Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ordnijiet ta’ protezzjoni mill-Qrati f’każijiet ta’ vjolenza domestika bejn l-2021 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrappurtati ksur ta’ dawn l-ordnijiet u kemm tressqu persuni il-Qorti b’rabta ma’ dawn il-ksur?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Persuni li nħelsu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li nħelsu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin reġgħu ddaħlu l-ħabs wara l-ħelsien tagħhom bejn l-2021 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni bbenefikaw s'issa mill-programm Offender Aftercare and Reintegration Support (OARS)?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li bħalissa qed jirċievu kura fuq bażi residenzjali f’Dar Kenn għal Saħħtek? Jista’ jagħti rendikont ta’:
i. in-numru ta’ residenti skont l-età tagħhom;
ii. kemm hemm sodod disponibbli u kemm minnhom huma okkupati; u
iii. kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal kura residenzjali, u kemm ilha tistenna l-persuna li ilha l-aktar fuq din il-lista?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li f’Dar Kenn għal Saħħtek hemm 22 sodda disponibbli, li 10 minnhom huma meħudin minn residenti li qed jirċievu l-kura fuq bażi residenzjali. Għaldaqstant ma teżisti l-ebda lista ta’ stennija. L-iżgħar resident għandu 19-il sena, filwaqt li l-akbar wieħed għandu 72 sena.
Birżebbuġa – Żamma tal-paċi pubblika u d-dekor pubbliku – Infurzar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru azzjonijiet ta' infurzar tal-liġi mill-awtoritajiet kompetenti rigward short-lets u ż-żamma tal-paċi pubblika u d-dekor pubbliku fil-lokalità ta' Birżebbuġa, bejn Ġunju u Awwissu 2026?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi fix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awissu 2026, il-Pulizija tad-Distrett, flimkien mat-Tim tal-Pulizija għall-Komunità f’Birżebbuġa, komplew jieħdu inizjattivi konkreti biex jindirizzaw u jnaqqsu l-każijiet ta’ imġieba anti-soċjali, bħal ksur tal-paċi u l-ordni pubblika, imġiba indeċenti u problemi relatati ma’ abbużi minn akkomodazzjoni short-let.
Bħal ma sar f’lokalitajiet oħra, dan kien jinvolvi ħafna siegħat ta’ ronda, matul dan il perjodu. Il-Pulizija żammet kuntatt dirett mar-residenti u mal-komunità matul il-perjodu kollu u f’kull ħin ħadet azzjoni abbażi ta’ informazzjoni, u rapporti li rċeviet, kif ukoll ħadet azzjoni dwar inċidenti li ġew osservati minnha waqt il-qadi tad-doveri tagħha.
Fuq kull rapport ta’ ksur ta’ ordni u paċi pubblika, il pulizija ħadet azzjoni abbażi ta’ ċirkustanzi ta’ kull każ. Kien hemm żewġ każi dwar diċenza pubblika fejn il-persuni responsabbli ingħataw taħrika li tħallset on the spot. L-azzjonijiet tal-pulizija huma kontinwi u bil-kollaborazzjoni mal-pubblika u l-Kunsill Lokali, ser tibqa’ taħdem b’mod preventiv biex jiġu evitati tali offiżi u oħrajn, u waqt li kull ilment jiġi segwit, ir-residenti tal-lokalità jgħixu f’ambjent kwiet u sigur.
