Jista’ l-Ministru jgħid b’mod reali x’inhu l-impatt li l-koperattivi qed iħallu fuq l-ekonomija f’Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2024, huwa stmat li l-koperattivi ġġeneraw fatturat taʼ €140 miljun, li jirrappreżenta 0.2% tal-ekonomija domestika kollha. L-impjiegi laħqu s-684, li jiġu wkoll daqs 0.2% tal-impjiegi kollha fl-ekonomija domestika.
MFHEA – Applikazzjonijiet pendenti – Programmi f’livelli MQF 5 sa 8
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għall-akkreditazzjoni ta’ programmi f’livelli MQF 5 sa 8?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li MFHEA kellha 72 -il applikazzjonijiet pendenti għall-akkreditazzjoni ta’ programmi f’livelli MQF 5 sa 8.
MFHEA – Applikazzjonijiet pendenti – Programmi f’livelli MQF 1 sa 4
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għall-akkreditazzjoni ta’ programmi f’livelli MQF 1 sa 4?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li MFHEA kellha 60 programm fil-livelli MQF 1 sa 4 li bħalissa jinsabu għaddejjin minn proċess ta’ evalwazzjoni għall-akkreditazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ koperattivi li għandna reġistrati bħalissa f’Malta? Jista’ jgħid ukoll f’liema kategorija ta’ xogħol jaħdmu dawn il-koperattivi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor. Interpellant
In numru ta koperattivi li ghandna rregistrati f’Malta huma 79.
Dawn il-koperattivi
joperaw
f’dawn il kategoriji:
Kategorija
No. Ta' Koperattivi
Sajd u Agrikoltura
20
Kultura
4
Edukazzjoni
4
Saħħa u Sigurta'
1
Marittimu
4
Midja
1
Medical
3
Retail
3
Servizzi
1
7
Soċjali
2
Spatial
1
Sport
2
Tecknoloġija
4
Trasport
11
Workforce
2
Numru totali
79
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-proċedura biex persuna tinnomina lil xi ħadd għal konsiderazzjoni biex jingħata Ġieħ ir-Repubblika?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interepellant għas-sit elettroniku
https://opm.gov.mt/useful-links-mt/sistema-ta-unuri-u-ghotjiet/
fejn il-proċess kif ukoll l-formola ta’ nomininazzjoni jinsabu f’dan il-link li kopja ta’ dan it-tagħrif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MFHEA – Liċenzji maħruġa u programmi edukattivi akkreditati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji mill-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) f’Mejju 2026, u kemm ġew akkreditati programmi fl-istess xahar? Jista’ wkoll jelenka liema kienu l-liċenzji maħruġa u l-programmi edukattivi akkreditati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li f’Mejju 2026, l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), ħarġet liċenzja waħda. Fl-istess perjodu, l-Awtorità akkreditat total ta’ għoxrin (20) programm. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista ta’ programmi li ġew akkreditati:
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni universitarja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li MFHEA kellha żewġ (2) applikazzjonijiet minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni universitarja u li bħalissa jinsabu għaddejjin mill-proċess ta’ evalwazzjoni.
MFHEA – Applikazzjonijiet pendenti – Edukazzjoni avvanzata u ogħla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni avvanzata u ogħla?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni ogħla?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-MFHEA kellha 20 applikazzjoni minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni ogħla u li bħalissa jinsabu għaddejjin mill-proċess ta’ evalwazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni avvanzata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li MFHEA kellha 16-il applikazzjoni minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni avvanzata u li bħalissa jinsabu għaddejjin mill-proċess ta’ evalwazzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti kontra x-xandara li nstemgħu mill-Awtorità tax-Xandir fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti kienu minħabba allegat nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir ħarġet akkużi skont il-liġi kontra x-xandara fejn l-akkuża kienet dwar xi ħaġa oħra għajr nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kien is-suġġett ta’ dawn l-akkużi?
