Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 103 u jgħid kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħlijiet li qed isiru fi Ġnien Pawlu Boffa, f’Raħal Ġdid u jekk sarx xi xogħol b’mod temporanju, jew b’xi mod ieħor, li sussegwentement inqala’ jew se jkollu jinqala’? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan? Jista’ jgħid ukoll kemm hija l-ispiża addizzjonali tax-xogħol li kellu jew se jkollu jsir minħabba f’hekk?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f' seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-istatus tal-permess tal-inċineratur li jinsab fil-Marsa? Jekk jinbeda proċess għat-tiġdid ta’ dan il-permess, tista’ tgħid ukoll jekk hux se ssir konsultazzjoni wiesgħa mal-kunsilli lokali u mar-residenti kollha tal-lokalitajiet tal-madwar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-permess ambjentali IP 0004/07/C dwar il-faċilità tal-inċineratur operat mill-applikant huwa validu sal-31 ta’ Mejju 2027. Bħalissa, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qed tipproċessa applikazzjoni għal tiġdid ta’ dan il-permess (IP 0012/24) li ġiet sottomessa f’Settembru 2024, fejn fuq din l-applikazzjoni saret konsultazzjoni pubblika fejn kullħadd seta’ jissottometti l-kummenti tiegħu. Din l-applikazzjoni ġiet sospiża fuq talba tal-applikant biex l-applikazzjoni tieħu inkonsiderazzjoni titjib fil-makkinarju li sar investiment fih. Diment li dawn it-tibdiliet ma jikkonsistux f’tibdiliet materjali, mhux meħtieġ li ssir konsultazzjoni pubblika oħra. Ta’ min però jirrimarka li d-deċiżjoni fuq dawn it-tip ta’ applikazzjonijiet ambjentali, IPPC, isiru fil-pubbliku fejn kwalunkwe persuna tista’ tesprimi kummenti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29, fejn intqal li “s-sejħa għal Senior Teachers ħarġet fl-aħħar ġimgħat”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex din is-sejħa nħarġet issa u mhux sentejn ilu, kif kien imwiegħed fil-ftehim kollettiv?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li s-sejħa kienet riżultat ta’ ħafna diskussjonijiet bejn il-partijiet konċernati. Ukoll infurmat li din tkun applikabli mid-data tal-bidu tal-ftehim.
Skejjel - Sistemi ta’ arja kundizzjonata fil-klassijiet u staff rooms
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31 dwar l-iskejjel li fihom jew ma fihomx sistemi tal-arja kkundizzjonata installati fil-klassijiet u fl-istaff rooms kollha tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-32 skola li għandhom sistema tal-arja kkundizzjonata f’kull klassi u staff room?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi stabbilit jum iddedikat għall-Wirt Kulturali Malti, li matulu jsir sforz kollettiv akbar sabiex niċċelebraw dak kollu li jagħmel parti mill-wirt kulturali ta’ pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll x’passi biħsiebu jieħu sabiex din l-inizjattiva titwettaq?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jagħraf bis-sħiħ l-importanza tal-wirt kulturali Malti bħala parti essenzjali mill-identità nazzjonali u bħal ma sar fi snin preċedenti, anka permezz tal-introduzzjoni tal-Jum iddedikat lil Innu Malti li jiġi ċċelebrat fis-27 ta' Diċembru, il-Gvern ser jibqa’ impenjat li jkompli jsaħħaħ l-għarfien u l-apprezzament tiegħu fost il-pubbliku. Dan bis-saħħa ta’ sensiela ta’ inizjattivi identifikati fil-programm elettorali tal-Gvern.
Gvern Laburista huwa impenjat li jsaħħaħ il-benesseri taċ-ċittadini tagħna fosthom billi nħeġġu aktar involviment taċ-ċittadini fil-ħajja ċivika u l-promozzjoni tal-wirt kulturali. Għaldaqstant, il-Ministeru li jien responsabbli minnu, b’kollaborazzjoni sħiħa mal-kollegi tiegħi, se jkompli jevalwa diversi inizjattivi li jistgħu jkomplu jippromwovu u jiċċelebraw il-wirt kulturali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li wieħed mill-akbar xelters f’Raħal Ġdid, li jinsab fi Triq Nazzarenu u li kien diġà ġie skopert sentejn ilu, jiġi riabilitat u magħmul aċċessibbli għall-pubbliku f’jiem stabbiliti? Jekk iva, jista’ jgħid ukoll jekk hemmx żmien stabbilit sabiex dan isir?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
'Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru kkonċernat’
Lokalitajiet fin-Nofsinhar ta’ Malta – Investigazzjoni mill-ERA
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx investigazzjoni mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar l-irwejjaħ li kienu qed jinxtammu lejn l-aħħar ta’ Mejju f’diversi lokalitajiet fin-Nofsinhar ta’ Malta? Jekk iva, tista’ tgħid ukoll x’kien l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni u x’azzjonijiet ittieħdu wara dan l-eżitu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) investigat ilmenti rigward irwejjaħ fin-Nofsinhar ta’ Malta li rriżultaw minn konsenja ta’ fuel partikolari li rriżultat f’irwejjaħ. L-ERA ikkordinat mal-operaturi konċernati biex jiġu mitigati l-irwejjaħ, kif ukoll biex jiġu installati miżuri sabiex jiġu mitigati l-irwejjaħ. Fl-istess żmien, l-operaturi infurmaw lill-Awtorità li kienu qed jagħmlu xogħol ta’ manutenzioni fuq is-sistema ta’ ventilazzjoni.