Tista' l-Ministru tindika r-riżorsi umani u finanzjarji mogħtija mid-Dipartiment għall-Indafa Pubblika lill-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa għaż-żamma tal-istess lokalità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għall-ġejjieni sabiex isir l-investiment meħtieġ sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta' Birżebbuġa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Tista' l-Ministru tindika r-riżorsi allokati għall-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta' Birżebbuġa tramite r-Reġjun Nofsinhar, liema lokalità qed tiffaċċja sfidi kbar fl-immaniġġjar tal-iskart domestiku u kummerċjali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Marsaskala – Żamma tal-paċi pubblika u d-dekor pubbliku – Infurzar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru azzjonijiet ta' infurzar tal-liġi mill-awtoritajiet kompetenti rigward short-lets u ż-żamma tal-paċi pubblika u d-dekor pubbliku fil-lokalità ta' Marsaskala, bejn Ġunju u Awwissu 2026?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi fix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awissu 2026, il-Pulizija tad-Distrett, flimkien mat-Tim tal-Pulizija għall-Komunità f’Marsaskala, komplew jieħdu inizjattivi konkreti biex jindirizzaw u jnaqqsu l-każijiet ta’ imġieba anti-soċiali, bħal ksur tal-paċi u l-ordni pubblika, imġiba indeċenti u problemi relatati ma’ abbużi minn akkomodazzjoni short-let. Dan involva diversi siegħat ta’ ronda, matul dan il perjodu.
Permezz ta’ aktar preżenza fit-toroq, kontrolli u infurzar, kif ukoll kuntatt aktar dirett mar-residenti u mal-komunità, qed ikomplu jsiru sforzi biex jiġu identifikati u indirizzati sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ inkonvenjent jew ta’ theddida għall-kwalità tal-ħajja fil-lokalità, u biex jiġi assigurat illi l-lokalità tibqa’ lokalità sigura, nadifa u paċifika.
Dawn l-inizjattivi wasslu biex kien hemm tnaqqis drastiku ta’ rapporti u kwereli li s-soltu jidħlu l-għassa tal-lokal, tant li fir-rigward ta’ residenzi short-lets, it-tim tal-lokal kellu rapport wieħed biss, f’dan il-perjodu, li ġie solvut wara li ttieħdu azzjonijiet neċessarji u immedjati. Il-kollaborazzjoni bejn il-Pulizija, il-Kunsill Lokali u r-residenti ser tkompli biex każi kif indikati fil-mistoqsija u oħrajn jiġu indirizzati b’mod effettiv u kontinwu.
Marsaxlokk – Imwejjed u siġġijiet ta’ stabbilimenti privati – Infurzar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ordnijiet ta' infurzar mill-Awtorità tal-Artijiet rigward imwejjed u siġġijiet ta' stabbilimenti privati f'żoni pubbliċi u nuqqas ta' passaġġi pedonali fil-lokalità ta' Marsaxlokk, bejn ix-xhur ta' Ġunju u Awwissu 2026?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tal-Artijiet ma toħroġx “ordnijiet ta’ infurzar”. Dawn jinħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar. Ghalhekk il-mistoqsija trid issir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir eżerċizzju ta' sorveljanza mal-kosta ta' Marsaskala, partikolarment ħdejn il-Batterija ta' Riħama, sabiex ikun żgurat li m'hemm l-ebda periklu ta' kollass u jkunu evitati inċidenti bħal dak li ħalla vittma lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fuq ordni tal-Maġistrat, l-Awtorità tal-Artijiet ħadet il-miżuri meħtieġa sabiex jingħalaq is-sit kollu, mill-art sal-baħar, madwar l-istruttura msemmija. Barra minn hekk, twaħħlu sinjali ta’ twissija sabiex il-pubbliku jiġi informat bil-perikli relatati maż-żona.
Min-naħa tagħha, Transport Malta ħadet il-miżuri meħtieġa sabiex il-parti tal-baħar tiġi kklassifikata bħala żona fejn l-għawm mhux permess (No Swimming Zone)
.
Tista' l-Ministru tindika r-riżorsi umani u finanzjarji mogħtija mid-Dipartiment għall-Indafa Pubblika lill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala għaż-żamma tal-istess lokalità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għall-ġejjieni sabiex isir l-investiment meħtieġ sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta' Marsaskala?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Tista' l-Ministru tindika r-riżorsi allokati għall-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta' Marsaskala tramite r-Reġjun Nofsinhar, liema lokalità qed tiffaċċja sfidi kbar fl-immaniġġjar tal-iskart domestiku u kummerċjali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.