Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera u ħaddiema fil-kura (carers) minn pajjiżi terzi (TCNs) impjegati fis-servizzi tas-saħħa pubbliċi f’Malta u Għawdex, b’rendikont skont il-faċilità? Jista’ wkoll jindika x’perċentwal tal-persunal f’dawn il-karigi huwa magħmul minn TCNs u kemm kienu l-postijiet vakanti f’dawn il-karigi li mtlew minn TCNs matul l-aħħar sentejn?
TCNs – Taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tat-total ta’ taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa minn ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) impjegati f’Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jindika x’perċentwal dawn jirrappreżentaw mit-total tad-dħul miġbur minn dawn is-sorsi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ negozji Maltin, partikolarment fost l-intrapriżi żgħar u medji, li jimpjegaw ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern wettaqx analiżi dwar il-kontribut ta’ dawn il-ħaddiema għall-produttività, it-tkabbir ekonomiku u s-sostenibbiltà tal-operat tan-negozji Maltin, u jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) impjegati f’Malta u Għawdex, b’rendikont skont is-settur, partikolarment fis-saħħa, il-kura tal-anzjani, it-turiżmu, it-trasport, it-tindif u l-kostruzzjoni? Jista’ wkoll jindika x’perċentwal tal-forza tax-xogħol f’kull wieħed minn dawn is-setturi huwa magħmul minn TCNs?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2012 u 1711.
Rapporti ta’ vjolenza domestika – Mandati ta’ arrest mhux eżegwiti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4047 u jgħid kemm-il mandat ta’ arrest relatat ma’ vjolenza domestika baqa’ mhux eżegwit, għal kemm żmien, u x'miżuri ttieħdu biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà għal tali nuqqasijiet? Jista’ wkoll jagħti din l-informazzjoni b’mod individwali għal kull mandat, billi jindika t-tul ta’ żmien li ilu pendenti?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li fil-preżent f’dawn il-gżejjer hemm sebgħa (7) mandati ta’ arrest relatati ma’ każijiet ta’ vjolenza domestika li għadhom mhux eżegwiti. Minn dawn, tnejn (2) jikkonċernaw persuni Maltin u ħamsa (5) jikkonċernaw persuni barranin. Fir-rigward ta’ wieħed mill-Maltin,jinsab rikoverat fl-Isptar Mount Carmel (MCH). Il-persuni l-oħra kollha jinsabu barra minn Malta u nħarġu allerti fis-sistema SIS fir-rigward tagħhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4048 u 4385 u jgħid kemm-il darba, fl-aħħar ħames snin, persuni li rrapportaw vjolenza domestika sfaw vittmi ta’ aggressjoni serja jew saħansitra omiċidju wara li kienu diġà talbu l-protezzjoni tal-Pulizija?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ħames snin, jiġifieri mis-sena 2022 sas-26 ta’ Ottubru 2026, ġew identifikati sittin (60)
persuna li kienu talbu l-intervent tal-Pulizija qabel ma sfaw vittmi ta’ aggressjoni gravi. Is-sittin vittma identifikati kienu diġà rrikorrew għand il-pulizija f’96 istanza, li rriżultaw kif jidher hawn taħt:
Status tal-każ fil Qorti
Numru ta’ rapporti
Perċentaġġ ta’ 96 każ
Status tal-każ
Proċeduri irtirati skond l- Art 543(e)
46
47.9%
Każ konkluż
Każijiet diferiti
16
16.7%
Pendenti/proċeduri għadhom għaddejjin
Misjuba ħatja
13
13.5%
Każ konkluż
Liberati
10
10.4%
Każ konkluż
Ma ttieħdux proċeduri
6
6.3%
Ma ttieħdux proċeduri
Każ li qed jistennew data għas-smigħ
3
3.1%
Pendenti
Każijiet oħra
2
2.1%
Oħrajn / taħt reviżjoni
Total
96
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4048 u jgħid kemm-il darba, fl-aħħar ħames snin, persuni li rrapportaw vjolenza domestika sfaw vittmi ta’ aggressjoni serja jew saħansitra omiċidju wara li kienu diġà talbu l-protezzjoni tal-Pulizija?
