Djar residenzjali għall-anzjani - Rapporti ta’ allegat abbuż, negliġenza jew trattament mhux xieraq ta’ anzjani
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5023 u jgħid kemm ġew irreġistrati rapporti ta’ allegat abbuż, negliġenza jew trattament mhux xieraq ta’ anzjani fi djar residenzjali, kemm pubbliċi kif ukoll privati, matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika kemm minn dawn il-każijiet ġew ikkonfermati wara investigazzjoni u x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ dawk responsabbli?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5022 u jgħid kemm ġew dijanjostikati pazjenti bil-kanċer li kellhom jistennew aktar minn 30, 60 jew 90 ġurnata sabiex jibdew it-trattament onkoloġiku indikat mit-tim mediku tagħhom, matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-trattament onkoloġiku jinkludi t-trattament bir-radjoterapija u t-trattament sistemiku kontra l-kanċer. Iż-żmien bejn ir-riferiment u l-bidu tat-trattament jinkludi l-ippjanar kliniku u tekniku meħtieġ għal kull pazjent.
Il-maġġoranza kbira tal-pazjenti jibdew it-trattament fi żmien xahar mir-riferiment, u matul is-snin 2024, 2025 u 2026 l-ebda pazjent ma stenna aktar minn xahrejn biex jibda t-trattament sistemiku kontra l-kanċer. Fejn iż-żmien ta’ stennija kien itwal, dan kien dovut għal raġunijiet kliniċi, tekniċi jew marbuta mal-pazjent.
Proprjetajiet residenzjali tal-Gvern - Akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5021 u jgħid kemm proprjetajiet residenzjali tal-Gvern intiżi għall-akkomodazzjoni soċjali kienu għadhom vojta sal-aħħar ta’ Ottubru 2026? Jista’ wkoll jipprovdi rendikont skont il-lokalità u jindika kemm minnhom ilhom vojta għal aktar minn sitt xhur, sena u sentejn, kif ukoll kemm jinsabu lesti biex jiġu allokati immedjatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Ottubru 2026 kien hemm 69 proprjetà residenzjali tal-Gvern intiżi għall-akkomodazzjoni soċjali li kienu għadhom vojta u disponibbli għall-allokazzjoni. Minn dawn, 15 ilhom vojta inqas minn sitt xhur, 16 bejn sitt xhur u sena, 18 bejn sena u sentejn u 20 aktar minn sentejn.
Ta’ min jinnota li fost ir-raġunijiet għaliex ċerti proprjetajiet jistgħu jibqgħu vojta għal perjodu ta’ żmien hemm il-ħtieġa li jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni, tiswijiet jew interventi oħra meħtieġa sabiex dawn il-proprjetajiet ikunu fi stat adegwat qabel ma jiġu allokati lill-benefiċjarji.
Servizzi għall-Protezzjoni tat-Tfal - Każijiet relatati mal-protezzjoni tat-tfal - Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5020 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet relatati mal-protezzjoni tat-tfal li kienu għadhom fuq il-lista ta’ stennija tas-Servizzi għall-Protezzjoni tat-Tfal sal-aħħar ta’ Ottubru 2026? Jista’ wkoll jipprovdi rendikont ta’ kemm ilhom jistennew dawn il-każijiet, inkluż kemm ilhom aktar minn sitt xhur u aktar minn sena, u jindika x’inhu l-itwal żmien ta’ stennija rreġistrat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li hija
policy
tal-FSWS li l-istatistika ġenerali tagħha tkun ippubblikata darbtejn fis-sena. Jiġifieri f’ Ottubru ta’ kull sena fejn jirrapporta dwar l-ewwel sitt xhur ta’ dik is-sena partikolari u f’ April ta’ kull sena fejn ikun irrapportat l-andament tas-sena preċedenti sħiħa minn Jannar sa Diċembru. Dwar listi ta’ stennija, il-
policy
hija li din l-informazzjoni tkun ippubblikata fit-tmiem ta’ kull sena ħalli jkun hemm il-possibilità li jiġi evalwat l-andament fuq sena sħiħa.
Infakkar li kien dan il-Gvern li daħħal trasparenza sħiħa fuq dan is-suġġett sensittiv u beda jitkellem fl-apert dwar din il-materja. L-aħħar rapport anwali jista jinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-FSWS.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4922 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera u ħaddiema fil-kura (carers) minn pajjiżi terzi (TCNs) impjegati fis-servizzi tas-saħħa pubbliċi f’Malta u Għawdex, b’rendikont skont il-faċilità? Jista’ wkoll jindika x’perċentwal tal-persunal f’dawn il-karigi huwa magħmul minn TCNs u kemm kienu l-postijiet vakanti f’dawn il-karigi li mtlew minn TCNs matul l-aħħar sentejn?