PBS – Bulettini tal-aħbarijiet – Sound on tape ta’ politiċi tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Gvern fil-bulettini tal-aħbarijiet tal-PBS u kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Oppożizzjoni, mill-1 ta’ Ġunju 2025 sal-aħħar ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-politiċi u f’liema dati xxandru?
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Faċilitajiet sportivi - Użu għall-pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-faċilitajiet sportivi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin infetħu għall-użu tar-residenti ta’ Raħal Ġdid minn meta saret l-attività tal-Kunsill Lokali fil-15 ta’ Lulju 2025, li matulha tħabbar il-ftehim sabiex dawn il-faċilitajiet ikunu aċċessibbli għall-pubbliku? Jista’ jgħid ukoll f’liema ġranet kienu aċċessibbli u kif wieħed għandu japplika sabiex ikun jista’ jagħmel użu minnhom?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-faċilitajiet sportivi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin huma aċċessibbli għall-pubbliku kull nhar ta’ Ġimgħa, wara li ssir applikazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid.
Il-faċilitajiet huma aċċessibbli, kif il-kunsill lokali jkunu f’pożizzjoni li jipproċessaw l-applikazzjonijiet għal tali użu, jkunu jistgħu jintużaw mill-kommunita.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 19.1 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fil-pjazza ta’ Ħal Tarxien u kemm huwa stmat li se jiswa dan ix-xogħol? Jista’ jgħid ukoll għaliex saret inawgurazzjoni ftit ġimgħat ilu, ladarba x-xogħol ma kienx għadu lest?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li sa issa ġie inawgurat xogħol fuq il-pjazza fin-naħa ta' quddiem il-knisja, illi nfetħet għall-użu tal-pubbliku, qabel iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tar-raħal. Ix-xogħol li għaddej bħalissa minn Infrastructure Malta , huwa fuq il-pavimentar taz-zuntier, xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art u ffurmar tat-triq, kif ukoll xogħol ta’ pavimentar mal-ġnub tal-knisja u fil-parkeġġ żgħir fuq wara tal-knisja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħlijiet li qed isiru fi Ġnien Pawlu Boffa, f’Raħal Ġdid u jekk sarx xi xogħol b’mod temporanju, jew b’xi mod ieħor, li sussegwentement inqala’ jew se jkollu jinqala’? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan? Jista’ jgħid ukoll kemm hija l-ispiża addizzjonali tax-xogħol li kellu jew se jkollu jsir minħabba f’hekk?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet f’Malta fejn hemm sistema ta’ residential parking, u meta din is-sistema daħlet fis-seħħ f’kull lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux talbiet sabiex din is-sistema tiddaħħal fil-lokalitajiet ta’ Raħal Ġdid, Santa Luċija, il-Fgura u Ħal Tarxien, u x’kienet it-tweġiba għal kull waħda minn dawn it-talbiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinstab fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.80.
Nikkoferma li bħal ħafna Kunsilli Lokali oħra, il-lokalitajiet imsemmija fil-mistoqsija talbu sabiex issir sistema ta’ parkeġġ residenzjali fil-lokalita’.
Il-bżonn li jiġi ndirizzat il-parkeġġ f’Malta ma jistax jiġi biss affrontat fuq bażi individwali ta’ lokalita’. Din hija kwistjoni nazzjonali li teħtieġ politika u strateġija li tindirizza l-issue fil-pajjiż kollu, u mhux bħala suġġett singolari waħdu.. Kien għalhekk li fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, li issa huwa l-pjan ta’ ħidma tal-Gvern għal din il-leġiżlatura, qed issir enfażi fuq ‘Malta in Motion’. Il-pjan għat-trasport integrat jinkludi bħala wieħed mis-sitt pilastri tiegħu il-politika nazzjonali tal-parkeġġi.
