Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sussidju tal-Kera f'residenzi privati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il persuna bbenefikat mis-Sussidju tal-Kera f’Residenzi Privati Mikrija qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 u kemm kien l-investiment?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: Sena Benefiċċjarji Sussidju Mħallas 2021 82 €49,140 2022* 122 €211,668 *sa Mejju 2022 Ta’ minn jgħid li permezz ta’ dan is-sussidju qed noffru stabbiltà u protezzjoni lill-inkwilin u ġustizzja lis-sid tal-post u fl-istess ħin nassiguraw li ħadd ma jispiċċa mingħajr saqaf fuq rasu. Grazzi għal dan is-sussidju li nidejna s-sena li għaddiet, qegħdin nerfgħu l-piż tal-kirijiet minn fuq is-sidien u mhux biss se jkollna inkwilini protetti u b’serħan il-moħħ iżda qed nagħtu wkoll kumpens ġust lis-sidien. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 281 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 17 tal-14 ta' Ġunju 2022)

Aġenzija tal-Infurzar Lokali — kunsilli lokali - għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kemm-il Kunsilli Lokali rċieva għajnuna mill-fondi tal-Aġenzija għall-Infurzar Lokali? Jista’ jindika x’tip ta’ proġetti saru b’din l-għajnuna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-aġenzija sal-lum ikkommettiet ruħa diġà fuq 41 proġett b’valur totali ta’ € 2,316,028.56. Dawn il-proġetti jagħmlu parti mill-iskema maħruġa fl-2021, liema skema hija mqassma fuq tliet snin. F’din l-iskema l-aġenzija allokat mhux inqas minn tliet miljun ewro. Mill-applikazzjonijiet tal-2021, u tal-2022, intgħażlu 38 Kunsill Lokali, 2 Kunsilli reġjonali, kif ukoll l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-proġetti jvarjaw, u jinkludu: - żviluppi ta’ spazji pubbliċi miftuħa ġodda, - titjib ta’ spazji pubbliċi miftuħa eżistenti, - proġetti ta’ restawr ta’ wirt kulturali u nazzjonali, - titjib u żvilupp ta’ ġonna, playing fields, outdoor gyms, - żviluppi ta’ żoni pedonali, - pavimentar ta’ sqaqien pedonali, - xiri ta’ vetturi elettriċi u scooters għall-użu tal-komunità, - proġetti ta’ sigurtà, u - proġetti ta’ ndafa u ambjent bħal bini ta’ bring in sites taħt l-art.

Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x-xogħol tal-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità? Kemm assistiet persuni fi żmien li ilha taħdem?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità ġiet imwaqqfa permezz tal-A.L. 418/2020 u bdiet topera f’Jannar tal-2021. L-iskop ewlieni tal-Aġenzija hu li taġixxi ta’ vuċi għall-vittmi tal-kriminalità, tgħinhom sabiex jegħlbu t-trawma li toriġina minn fastidju kriminali u toffri s-sapport kollu neċessarju sabiex l-istess vittma tikseb lura kwalità ta’ ħajja aħjar. L-aġenzija toffri wkoll servizz ta’ sapport emozzjonali, informazzjoni u gwida legali lil vittmi tal-kriminalità. Dan is-servizz huwa b’xejn u jingħata b’mod kunfidenzjali. Din l-aġenzija tħaddan fiha membri mill-Korp tal-Pulizija mill-unità tas-support lill-vittmi, membri mid-dipartiment tal-probation & parole, professjonisti oħra fil-qasam tal-psikosoċjal u dawk legali, kif ukoll uffiċċjali pubbliċi fl-amministrazzjoni. Dan l-aħħar, l-istess aġenzija estendiet is-servizz tagħha permezz tal-ftuħ ta’ ċentru reġjonali f’Għawdex u ieħor ġewwa l-lokalità ta’ Santa Luċija.. Permezz tal-ftehim li ntlaħaq ma’ dawn l-organizazzjoni, l-aġenzija għandha ukoll l-possibilità li tagħmel skambju ta’ tagħlim u taħriġ sabiex issaħħaħ l-għarfien fuq is-suġġett. Sa mill-ftuħ tagħha, l-Aġenzija assistit ’il fuq minn elf u sitt mitt (1600) vittma tal-kriminalità.