Awtorità tax-Xandir – Akkużi – Nuqqas ta’ bilanċ/parzjalità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir ħarġet akkużi skont il-liġi kontra x-xandara fejn l-akkuża kienet dwar nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Awtorità tax-Xandir li xogħolhom huwa li jagħmlu monitoraġġ ta’ dak li jkun qed jixxandar mill-istazzjonijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li hemm sitt (6) impjegati jagħmlu xogħol ta’ monitoraġġ fl-Awtorità tax-Xandir.
Jista’ l-Ministru jgħid x’verifiki jsiru, jekk isiru, qabel Infrastructure Malta twettaq xogħlijiet f’post partikolari, sabiex jiġi assigurat jekk il-post fejn ikun se jsir ix-xogħol huwiex proprjetà tal-Gvern jew proprjetà ta’ terzi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastruttura Malta tagħmel verifiki billi tissottometti applikazzjoni fuq is-sit tal-Awtorita` tal-Artijiet, Form Gov1.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’liema ġranet kien hemm xi żona uffiċjali għall-għawm li kienet magħluqa jew li fir-rigward tagħha kien hemm rakkomandazzjoni sabiex ma jsirx għawm, mill-1 ta’ Mejju 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm żoni magħluqa jew soġġetti għal rakkomandazzjoni sabiex ma jsirx għawm f’kull ġurnata matul il-perjodu msemmi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Mejju 2026 u d-data li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, il-pubbliku ġie avżat li mhux rakkomandat li jsir għawm fiż-żoni uffiċjali għall-għawm indikati fit-tabella hawn taħt:
Żona uffiċjali
għall-għawm
Perjodu
Kawża
B10 – Bajja tal-Exiles, Tas-Sliema
26 ta’ Mejju 2026 sat-2 ta’ Ġunju 2026
Ħsara fil-medda tad-drenaġġ tat-toilets pubbliċi
Żona bejn A13 u A14, Birżebbuġa
8 ta’ Ġunju 2026 sal-15 ta’ Ġunju 2026
Ħsara fid-drenaġġ ta’ residenza privata
B08 – in-naħa tax-xellug tal-Bajja ta’ Balluta
17 ta’ Ġunju 2026 sat-23 ta’ Ġunju 2026
Imblukkar minn skart tal-kostruzzjoni fil-main ewlieni tad-drenaġġ.
C23 – Bajja tal-Għażżenin, San Pawl il-Baħar
27 ta’ Ġunju 2026 sat-3 ta’ Lulju 2026
Ħsara f'sistema ta' distribuzzjoni f'mina ghall-ilma tax-xita
B14 – Qui Si Sana, Tas-Sliema
mill-4 ta’ Lulju 2026 sal-11 ta’ Lulju 2026
Ħsara kkawżata minn xogħlijiet fit-triq minn kuntrattur privat.
Ninsab infurmat ukoll li, apparti s-siti uffiċjali għall-għawm, kien hemm ukoll is-sit mhux uffiċjali għall-għawm f’Ta’ Xbiex li għalih inħarġet rakkomandazzjoni sabiex ma jsirx għawm bejn l-4 ta’ Ġunju 2026 u l-11 ta’ Ġunju 2026 minħabba ħruġ ta’ ilma maħmuġ minn
stormwater flood relief
. Dan is-sit, iżda, ma jifformax parti mil-lista uffiċjali taż-żoni għall-għawm.
B’referenza għall-irwejjaħ li ġew irrappurtati f’diversi lokalitajiet fin-naħa t’isfel ta’ Malta lejn l-aħħar ta’ Mejju, tista’ l-Ministru tgħid:
i. x’kien eżattament is-sors tal-emissjonijiet fis-sit inkwistjoni;
ii. kemm saru spezzjonijiet fis-sit inkwistjoni u f’liema ġranet saru;
iii. kemm daħlu rapporti mingħand residenti u minn liema lokalitajiet saru dawn ir-rapporti;
iv. x’passi ttieħdu sabiex jiġi żgurat li ma jerġgħux iseħħu każijiet simili; u
v. jekk tistax tagħti garanzija lir-residenti li ma saritilhomx ħsara f’saħħithom?