Dan għax il-parkeġġ irid jittieħed fil-kuntest tal-modijiet l-oħra kollha tal-mobbilta’, inklużi l-mixi u l-użu tar-roti. Il-politika nazzjonali tal-parkeġġi ser tiġi mfassla u implimentata fis-sentejn li ġejjin, bl-għajnuna importanti tal-Kunsilli Lokali. U fost affarijiet oħra li ser tkun qed tagħmel din il-politika, ser tippreskrivi l-metodu ta’ kif isiru l-iskemi tal-parkeġġi residenzjali li ser ikunu parti integrali ta’ din il-politika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li kienu statemented bħala one-to-one u li ma baqgħux one-to-one, kif ukoll kemm kien hemm studenti li kellhom LSE u ma baqgħux b'LSE magħhom, matul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-raġunijiet li jwasslu biex is-sitwazzjoni tal-istudent tinbidel huma diversi. Mill-informazzjoni li ngħatatli jirriżulta li hemm każi fejn l-istudenti jiżviluppaw b’tali mod li isiru iktar kapaċi jilħqu l-ħiliet tagħhom b'mod indipendenti, filwaqt li bl-istess mod ikun hemm każi fejn l-interventi li jkunu saru mal-istudenti kienu effettivi allura ikunu laħqu l-għanijiet edukattivi tagħhom kif elenkati fl-IEPs. Infurmat li jkun hemm anke xi ċirkostanzi fejn l-istudenti innifishom jew il-ġenituri tagħhom jitolbu t-tnaqqis jew it-tneħħija tal-għajnuna tal-LSE, jew inkella rapporti ta' professjonisti, partikolarment ir-rapport edukattiv tal-psikologu, jindikaw li l-istudent żviluppa fil-ħiliet li għalihom kien ingħata l-għajnuna 1-1. Hemm anke każi fejn deċiżjonijiet tal-Bord huma mgħotija bi żmien stipulat, eż. għal-raġunijiet mediċi bħad-dijabete u allerġiji, u dan isir sabiex l-istudenti ikollhom l-għajnuna sakemm isiru awtonomi fl-immaniġjar tagħhom infushom indipendentament. Intant, ninsab infurmat li n-numri għal dak li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant huma kif jidhru hawn taħt.
Sena 23/24
Sena 24/25
Sena 25/26
Ma baqgħux FT 1-1
72
50
33
Ma baqgħux b’LSE magħhom
123
148
191
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm reliever LSEs f'kull kulleġġ biex ikunu jistgħu jagħmlu replacement jekk LSEs fil-klassi jkunu ma jifilħux jew indisposti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fl-aħħar term tas-sena skolastika li ntemmet min kien reliever ġie assenjat fl-iskejjel.
Skejjel - Sistemi ta’ arja kundizzjonata fil-klassijiet u staff rooms
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel li fihom m'hemmx is-sistemi ta' arja kkundizzjonata installati fil-klassijiet u fl-istaff rooms kollha tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall - mistoqsija parlamentari numru 30. Infurmat li bħalissa hemm 32 skola mgħamra bis-sistema tal-arja kundizzjonata.
Skejjel - Sistemi ta’ arja kundizzjonata fil-klassijiet u staff rooms - Pjan
Question
Fid-dawl li fil-programm elettorali tal-Partit Laburista li kellu jitlesta sal-elezzjoni li għaddiet kien hemm il-wegħda li “Ninstallaw sistemi ta’ arja kkundizzjonata fil-klassijiet u staff rooms fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex”, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex din il-wegħda ssir u jekk iva, sa meta l-Ministru qed jittama li jagħmel dan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fil-kundizzjonijiet li fihom isiru t-tagħlim u x-xogħol fl-iskejjel huma ta’ prijorità u għal dan il-għan se jkomplu jsiru diversi proġetti, inkluż dawk marbuta ma’ ambjent aħjar, arja kundizzjonata u aperturi. Inizjattivi bħal dawk li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant se jkunu parti importanti u ċentrali fil-ħidma tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport fejn irridu nwettqu sensiela ta’ proġetti biex inkopru l-iskejjel ta’ pajjiżna fuq medda ta’ leġiżlatura.
Minkejja li f’klawsola 4.10.3 tal-Ftehim Settorjali tal-Edukaturi, il-Gvern kien wiegħed li ħa toħroġ sejħa għal Senior Teachers fi żmien tliet xhur, jista’ l-Ministru jgħid għaliex din is-sejħa damet sentejn biex toħroġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li s-sejħa għal Senior Teachers ħarġet fl-aħħar ġimgħat. Il-mod kif ħarġet is-sejħa tindirizza dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant fid-domanda tiegħu.
Santa Luċija – Grawnd tal-futbol – Użu tal-parkeġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’azzjoni kienet ittieħdet wara li f’Settembru 2024, permess ta’ ittra uffiċjali, SportMalta kienet qalet li ħa tieħu azzjoni biex il-parkeġġ biswit il-grawnd tal-futbol ta’ Santa Luċija jerġa' jirritorna għall-użu ta’ parkeġġ pubbliku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ġiet provduta lil dan il-Parlament permezz ta' tweġibiet Parlamentari għall-mistoqsijiet Parlamentari numru 22041 u 23316 tal-leġiżlatura XIV. Infurmat li ma kienx hemm żviluppi oħra wara dawn it-tweġibiet Parlamentari.