Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm medjaturi rreġistrati maċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta sal-lum? Jista’ jindika kif inhuma mqassmin skont l-ispeċjalizzazzjonijiet tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sas-27 ta’ Settembru kien hemm 76 medjatur reġistrati maċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta. Hawn taħt qed nindika kif inhuma mqassmin skont l-ispeċjalizzazzjonijiet tagħhom. Ta’ min jinnota li xi medjaturi huma speċjalizzati f’iktar minn settur wieħed.
- 60 fuq familja
- 45 fuq ċivil
- 30 fuq kummerċ
- 17 fuq industrija
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ żgħażagħ li se jkunu qed jattendu l-programm Youth.inc offrut mill-Aġenzija Żgħażagħ f’din is-sena skolastika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet li saru b’rabta mar-riġenerazzjoni tal-Iskola Primarja tar-Rabat, li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Nikola? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-investiment globali f’dan il-proġett?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-programm tas-SEC Revision Classes? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-klassijiet li qed jingħataw, u min jista' jibbenefika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10468 u jgħid kemm kienu dawk li applikaw għall-għotja fuq apparat li jippurifika l-ilma fl-2022 u jista’ jgħid x’inhuma l-għotjiet illum għal min jagħmel investiment simili?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 1,327 applikazzjoni matul is-sena 2022.
Applikanti li jikkwalifkaw jistgħu japplikaw għal waħda mill-għotjiet ta’ hawn taħt:
Għotja A: Sistema ta’ filtrazzjoni tal-ilma: Sistema ta’ ultrafiltrazzjoni jew mikrofiltrazzjoni, fejn l-apparat tal-filtrazzjoni nnifsu jirrizulta f’zero ħela ta’ ilma matul il-proċess ta’ filtrazzjoni. Dan jeskludi l-filtri tal-buqar. L-għotja tkopri 40% fuq il-prezz tax-xiri u l-installazzjoni ta’ apparat tas-Sistema ta’ Filtrazzjoni tal-Ilma suġġett għal għotja massima ta’ €100.
Għotja B: Sistema ta’ reverse osmosis: Sistema ta’ reverse osmosis fejn l-ilma rrifjutat iġġenerat mis-sistema matul il-proċess ta’ filtrazzjoni ma jiġix devjat lura lejn il-ħażna tal-ilma residenzjali għall-użu mill-ġdid. L-għotja tkopri 15.25% fuq il-valur tax-xiri u installazzjoni ta’ apparat tar-reverse osmosis, sa għotja tal-valur massimu ta’ €100.
Għotja C: Sistema ta’ reverse osmosis b’reject water return: Sistema ta’ reverse osmosis fejn l-ilma ġġenerat mis-sistema li jigi riġettat matul il-proċess ta’ filtrazzjoni jiġi devjat lura lejn il-ħażna tal-ilma residenzjali għall-użu mill-ġdid. L-għotja tkopri 40% fuq il-prezz tax-xiri u l-installazzjoni ta’ reverse osmosis b’reject water return suġġett għal għotja massima ta’ €300.
Ftehim bejn il-Ministeru u/jew id-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-Istitut ta’ CIHEAM
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10140 u jikkonferma l-eżistenza ta’ ftehim bejn il-Ministeru u/jew id-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-Istitut ta’ CIHEAM ta’ Bari? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim imsemmi? Jista’ jgħid jekk dan l-Istitut hux qed jipprovdi xi għajnuna teknika, kemm tiswa din l-għajnuna u f’liema setturi qed tingħata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interperllant li fil-preżent hemm ftehim bejn il-Ministeru u l-Istitut ta’ CIHEAM ta’ Bari.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li hemm fis-seħħ. L-istess kuntratt jindika x’tip ta’ għajnuna teknika u f’liema oqsma qed tingħata, kif ukoll l-ispejjeż għal dawn is-servizzi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10139 u jgħid kemm hawn persuni reġistrati biex ikabbru ż-żebbuġ f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm inġabar żebbuġ għall-għasir fis-snin 2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm kien il-volum ta’ żejt taż-żebbuġa li ġie maħdum fis-snin 2020, 2021 u 2022?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li jkabbru siġar taż-żebbuġ, skont ir-reġistru ta’ min ikabbar siġar taż-żebbuġ għall-għasir, huwa ta’ 788 persuna.
