Il-Ħamrun, il-Marsa, Santa Venera, Pietà/G’mangia, Floriana, il-Belt Valletta u B’kara – NGOs
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm għaqdiet mhux governattivi (NGOs) li ġejjin mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, il-Marsa, Santa Venera, Pietà/G’mangia, Floriana, il-Belt Valletta u B’kara li ħadu fondi mill-Ministeru li hija responsabbli għalih mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ wkoll tagħti ċ-ċifra f’termini ta’ flus li minnha bbenefikaw dawn l-għaqdiet?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew studenti minn pajjiżi terzi mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet għal student visas u kemm minnhom kienu rejected?
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ FDIs (Foreign Direct Investments) li ġew attirati lejn pajjiżna mis-sena 2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ kumpaniji li bbenefikaw minn xi waħda mill-iskemi ta’ Malta Enterprise mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jagħti t-tip ta’ skema li bbenefikaw minnha kull kumpanija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill.Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Santa Venera – Triq il-Kappillan Mifsud – Xogħol fuq il-bankini
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol fuq il-bankini ta’ Triq il-Kappillan Mifsud f’Santa Venera? Tista’ tgħid ukoll kemm huwa l-investiment biex dan ix-xogħol qed isir?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-bankini ta’ Triq il-Kappillan Mifsud f’Santa Venera hu maħsub li jitlesta fil-bidu tas-sena d-dieħla (2027).
Jista’ l-Ministru jelenka kemm huwa l-ammont ta’ inkjesti pendenti quddiem l-erba’ Maġistrati li jieħdu ħsieb dawn l-inkjesti, minn meta l-inkjesti ġew miftuħa, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt.
Rimarka: Mill-1 ta’ April 2024, ġew assenjati erba’ Maġistrati esklussivament fuq it-tmexxija tal-Inkjesti Maġisterjali. Kif rifless fl-istatistika li tkopri l-perjodu mill-2024 sal-lum, turi li ngħalaq numru sostanzjali ta’ inkjesti. Sussegwentement, l-informazzjoni tas-sena 2026 tkopri sal-aħħar ta’ Ottubru 2026.
Sena
2022
2023
2024
2025
2026
Inkjesti ġodda
888
775
774
774
605
Inkjesti mgħaluqa
658
714
939
1392
688
Pendenti
1656
1598
1514
803
1188
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3092 u jagħti l-ammont eżatt ta' kawżi għas-sentenza pendenti li għandu kull Imħallef u Maġistrat u għal kull ġudikant jikklassifikahom f’kemm minnhom ilhom pendenti inqas minn sena, bejn sena u sentejn, bejn sentejn u tlieta, bejn tliet snin u erbgħa, bejn erba’ snin u ħamsa, u aktar minn ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella b’informazzjoni miġbura sat-12 t’Ottubru 2026.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4495 u jgħid kemm hemm infermiera li preżentement jaħdmu fl-isptarijiet u fil-Kura Primarja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ infermiera li preżentement jaħdmu fl-isptarijiet u fil-Kura Primarja huwa ta’ 4141 (3596 uffiċjali pubbliċi u 545 impjegati tal-kuntratturi).
Ministeru għas-Saħħa – Helplines – Persuni li għamlu użu
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4491 u jgħid kemm persuni użaw il-helplines ikkoordinati mill-Ministeru għas-Saħħa u jaqsam l-informazzjoni skont il-helpline relattiv?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4489 u jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu fl-Isptar Mater Dei preżentement, maqsuma skont il-linja tal-mediċina li jipprattikaw fiha?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei jaħdmu 368 konsulent f’għoxrin dipartiment, li jkopru l-firxa sħiħa tal-ispeċjalitajiet kliniċi u dijanjostiċi.
Sptar Reġjonali Ċensu Moran – Persuni li għamlu użu mis-servizzi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4488 u jgħid kemm kien in-numru ta’ pazjenti li għamlu użu minn xi wieħed mis-servizzi offruti mill-isptar reġjonali Ċensu Moran, mill-ftuħ tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Ottubru 2025 u l-31 ta’ Ottubru 2026, kien hemm total ta’ 256,396 pazjent li għamel użu minn wieħed jew aktar mis-servizzi offruti mill-isptar reġjonali Ċensu Moran.
Ministeru għas-Saħħa – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3247 u jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-individwu inkwistjoni ma kienx appuntat f’ebda bord jew kumitat fid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa, inklużi bordijiet innominati mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, bordijiet tal-għażla u bordijiet dixxiplinari.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3246 u jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l- individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ma kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih jien responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026.
Ministeru għall-Finanzi – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu li d-dettalji ingħataw separatament huwa membru fuq il-Bord tal-Awtorita՝ tal-Istatistika ta’ Malta, wara konsultazzjoni mal-komunità tan-negozju, kif rappreżentata fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u jirċievi remunerazzjoni ta’ €3,000 fis-sena.
Barra minn hekk, fl-2023 l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem innominaw żewġ persuni sabiex jinħatru fil-bord tad-diretturi tal-Malta Development Bank għal tliet snin kull wieħed. Dan l-individwu huwa wieħed minn dawn iż-żewġ persuni u l-ħlas huwa ta’ €9,000 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fuqhom se ssir tiswija jew isiru mill-ġdid fil-lokalità ta’ B’kara? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk it-toroq li bħalissa diġà għaddej ix-xogħol fuqhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fuqhom se ssir tiswija jew isiru mill-ġdid fil-lokalità tal-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk it-toroq li bħalissa diġà għaddej ix-xogħol fuqhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fuqhom se ssir tiswija jew isiru mill-ġdid fil-lokalità tal-Furjana? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk it-toroq li bħalissa diġà għaddej ix-xogħol fuqhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fuqhom se ssir tiswija jew isiru mill-ġdid fil-lokalità tal-Pietà/Gwardamanġa? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk it-toroq li bħalissa diġà għaddej ix-xogħol fuqhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.