Legislature:
Category:
Reset
Active:

Taxxa tad-dħul – Persuni ta’ 61 sena jew aktar – Sena 2012

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tinġabar taxxa tad-dħul fuq persuni ta' 61 sena jew aktar fl-2012? Jista’ jgħid ukoll kemm-il taxpayer ta' 61 sena jew aktar kien hemm u kemm kien iddikjarat dħul minn persuni ta’ 61 sena jew aktar fis-sena 2012?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li kienu jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, maqsuma f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000 - €13,000; €13,000 - €14,000; u hekk sal-€150,000), u li ħallsu sena sħiħa kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fis-sena 2012? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni separatament għal: i.   ċittadini Maltin; ii.  ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u iii. ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta’ ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, maqsuma f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000 - €13,000; €13,000 - €14,000; u hekk sal-€150,000), u li ħallsu sena sħiħa kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni separatament għal: i.  ċittadini Maltin; ii. ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u iii. ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta’ ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom waħedhom jew ma’ xi ħadd ieħor, bejn l-2008 u l-2012, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t’hawn taħt. Eta - 18 - 35 2008 2009 2010 2011 2012 TOTAL Xtraw waħedhom 1916 2003 2023 1990 1900 9832 Xtraw ma' xi ħadd 3650 3587 3610 3314 2983 17144

Persuni li rtiraw ta’ 61 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rtiraw ta’ 61 sena mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?  Jista’ jgħid ukoll x’inhuma x-xejriet u x’qed iwassal għal tali xejriet u kemm kienu effettivi l-miżuri li ddaħħlu f’dan ir-rigward matul dawn l-aħħar snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi riprodotta fit-tabella ta’ hawn taħt. Kif wieħed jista’ jara mit-tabella, ix-xejriet fl-aħħar snin huma li aktar nies qed jagħżlu li jtawwlu l-ħajja tagħhom fid-dinja tax-xogħol u fl-istess ħin idewmu ż-żmien meta jibdew jirċievu l-pensjoni. Filwaqt li fl-2012, qabel ma l-età tar-irtirar żdiedet għal 62 sena, kellna 2,657 persuni li rtiraw fl-età ta’ 61 sena, bl-ewwel żieda fl-età tal-irtirar għal 62 sena, dan in-numru naqas għal 1,368 fl-2013. Sal-2018, in-numru ta’ dawk li rtiraw fl-età ta’ 61 sena baqa’ xi ftit jew wisq stabbli b’varjazzjonijiet żgħar. Dan minkejja li l-età tal-irtirar reġgħet żdiedet lejn l-aħħar ta’ dan il-perjodu għal 63 sena. Mill-2019 sal-2022 kien hemm tnaqqis ieħor relattivament żgħir, minkejja li l-età tal-irtirar reġgħet żdiedet lejn l-aħħar ta’ dan il-perjodu għal 64 sena. In-numri bdew jonqsu b’pass aktar mgħaġġel mill-2023, tant li fl-2025 ta’ 61 sena rtiraw nofs dawk li rtiraw fl-2013 u kwart ta’ dawk li rtiraw ta’ 61 sena fl-2012. Għalkemm iż-żieda fl-età tal-irtirar, riżultanti mir-riforma tal-2006, u magħha persuni b’kontribuzzjonijiet insuffiċjenti li ma jistgħux jirtiraw kmieni, għenu sabiex naqsu n-numri inizjalment, l-akbar fattur kien bla dubju l-introduzzjoni tal-inċentiv għal min jipposponi l-pensjoni. Dan l-inċentiv daħal fl-2016, inizjalment għall-impjegati fis-settur privat, u eventwalment kien estiż għall-impjegati fis-settur pubbliku fl-2019 u l-2020. Fattur ieħor aktar riċenti kien iż-żieda fir-rata ta’ dan l-inċentiv fl-2024 – dan aċċellera t-tnaqqis wara l-2023. Fil-fatt, waqt li bejn l-2016 u l-2023, il-perċentaġġi ta’ pensjoni addizzjonali għal min jipposponi l-pensjoni kienu jvarjaw bejn 5% għal sena ta’ posponiment u 23% għal 4 snin ta’ posponiment tal-pensjoni, dawn fl-2024 żdiedu għal bejn 6.5% u 29%. Pensjonanti li rtiraw fl-età ta’ 61 sena Sena Ammont 2012 2,657 2013 1,368 2014 1,266 2015 1,213 2016 1,254 2017 1,223 2018 1,220 2019 1,123 2020 1,155 2021 1,124 2022 1,079 2023 936 2024 864 2025 685

Persuni li rtiraw ta’ 61 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rtiraw ta’ 61 sena mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?  Jista’ jgħid ukoll x’inhuma x-xejriet u x’qed iwassal għal tali xejriet u kemm kienu effettivi l-miżuri li ddaħħlu f’dan ir-rigward matul dawn l-aħħar snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom waħedhom jew ma’ xi ħadd ieħor, bejn l-2008 u l-2012, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Skejjel Privati u tal-Knisja - Servizz ta’ trasport bla ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel privati u tal-Knisja li ser jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas, minn u lejn l-iskola, fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Oner. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30660.