Pulizija tal-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kemm hemm pulizija jaħdmu fit-timijiet tal-pulizija tal-komunità? Kemm hemm lokalitajiet li huma koperti u jekk hemmx pjan li jiżdiedu iktar lokalitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm tnejn u tmenin uffiċjal tal-Pulizija li jaħdmu fit-taqsima tal-Komunità. Sal-lum il-lokalitajiet koperti huma l-erbatax (14)-il lokalita kollha ġewwa Għawdex u sebgħa u għoxrin (27) lokalita f’Malta. Hu previst illi sal-aħħar tas-sena, sbatax (17) il-lokalità oħra jkunu koperti.

Korp tal-Pulizija — każijiet ta' Vjolenza Domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm assistiet persuni t-Taqsima tal-Korp tal-Pulizija maħsuba biex taħdem fuq każi ta’ vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Jekk l-Onor. Interpellant qed tirreferi għall-persuni li ġew assistiti mit-taqsima ta’ kontra r-reati ta’ vjolenza domestika fi ħdan il-Korp matul din is-sena u mhux ħaġa iktar ħolistika, infurmat li bejn Jannar 2022 u l-25 ta’ Mejju 2022 it-taqsima rċiviet sitt mija u dsatax-il rapport (619).

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — xiri ta' vetturi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar investiment fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-aħħar tliet snin, b’mod partikolari f’dak li hu xiri ta’ vetturi ġodda li mhux biss joffru iktar sigurtà għas-soċjetà, iżda wkoll għodda aħjar għall-ħaddiema?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi r-risposta għal mistoqsija parlamentari numru PQ758 hija li f’dan l-aħħar tliet snin sar dan l-investiment kif riprodotta fit-tabella hawn taħt: Sena Vettura Numru Mixtri 2022 Grass Fire 2 2022 Heavy Rescue 1 2022 Hydraulic Platform 70m 1 2022 Road Rescue Vehicle 4 2022 Mini Bus 2 2022 Fast Hazmat Response 1 2022 Rhib 2.5 1 2021 Domestic Fire Engines 2 2021 Lighting Unit 1 2021 Industrial Fire Engine 1 2021 Hybrid SUV 3 2021 Light Fire Engines 5 2020 Rotating Telehandlers 2 2020 Pickups 2 2020 RHIB 10.5m 1 2020 Industrial Water Carriers 6 2019 Turn Table Ladder 32m 1 2019 Divers Van 2 2019 Van 2 2019 Drone Technical Van 1 2019 Hi-Up 28T 1 2019 Hi-Up 15T 1 2019 Flatbed Cargo Box 1 2019 Fork Lifter 2 2019 Hazmat Equipment 1 It-Total ta’ dan l-investiment f’dawn il-vetturi huwa €11,650,150.53 u din il-figura ma tinkludix VAT jew taxxi addizzjonali oħra

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023 — investiment fl-infrastruttura

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’inhu l-investiment fl-infrastruttura għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-investiment fl-infrastruttura għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023 huwa stmat li se jammonta għal madwar €37.34 miljun. Fost diversi interventi, dan l-investiment kien jinvolvi xogħol ta’ rinnovazzjoni ġewwa l-kumpless Sportiv tal-Kottonera li jinkludi wkoll l-Indoor Pool bi stima totali ta €17.1 miljun (incl. VAT); xogħol fil-kumpless sportiv tal-Marsa li jinkludi wkoll it-trakka tal-atleti, ċentru ġdid tal-isquash kif ukoll faċiltajiet oħra anċillari bi stima totali ta €17.35 miljun (incl. VAT) kif ukoll ċentru ġdid tat-Tennis ġewwa Pembroke bi stima ta €2.89 miljun (incl. VAT).