Rapporti ta’ vjolenza domestika – Mandati ta’ arrest mhux eżegwiti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4047 u jgħid kemm-il mandat ta’ arrest relatat ma’ vjolenza domestika baqa’ mhux eżegwit, għal kemm żmien, u x'miżuri ttieħdu biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà għal tali nuqqasijiet?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi fil-preżent f’dawn il-gżejjer hemm għaxar (10) mandati ta’ arrest relatati ma’ każijiet ta’ vjolenza domestika li għadhom mhux eżegwiti. Minn dawn, erba’ (4) jikkonċernaw persuni Maltin u sitta (6) jikkonċernaw persuni barranin. Fir-rigward tal-persuni Maltin, tnejn jinsabu rikoverati fl-Isptar Mount Carmel (MCH) u għadhom qed jirċievu kura, persuna waħda ma setgħetx tiġi lokalizzata u ddaħħlet fis-sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), filwaqt li persuna oħra tinsab barra minn Malta. Fir-rigward tal-persuni barranin, dawn kollha jinsabu barra minn Malta u nħarġu allerti fis-sistema SIS fir-rigward tagħhom.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3725 u 3924 u jgħid x’miżuri konkreti qed jittieħdu biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tas-suwiċidju f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni jinsabu attwalment fuq il-lista ta’ stennija għas-servizzi tas-saħħa mentali offruti mill-Gvern, x’inhu ż-żmien medju ta’ stennija għal dawn is-servizzi, u kif qed jiġi assigurat li persuni f’riskju ta’ suwiċidju jingħataw għajnuna psikoloġika immedjata?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li bħalissa qed tiġi implimentata l-Istrateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju 2026–2031, li għandha l-għan li ssaħħaħ l-identifikazzjoni bikrija, l-intervent f’waqtu u l-aċċess għal servizzi xierqa ta’ kura u appoġġ. F’dan ir-rigward, qed jiġu mplimentati diversi miżuri, fosthom qed jitħejjew programmi ta’ taħriġ specjalizzat, sensibilazzazzjoni publika, Helpline 1579, riċerka u monitorapġġ fost oħrajn.
Is-Servizzi Nazzjonali tas-Saħħa Mentali jiżguraw li persuni f’riskju ta’ suwiċidju jingħataw assistenza professjonali f’waqtha permezz ta’ sistema ta’ valutazzjoni inizjali u prijoritizzazzjoni tal-każijiet skont il-livell ta’ riskju u l-urġenza klinika. Dan isir permezz tas servizzi tal-Emerġenza Psikjatrika, il-linja Nazzjonali tas-Saħħa Mentali 1579 u Kontinwità tal-Kura u Appoġġ Psikoloġiku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba, fl-aħħar ħames snin, persuni li rrapportaw vjolenza domestika sfaw vittmi ta’ aggressjoni serja jew saħansitra omiċidju wara li kienu diġà talbu l-protezzjoni tal-Pulizija?
Rapporti ta’ vjolenza domestika – Mandati ta’ arrest mhux eżegwiti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mandat ta’ arrest relatat ma’ vjolenza domestika baqa’ mhux eżegwit, għal kemm żmien, u x'miżuri ttieħdu biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà għal tali nuqqasijiet?
Membri tal-Korp tal-Pulizija – Miżuri ta’ protezzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3727 u jgħid kemm membri tal-Korp tal-Pulizija sfaw vittmi ta’ aggressjoni fiżika jew ġarrbu ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijiethom bejn l-2021 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jittieħdu biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-membri tal-Korp tal-Pulizija?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li sfaw vittmi ta’ aggressjoni fiżika jew ġarrbu ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijiethom bejn l-2021 u l-20 ta’ Ottubru 2026, maqsuma sena b’sena jidher fit-tabella hawn taħt.
Sena
Membri tal-Korp tal-Pulizija sfaw vittmi ta’ aggressjoni fiżika
Membri tal-Korp tal-Pulizija li ġarrbu ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijiethom
2021
2
21
2022
6
37
2023
6
34
2024
9
32
2025
3
23
*2026
8
24
*Sa 20 ta’ Ottubru 2026
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Korp tal-Pulizija jingħataw taħriġ dwar il-prevenzjoni ta’ attakki f’ sitwazzjonijiet perikolużi, b’taħriġ addizzjonali għall-uffiċjali ta’ ċerti taqsimiet speċjalizzati. Kull membru għandu
bodycam
, mezzi ta’ komunikazzjoni għall-għoti ta’ allert f’każ ta’ periklu, u tagħmir protettiv skont id-dmirijiet tiegħu. Sar ukoll titjib fil-vetturi u fit-tagħmir tal-operat, kif ukoll fil-miżuri ta’ sigurtà f’postijiet ta’ riskju għoli. Barra minn hekk, il-membri għandhom aċċess għal servizz kunfidenzjali ta’ appoġġ psikoloġiku, partikolarment wara inċidenti trawmatiċi jew sitwazzjonijiet ta’ periklu.
Persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali – Appoġġ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3726 u jgħid x’servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku, counselling u gwida qed jiġu offruti mill-Gvern lill-familjari ta’ persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali, partikolarment dawk li jieħdu ħsiebhom ta’ kuljum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-Servizzi Nazzjonali tas-Saħħa Mentali joffru appoġġ psikoloġiku, konsulenza u gwida lill-familjari u lil dawk li jieħdu ħsieb persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.
Ir-riferimenti għal dawn is-servizzi jsiru permezz tat-tabib tal-familja, tat-tim multidixxiplinarju responsabbli mill-kura tal-pazjent, jew ta’ psikologi li jidentifikaw il-ħtieġa ta’ appoġġ għall-familjari.
Is-servizzi offruti jinkludu:
Sessjonijiet individwali ta’ psikoedukazzjoni, li jipprovdu informazzjoni u gwida dwar il-kundizzjoni tal-pazjent u l-kura tiegħu;
Sessjonijiet ta’ psikoedukazzjoni fi gruppi, organizzati b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tat-Terapija Okkupazzjonali;
Sessjonijiet ta’ psikoterapija, għal dawk li jesprimu interess f’dan is-servizz;
Terapija tal-familja, għal dawk li jixtiequ jibbenefikaw minn dan it-tip ta’ appoġġ.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3725 u jgħid x’miżuri konkreti qed jittieħdu biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tas-suwiċidju f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni jinsabu attwalment fuq il-lista ta’ stennija għas-servizzi tas-saħħa mentali offruti mill-Gvern, x’inhu ż-żmien medju ta’ stennija għal dawn is-servizzi, u kif qed jiġi assigurat li persuni f’riskju ta’ suwiċidju jingħataw għajnuna psikoloġika immedjata?
Membri tal-Korp tal-Pulizija – Miżuri ta’ protezzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm membri tal-Korp tal-Pulizija sfaw vittmi ta’ aggressjoni fiżika jew ġarrbu ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijiethom bejn l-2021 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jittieħdu biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-membri tal-Korp tal-Pulizija?
Persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali – Appoġġ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku, counselling u gwida qed jiġu offruti mill-Gvern lill-familjari ta’ persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali, partikolarment dawk li jieħdu ħsiebhom ta’ kuljum?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’miżuri konkreti qed jittieħdu biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tas-suwiċidju f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni jinsabu attwalment fuq il-lista ta’ stennija għas-servizzi tas-saħħa mentali offruti mill-Gvern, x’inhu ż-żmien medju ta’ stennija għal dawn is-servizzi, u kif qed jiġi assigurat li persuni f’riskju ta’ suwiċidju jingħataw għajnuna psikoloġika immedjata?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm baqgħu rikoverati anzjani fl-Isptar Mater Dei minkejja li kienu ngħataw l-permess mediku biex joħorġu, bejn l-2021 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, minħabba nuqqas ta’ appoġġ fid-dar jew nuqqas ta’ post f’faċilità ta’ kura residenzjali? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u jgħid kemm kien iż-żmien medju ta’ stennija għal dawn il-persuni?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni tilfu ħajjithom b’suwiċidju f’Malta u Għawdex matul is-sena 2026 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni skont l-età u l-ġeneru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika aġġornata dwar in-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika rrappurtati f’Malta u Għawdex mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont l-età u l-ġeneru tal-vittmi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu jinvolvu vittmi li kienu diġà għamlu rapporti preċedenti lill-Pulizija?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Hawn taħt għandkom issibu 2 tabelli bl-informazzjoni mitluba..
Vittmi Maskili u femminili
Eta’ bejn 0 u 17
Eta’ bejn
Eta’
Total ta vittmi
Numru ta’ każi
18 u 59
60+
Sal-14/10/26
Domestic Violence Malta Vittmi
119
1405
239
1763
1638
Domestic Violence Għawdex - Vittmi
8
121
18
147
140
Total Malta and Gozo
127
1526
257
1910
1778
It-tabella t’hawn taħt tindika n-numri ta’ vittmi skond il-ġeneru, f’ Malta u Għawdex.
Vittmi Femminili
Eta bejn
Eta bejn
Eta
Total
0 u 17
18 u 59
60+
Sal-14/10/26
61
1031
153
1245
Vittmi Maskili
Eta bejn
Eta bejn
Eta
Total
0 u 17
18 u 59
60+
Sal-14/10/26
66
495
104
665