TCNs – Taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4921 u jagħti rendikont tat-total ta’ taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa minn ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) impjegati f’Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jindika x’perċentwal dawn jirrappreżentaw mit-total tad-dħul miġbur minn dawn is-sorsi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba, maħruġa mill-informazzjoni li l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana rċeviet taħt il-Final Settlement System, hija ppreżentata fit-tabella li ġejja:
Sena
Total ta’ Taxxa
Perċentwal
Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali (employee share)
Perċentwal
2023
115,687,438
9.40%
69,462,564
15.17%
2024
160,604,030
11.14%
91,710,717
18.02%
2025
176,797,432
12.01%
110,417,280
20.63%
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4920 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ negozji Maltin, partikolarment fost l-intrapriżi żgħar u medji, li jimpjegaw ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern wettaqx analiżi dwar il-kontribut ta’ dawn il-ħaddiema għall-produttività, it-tkabbir ekonomiku u s-sostenibbiltà tal-operat tan-negozji Maltin, u jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi għal Ministru kkonċernat.
Birżebbuġa - Kunsill Lokali - Riżorsi mogħtija mid-Dipartiment għall-Indafa Pubblika
Question
Tista’ l-Ministru tindika r-riżorsi umani u finanzjarji mogħtija mid-Dipartiment għall-Indafa Pubblika lill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa għaż-żamma tal-istess lokalità?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li skont ftehim iffirmat fil-31 ta’ Mejju 2024 mas-CMD, dawn qed jipprovdulhom disa’ persuni u huma mqassma hekk:
• Seba’ persuni assenjati għat-tindif tat-toroq.
• Żewġ persuni assenjati għaż-żamma u tindif ta’ żewġ latrini pubbliċi.
Barra minn hekk, id-Divizjoni tieħu ħsieb ukoll b’mod regolari ż-żamma tal-indafa tal-bajjiet u l-promenade tal-istess lokalità.
Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm sabiex isir l-investiment meħtieġ biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta’ Birżebbuġa?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li l-immaniġġjar tal-iskart, bħal f’kull lokalità huwa mħaddem mill-Kunsill Reġjonali u jservi l-lokalitajiet kollha. Fejn hemm diffikultajiet, dawn ikunu rrappurtati lill-kuntrattur rispettiv biex jieħu l-miżuri korrettivi
neċessarji.
Tista’ l-Ministru tindika r-riżorsi allokati għall-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta’ Birżebbuġa tramite r-Reġjun Nofsinhar, liema lokalità qed tiffaċċja sfidi kbar fl-immaniġġjar tal-iskart domestiku u kummerċjali?
Port ta’ Marsaxlokk - Venda għad-dgħajjes tat-turisti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li ssir venda għad-dgħajjes tat-turisti fil-Port ta’ Marsaxlokk?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mil-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li l-venda ser tkun tifforma parti minn sejħa għall-offerti li l-Kunsill mistenni joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin wara konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Kuntratti u TM.
Marsaskala - Kunsill Lokali - Riżorsi mogħtija mid-Dipartiment għall-Indafa Pubblika
Question
Tista’ l-Ministru tindika r-riżorsi umani u finanzjarji mogħtija mid-Dipartiment għall-Indafa Pubblika lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala għaż-żamma tal-istess lokalità?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Fil-preżent id-Divizjoni għat-Tindif u Manutenzjoni tipprovdi tmien kenniesa għaż-żamma tal-indafa fil-lokalità ta’ Marsaskala. Ma dawn it-tmien ħaddiema hemm ukoll ingaġġjat supervisor għall- kontroll u moniteraġġ tax-xogħol mwettaq fil-lokalità, jiġi provdut ukoll tagħmir għat-tindif skont kif meħtieġ.
Barra min hekk, id-Diviżjoni permezz ta’ sezzjonijiet rispettivi tieħu ħsieb ukoll b’mod regolari iż-żamma tal-indafa tal-bajjiet u promenade tal-istess lokalità.
Tista’ l-Ministru tindika r-riżorsi allokati għall-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta’ Marsaskala tramite r-Reġjun Nofsinhar, liema lokalità qed tiffaċċja sfidi kbar fl-immaniġġjar tal-iskart domestiku u kummerċjali?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mil-Kunsill Reġjonali Nofsinhar li bħala l-entitá responsabbli mill-ġbir tal-iskart domestiku minn bieb għal bieb u mill-ġbir tal-iskart kummerċjali għar-riċiklaġġ (il-borża griża), għandu uffiċjal Maniġerjali full-time. Fil-preżent, il-Kunsill Reġjonali qed imexxi kampanji edukattivi fosthom it-tnedija tal-proġett Riċiklin, dwar l-immaniġġjar xieraq tal-iskart.
Għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-kampanji, il-Kunsill Reġjonali qed juża r-riżorsi umani li diġà għandu impjegati miegħu fil-preżent.
Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm sabiex isir l-investiment meħtieġ biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta’ Marsaskala?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-immaniġġjar tal-iskart, bħal f’kull lokalità huwa mħaddem mill-Kunsill Reġjonali u jservi l-lokalitajiet kollha. Fejn hemm diffikultajiet, dawn ikunu rrappurtati lill-kuntrattur rispettiv biex jieħu l-miżuri korrettivi neċessarji.
Paġni personali tal-midja soċjali tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari - Produzzjoni ta’ filmati, ritratti, kontenut promozzjonali u reklamar
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid intefqux fondi pubbliċi fuq il-produzzjoni ta’ filmati, ritratti, kontenut promozzjonali u reklamar imħallas għall-paġni personali tal-midja soċjali tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti rendikont tal-ammonti skont kull Ministru u Segretarju Parlamentari, u jindika jekk saritx verifika sabiex jiġi assigurat li dawn il-fondi ma ntużawx għal skopijiet partiġġjani?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Manwal ta' Proċeduri tal-Kabinett jipprekludi lill-ministri u s-segretarji parlamentari milli jużaw fondi jew riżorsi pubbliċi, direttament jew indirettament, għall-paġni tal-midja soċjali tagħhom.
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Reklamar u xiri ta’ ħin ta’ xandir
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu fuq reklamar u xiri ta’ ħin ta’ xandir fuq l-istazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika fuq liema kriterji ttieħdu d-deċiżjonijiet dwar it-tqassim ta’ dawn il-fondi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellanta, illi kif weġibt f’istanzi oħrajn, l-Gvern u l-entitajiet tiegħu, għandhom r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Wieħed mill-mezzi li jintużaw għal dan il-għan huwa x-xandir tradizzjonali, jiġifieri t-televiżjoni u r-radju. Ninsab infurmat li, f'dawn iċ-ċirkostanzi, l-istazzjonijiet lokali kollha tat-televiżjoni u tar-radju, jiġu avviċinati sabiex ixandru messaġġi ta’ informazzjoni pubblika.
Għaldaqstant, ma jkunx hemm għażla preferenzjali għall-kumpaniji li qed tagħmel referenza għalihom separatament, stante li ikun hemm opportunità mogħtija lill-mezzi tax-xandir kollha biex jipparteċipaw f'dawn l-inizjattivi. Ninsab infurmat ukoll li jkun fid-diskrezzjoni ta’ kull stazzjon jekk jaċċettax li jxandar ir-reklami jew le.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa relatata ma’ dawn is-servizzi hija suġġetta għall-proċeduri u r-regolamenti applikabbli tal-akkwist pubbliku, u li fl-Estimi Finanzjarji hemm vot speċifiku għall-informazzjoni, kif diġà ġie spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3526.
Sadanitant, fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
Djar residenzjali għall-anzjani - Rapporti ta’ allegat abbuż, negliġenza jew trattament mhux xieraq ta’ anzjani
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jgħid kemm ġew irreġistrati rapporti ta’ allegat abbuż, negliġenza jew trattament mhux xieraq ta’ anzjani fi djar residenzjali, kemm pubbliċi kif ukoll privati, matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika kemm minn dawn il-każijiet ġew ikkonfermati wara investigazzjoni u x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ dawk responsabbli?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew dijanjostikati pazjenti bil-kanċer li kellhom jistennew aktar minn 30, 60 jew 90 ġurnata sabiex jibdew it-trattament onkoloġiku indikat mit-tim mediku tagħhom, matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Proprjetajiet residenzjali tal-Gvern - Akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm proprjetajiet residenzjali tal-Gvern intiżi għall-akkomodazzjoni soċjali kienu għadhom vojta sal-aħħar ta’ Ottubru 2026? Jista’ wkoll jipprovdi rendikont skont il-lokalità u jindika kemm minnhom ilhom vojta għal aktar minn sitt xhur, sena u sentejn, kif ukoll kemm jinsabu lesti biex jiġu allokati immedjatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Servizzi għall-Protezzjoni tat-Tfal - Każijiet relatati mal-protezzjoni tat-tfal - Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet relatati mal-protezzjoni tat-tfal li kienu għadhom fuq il-lista ta’ stennija tas-Servizzi għall-Protezzjoni tat-Tfal sal-aħħar ta’ Ottubru 2026? Jista’ wkoll jipprovdi rendikont ta’ kemm ilhom jistennew dawn il-każijiet, inkluż kemm ilhom aktar minn sitt xhur u aktar minn sena, u jindika x’inhu l-itwal żmien ta’ stennija rreġistrat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.