Skejjel tal-Gvern - Servizz ta’ trasport bla ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel tal-Gvern li ser jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas, minn u lejn l-iskola, fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għal din is-sena skolastika s’issa applikaw 36,096 student sabiex jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas minn u lejn l-iskola

Persuni barranin - Bolol imħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 30917 u jgħid kemm kien hemm persuni barranin, kemm minn pajjiżi terzi kif ukoll mill-Unjoni Ewropea, li ħallsu l-bolla f’Malta mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-ammont miġbur?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Sena Numru ta’ persuni Ammont ta’ Kontribuzzjoni mill-Persuna Impjegata Ammont ta’ Kontribuzzjoni mill-Prinċipal 2014 23,515 21,949,954 22,110,880 2015 30,774 29,121,983 29,301,221 2016 39,691 39,349,149 39,527,274 2017 50,469 51,316,811 51,505,152 2018 64,083 68,805,212 69,121,427 2019 75,722 83,101,592 83,233,271 2020 76,132 91,383,624 91,606,378 2021 83,042 102,324,445 102,391,143 2022 104,217 122,240,894 122,205,367 2023 123,258 152,950,379 152,861,389 2024 129,238 177,560,651 177,378,252

Bidla fil-pagi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm se tkun il-bidla fil-paga għall-irwol tiegħu, minn din is-sena għas-sena d-dieħla? Jista’ jgħid ukoll il-bidla tal-paga tal-Ministri, tas-Segretarji Parlamentari, tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Membri Parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellanta illi s-salarju marbut ma’ karigi kostituzzjonali jinħadem fuq l-iskali taċ-ċivil. Infakkar illi fid-29 ta’ Novembru 2024, il-Gvern Malti flimkien ma’ għaxar trade unions iffirmaw Ftehim Kollettiv storiku għas-Servizz Pubbliku, li jkopri l-perjodu 2025–2030. Dan il-ftehim, jindirizza direttament il-kundizzjonijiet ta’ madwar 33,000 impjegat fis-Servizz Pubbliku u li bis-saħħa tiegħu, tjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, inkluż is-salarji fl-iskali kollha tas-Servizz. Tajjeb li nżid li dawn iż-żidiet jinkludu wkoll il-COLA u jirriflettu titjib fil-konċertina tal-iskali, li kienet maqbula fil-ftehim kollettiv ta’ Diċembru 1998. L-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella t’hawn taħt: Kariga Żieda fis-sena Prim Ministru €960 Ministru €845 Segretarju Parlamentari €806 Kap tal-Oppożizzjoni €768 Membru Parlamentari €384

Sena skolastika 2025-2026 - Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ser jibdew sena skolastika ġdida fil-jiem li ġejjin, maqsuma skont is-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskejjel tal-Istat s’issa hemm 36,420 student li bdew din is-sena skolastika.

Persuni barranin - Bolol imħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni barranin, kemm minn pajjiżi terzi kif ukoll mill-Unjoni Ewropea, li ħallsu l-bolla f’Malta mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-ammont miġbur?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Skejjel – Servizz ta’ trasport bla ħlas - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa tal-Gvern fuq it-trasport tal-iskejjel għas-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Oner. Interpellanta li għal din is-sena skolastika n-nefqa fuq it-trasport tal-iskejjel hi prevista li tkun madwar €72 Miljun.

Skejjel Privati u tal-Knisja - Servizz ta’ trasport bla ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel privati u tal-Knisja li ser jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas, minn u lejn l-iskola, fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel tal-Gvern - Servizz ta’ trasport bla ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel tal-Gvern li ser jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas, minn u lejn l-iskola, fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Anti-Bullying Services – Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti dwar Cyberbullying mal-Anti-Bullying Services fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni matul din is-sena u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Anti-Bullying Services – Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti dwar Cyberbullying mal-Anti-Bullying Services fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Reġistrazzjoni ta’ Art — Talbiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għar-reġistrazzjoni ta’ artijiet lill-Aġenzija responsabbli, fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena saru 6,889 talba għal reġistrazzjoni ta’ artijiet lill-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.