Response (DALLI, MIRIAM)
B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 426, ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-14 t’April 2026 u d-9 ta’ Ġunju 2026, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) rċeviet 75 rapport minn lokalitajiet differenti li jinkludu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Fgura, l-Isla, Bormla, l-Birgu, Santa Luċija u l-Marsa.
Bħala parti mill-investigazzjoni, l-ERA wettqet 17-il spezzjoni fil-ġranet indikati hawn taħt:
14/04/2026
22/04/2026
04/05/2026
20/05/2026
22/05/2026 filgħodu
22/05/2026 filgħaxija
23/05/2026
24/05/2026
26/05/2026 filgħodu
26/05/2026 filgħaxija
27/05/2026 filgħaxija
27/05/2026 bil-lejl
28/05/2026 filgħodu
28/05/2026 filgħaxija
28/05/2026 bil-lejl
01/06/2026
09/06/2026
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 106 u jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 19.1 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar sena, u kif infurmat mill-PBS stess, ma kien hemm ebda każ kif imsemmi fil-mistoqsija li qed tiġi ppreżentata.
PBS – Bulettini tal-aħbarijiet – Sound on tape ta’ politiċi tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 105 u jgħid kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Gvern fil-bulettini tal-aħbarijiet tal-PBS u kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Oppożizzjoni, mill-1 ta’ Ġunju 2025 sal-aħħar ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-politiċi u f’liema dati xxandru?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nagħraf lill-Onorevoli Interpellant li l-missjoni editorjali tas-servizz pubbliku teħtieġ li l-PBS jirrapporta tħabbiriet nazzjonali u żviluppi li joħorġu mir-responsabbiltajiet ministerjali.
F’dan il-kuntest, ninsab informat li, matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2025 u l-31 ta’ Mejju 2026, fil-bullettini tal-aħbarijiet tal-PBS ixxandru 532 sound on tape (SOTs) ta’ membri tal-Gvern. Il-maġġoranza assoluta ta’ dawn kienu marbuta mal-qadi tal-funzjonijiet ministerjali, fosthom tħabbir ta’ policies, servizzi, skemi, proġetti u inizjattivi oħra, u mhux ma’ attivitajiet ta’ natura partiġġjana.
Ġejt informat ukoll li l-PBS rarament jinkludi SOTs meħuda waqt attivitajiet jew konferenzi politiċi mella’ mill-Partit Laburista. Fil-fatt, matul l-istess perjodu xxandru żewġ SOTs meħuda f’dan il-kuntest.
Min-naħa l-oħra, il-PBS jirrapporta wkoll il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni, inklużi l-kritika u l-proposti tagħha, fl-istejjer li jkunu qed jiġu rrappurtati. Dawn jinkludu wkoll kummenti meħuda waqt konferenzi tal-aħbarijiet u attivitajiet politiċi organizzati mill-Partit Nazzjonalista. Fil-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2025 u l-31 ta’ Mejju 2026 ixxandru 66 SOTs minn membri tal-Partit Nazzjonalista.
Inżid li, filwaqt li jaqdi d-dover tiegħu li jirrapporta deċiżjonijiet u inizjattivi governattivi, il-PBS jassigura bilanċ editorjali b’rispett lejn ir-rappreżentanza parlamentari kif magħżula b’mod demokratiku mill-poplu. Dan isir ukoll permezz tal-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti u diskussjoni politika, li b’mod konsistenti jagħtu spazju ugwali kemm lill-Gvern kif ukoll lill-Oppożizzjoni sabiex jesprimu l-fehmiet u l-pożizzjonijiet tagħhom.