVMs mill-bejjiegħa bl-imnut u b’hekk tkompli tissaħħaħ in-network ta’ punti ta’ ġbir.
Fir-rigward tat-tnaqqis fil-fliexken tal-plastik attribwibbli għal konsum ogħla tal-ilma tal-vit, ninforma lill-Onor. Interpellant li wieħed mill-għanijiet tal-investimenti u l-miżuri li ttieħdu sabiex titjieb il-kwalità tal-ilma tal-vit huwa proprju li aktar persuni jagħżlu l-ilma tal-vit bħala alternattiva sostenibbli għall-ilma bbottiljat, bil-benefiċċji ambjentali li dan iġib miegħu permezz ta’ tnaqqis fil-ġenerazzjoni tal-iskart u fl-użu tal-plastik. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li l-ilma ma jiġix ikkunsmat esklussivament minn kontenituri li jaqgħu taħt l-Iskema BCRS u għalhekk id-dejta tal-Iskema tista’ tagħti biss stampa parzjali.
Id-dejta disponibbli tindika li bejn l-2024 u l-2025, it-total ta’ kontenituri PET imqiegħda fis-suq naqas minn 174.83 miljun għal 173.12 miljun, tnaqqis ta’ madwar 1.72 miljun kontenitur.
Fl-istess perjodu, il-fliexken PET ta’ ilma mhux aromatizzat naqsu minn 114.97 miljun għal 113.73 miljun, jiġifieri tnaqqis ta’ madwar 1.24 miljun flixkun. Għaldaqstant, madwar 71% tat-tnaqqis kollu fil-PET kien attribwibbli għat-tnaqqis fil-fliexken tal-ilma, filwaqt li fl-istess sena t-tqegħid fis-suq lokali tal-kontenituri kollha taħt l-Iskema żdied b’madwar 2.9 miljun. Dawn iċ-ċifri huma konsistenti mal-għanijiet tal-politika tal-Gvern li tinkoraġġixxi għażliet aktar sostenibbli fil-konsum tal-ilma u tnaqqis fid-dipendenza fuq prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss.
Il-Marsa – Proġett ta’ riġenerazzjoni – Xogħlijiet mill-Enemalta u WSC
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li qed iwettqu l-Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) bħala parti mill-proġett ta’ riġenerazzjoni fiċ-ċentru tal-Marsa? Tista’ tagħti dettalji dwar l-investiment fin-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku, inkluż il-cables ġodda ta’ vultaġġ medju u baxx, kif ukoll dwar ix-xogħlijiet fuq il-pajpijiet tal-ilma tax-xorb u l-infrastruttura tad-drenaġġ, u tgħid x’benefiċċji se jġibu dawn ix-xogħlijiet għar-residenti u n-negozji fiż-żona?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan mhuwiex sempliċiment proġett biex il-qalba tal-Marsa jkollha dehra ġdida, imma proġett li qed jgħaqqad ir-riġenerazzjoni tal-ispazji ta’ barra ma’ investiment fl-infrastruttura essenzjali li taqdi lill-lokalità. Qed nużaw din l-opportunità biex inġeddu l-infrastruttura taħt it-toroq tagħna, intejbu l-ispazji pubbliċi u l-aċċessibbiltà, u noħolqu ambjent aħjar għar-residenti, għan-negozji u għal kull min juża din iż-żona. Huwa important li dawn l-interventi differenti jsiru b’mod kordinat bħala parti minn proġett wieħed komprensiv, u għalhekk il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir qed tikkoordina x-xogħlijiet f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Enemalta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, il-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni, il-Kunsill Lokali tal-Marsa u l-komunità lokali.
Min-naħa tal-Enemalta qed isir investiment ta’ madwar €400,000 biex issaħħaħ in-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona. Dan jinkludi tqegħid ta’ 2.5 kilometri ta’ cables ta’ vultaġġ medju u ta’ vultaġġ baxx.
Filwaqt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel investiment ta’ madwar €690,000 biex tbiddel il-pajpijiet prinċipali tal-ilma tax-xorb eżistenti u tinstalla pajp prinċipali ġdid ta’ 350mm qrib il-knisja u tul Triq is-Salib tal-Marsa. Il-Korporazzjoni se ttejjeb ukoll l-infrastruttura tad-drenaġġ f’din l-istess żona.
Jista’ l-Ministru jipprovdi elenku tax-xogħlijiet li ġew imwettqa mill-Edu Infrastructure mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Edu-Infrastructure Programme tnieda f’Jannar 2025 bil-għan li jimmodernizza l-faċilitajiet edukattivi f’Malta u jipprovdi ambjenti aktar siguri, aċċessibbli, sostenibbli u funzjonali għall-istudenti u għall-edukaturi. Il-programm jinkludi rinnovazzjonijiet interni u esterni, estensjonijiet, titjib tal-aċċessibbiltà, swali u spazji miftuħa, kif ukoll modernizzazzjoni tas-servizzi u tal-faċilitajiet.
Matul l-2025, saret rinnovazzjoni estensiva fl-Iskola Primarja Adrian Borg f’Birkirkara, li inkludiet klassijiet u sala ġodda, tiġdid tas-sistemi tal-elettriku u tad-drenaġġ, titjib tal-ground u tal-bejt, pannelli fotovoltajċi, arja kkundizzjonata, lift u faċilitajiet sanitarji aċċessibbli. Rinnovazzjonijiet simili jinsabu fl-ewwel fażi tagħhom fl-Iskola Primarja ta’ Birkirkara, fl-Iskola Primarja tas-Sliema u fi tliet blokok tal-Iskola Medja tal-Blata l-Bajda ukoll l-ewwel fażi tar-rinnovazzjoni tal-Iskola Primarja tal-Belt Valletta.
Ġew rinnovati l-ALP Hall, is-Sala tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli u s-sala tal-Iskola Primarja ta’ San Ġwann, filwaqt li għaddejjin xogħlijiet fis-swali tal-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel u tal-Iskola Primarja taż-Żurrieq. Fl-Imrieħel tlestiet ukoll librerija ġdida u ġiet imtejba ż-żona tal-canteen.
Il-programm jinkludi wkoll l-implimentazzjoni tal-iskema Open Horizons għat-tisħiħ tat-tagħlim tas-suġġetti STEM, ir-rinnovazzjoni tal-Migrant Learners’ Unit fin-Naxxar u tal-Home Economics Hub, kif ukoll titjib tal-ispazji esterni fl-iskejjel primarji tax-Xgħajra u tal-Luqa. Barra minn hekk, saru interventi f’diversi skejjel fuq il-bjut, il-faċċati u l-faċilitajiet sanitarji, sabiex titkompla tissaħħaħ il-kwalità tal-ambjenti edukattivi.
Foundation for Tomorrow’s Schools – Elenku tax-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi elenku tax-xogħlijiet li ġew imwettqa mill-Foundation for Tomorrow’s Schools mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li lista ta’ xogħlijiet ewlenin f’dan il-perjodu hi kif qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti l-ammont eżatt ta' kawżi għas-sentenza pendenti li għandu kull Imħallef u Maġistrat u għal kull ġudikant jikklassifikahom f’kemm minnhom ilhom pendenti inqas minn sena, bejn sena u sentejn, bejn sentejn u tlieta, bejn tliet snin u erbgħa, bejn erba’ snin u ħamsa, u aktar minn ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.