Ammont totali ta’ żebbuġ li ġie maħsud għas-snin:
2020 - 254.68 tunnellata
2021 - 288.54 tunnellata
2022 - 740.58 tunnellata
Ammont totali ta’ żebbuġ li ġie magħsur għas-snin:
2020 - 31.69 tunnellata
2021 - 36.27 tunnellata
2022 - 96.37 tunnellata
Ammont totali ta’ żejt li ġie prodott miż-żebbuġ magħsur fis-snin:
2020 - 29,154.8 litri
2021 - 33,368.4 litri
2022 - 88,660.4 litri
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm biex tinfetaħ medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja f’każijiet ta’ separazzjoni personali, sena b’sena mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10081 u 10470 u jindika kemm kienu l-istudenti li gawdew mill-għoti tal-istipendju, skont l-istituzzjoni edukattiva, matul is-sena skolastika li għaddiet?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10080 u 10469 u jgħid, matul is-sena skolastika li għaddiet (2021/2022), kemm kien l-ammont totali li tħallas fi stipendji lill-istudenti?
Taxxa ffrankata minn xiri u bejgħ ta' proprjetà f'UCA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet iffrankata taxxa għal dawk li xtraw jew biegħu proprjetà f’UCA f’Malta u f’Għawdex fl-2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-iskema li għaliha qed tagħmel referenza kienet imħabbra fil-Budget 2022 u għadha fis-seħħ. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-2022, it-taxxa iffrankata għal dawk li xtraw proprjetà f’UCA f’Malta u Għawdex kienet tammonta għal €10,290,243.69; filwaqt li t-taxxa ffrankata għal dawk li biegħu proprjetà f’UCA f’Malta u Għawdex kienet tammonta għal €20,275,248.23.
Bis-saħħa ta’ din l-iskema li kull persuna li tixtri jew tbiegħ proprjetà li tinsab f’żona ta’ UCA jew proprjetà li ilha mibnija għal aktar minn 20 sena u ilha vakanti għal aktar minn 7 snin tingħata eżenzjoni mit-taxxa tal-Capital Gains u t-taxxa tal-Boll b’mod komplut fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-proprjetà.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw għall-għotja fuq apparat li jippurifika l-ilma fl-2022 u jista’ jgħid x’inhuma l-għotjiet illum għal min jagħmel investiment simili?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Intepellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10080 u jgħid, matul is-sena skolastika li għaddiet (2021/2022), kemm kien l-ammont totali li tħallas fi stipendji lill-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10081 u jindika kemm kienu l-istudenti li gawdew mill-għoti tal-istipendju, skont l-istituzzjoni edukattiva, matul is-sena skolastika li għaddiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10106 u ċjoè: Issa li ntemmu b’suċċess il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ bed nigħts b’rabta ma’ dan l-avveniment sportiv?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm madwar 13,000 bed nights.
First Time Buyers – applikazzjonijiet għal għotja ta’ €1,000 għal 10 snin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10079 u jikkonferma kemm kienu dawk il-first time buyers li applikaw sal-aħħar ta’ Mejju 2023 għall-għotja ta’ €1,000 fis-sena għal għaxar snin? Jista’ jindika kemm minn dawn l-applikanti kienu koppji u kemm kienu persuni waħedhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din il-miżura hija wiegħda elettorali u li diġà qed tiġi implimentata. Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju 2023, l-Awtorità tad-Djar irċeviet aktar minn 3,304 applikazzjoni li minn dawn 1,583 kienu koppji filwaqt li 1,721 kienu persuni waħedhom. Ninsab infurmat ukoll li fl-aħħar jiem bdew jinħarġu l-pagamenti lil dawk li fl-2022 xtraw l-ewwel proprjetà tagħhom u sa issa ħarġu 2,379 pagament. Fil-jiem li ġejjin ikomplu jinħarġu aktar pagamenti
Din il-miżura tfisser sostenn lil dawk il-first-time buyers li bl-għaqal tagħhom saru sidien ta’ darhom. Din hija waħda minn kullana ta’ miżuri li jiġu l-Awtorità tad-Djar għandha fis-seħħ biex tkompli tgħin lil dawk li jkunu jixtiequ li jsiru sidien ta’ darhom fost l-oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati biex ikabbru ż-żebbuġ f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm inġabar żebbuġ għall-għasir fis-snin 2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm kien il-volum ta’ żejt taż-żebbuġa li ġie maħdum fis-snin 2020, 2021 u 2022?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ftehim bejn il-Ministeru u/jew id-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-Istitut ta’ CIHEAM
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-eżistenza ta’ ftehim bejn il-Ministeru u/jew id-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-Istitut ta’ CIHEAM ta’ Bari? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim imsemmi? Jista’ jgħid jekk dan l-Istitut hux qed jipprovdi xi għajnuna teknika, kemm tiswa din l-għajnuna u f’liema setturi qed tingħata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
First Time Buyers – applikazzjonijiet għal għotja ta’ €1,000 għal 10 snin
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm kienu dawk il-first time buyers li applikaw sal-aħħar ta’ Mejju 2023 għall-għotja ta’ €1,000 fis-sena għal għaxar snin? Jista’ jindika kemm minn dawn l-applikanti kienu koppji u kemm kienu persuni waħedhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.