Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta’ Qali – Park Nazzjonali – Kunċerti/attivitajiet

Question

Tista’ l-Ministru: i.    tgħid kemm saru kunċerti jew attivitajiet simili f’xi parti mill-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali; ii.   tgħid kemm minn dawn l-attivitajiet saru fiż-żona tal-kunċerti fl-istess Park Nazzjonali; iii.   tipprovdi lista ta’ dawn l-attivitajiet; u iv.   tindika ż-żona tal-Park Nazzjonali li fiha saret kull attività minn Mejju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ta’ Qali – Park Nazzjonali – Żona tal-Kunċerti – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1157 u tgħid kemm saru xogħlijiet fiż-Żona tal-Kunċerti fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali minn meta ġiet inawgurata f’Mejju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, kemm kienet l-ispiża tagħhom u għaliex kien meħtieġ li jsiru?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta ġiet inawgurata f’Mejju 2024 sal-llum ix-xogħlijiet fil-madwar taż-żona tal-Kunċerti fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali kienu skont il-kuntratti eżistenti fosthom ‘steel staircases’, il-binja ewlenija tal-lifts u parkeġġ għall-artisti fuq in-naħa ta’ wara.  Dan ix-xogħol li sar kien jagħmel parti mill-pjanijiet oriġinali taż-żona tal-kunċerti.

L.S. 350.14 – PBS – Infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1121 u 1620 u jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 18 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Qtugħ tal-provvista tal-elettriku – Impatt finanzjarju – Valutazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx valutazzjoni tal-impatt finanzjarju fuq l-ekonomija Maltija tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku li seħħ f’pajjiżna mill-1 ta’ Lulju sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jippubblika din il-valutazzjoni u jagħti rendikont tal-impatt finanzjarju stmat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lil Onor interpellant jirreferi l mistoqsija ghal ministeru koncernat.

Professjonisti tal-Allied Health – Interviews/ingaġġ

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta bdew jew huwa ppjanat li jibdew l-impjieg tagħhom dawk l-applikanti minn professjonijiet differenti tal-Allied Health li għamlu l-interview f’April 2026? Jista’ jgħid ukoll għaliex din is-sena dawn l-interviews saru fix-xahar ta’ April meta fis-snin preċedenti kienu normalment isiru madwar Awwissu, partikolarment fid-dawl tal-fatt li għaddew diversi xhur minn meta saru l-interviews u l-applikanti għadhom ma ġewx infurmati meta se jibdew jaħdmu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-sejħiet għall-karigi ta’ Allied Health Professionals ippubblikati f’April 2026, u l-istat attwali tagħhom, huma dawn: Sejħa Stat attwali Allied Health Professional (Dental Hygiene) Għadha pendenti l-allokazzjoni tal-kandidati Allied Health Professional (Physiotherapy) Qed tistenna konferma tar-reġistrazzjoni mir-Reġistratur tas-CPCM Allied Health Professional (Occupational Therapy) Qed tistenna konferma tar-reġistrazzjoni mir-Reġistratur tas-CPCM Allied Health Professional (Speech and Language Therapy) Qed tistenna konferma tar-reġistrazzjoni mir-Reġistratur tas-CPCM Allied Health Professional (Podiatry) Qed tistenna konferma tar-reġistrazzjoni mir-Reġistratur tas-CPCM Allied Health Professional (Radiography) Kandidat wieħed beda jaħdem; tnejn għandhom eżamijiet ta’ ripetizzjoni; u tnejn qed jistennew l-allokazzjoni tagħhom *CPCM huwa l-Council for the Professions Complementary to Medicine. Wara li l-persuni kkonċernati jirċievu konferma mir-Reġistratur tas-CPCM li ġew irreġistrati, dawn ikunu jistgħu jiġu appuntati. Dawn is-sejħiet ġew ippubblikati f’April minflok f’Awwissu, kif kien isir fis-snin preċedenti, sabiex il-proċess ta’ reklutaġġ jibda aktar kmieni. Dan iqiegħed lill-Ministeru f’pożizzjoni aħjar biex jattira kandidati qabel ma jaċċettaw opportunitajiet oħra ta’ impjieg, u jagħti aktar żmien biex jitlestew il-proċessi ta’ reġistrazzjoni, għażla u allokazzjoni.

Qtugħ fil-provvista tal-elettriku – Impatt finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx valutazzjoni tal-impatt finanzjarju fuq l-ekonomija Maltija tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku li seħħ f’pajjiżna mill-1 ta’ Lulju 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jippubblika din il-valutazzjoni u jagħti rendikont tal-impatt finanzjarju stmat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lil Onor interpellant jirreferi l mistoqsija ghal ministeru koncernat.

Individwu – Irtirar tal-istatus ta’ refuġjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mid-deċiżjoni li kienet ittieħdet fl-2023 biex jiġi rtirat l-istatus ta' refuġjat tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista' jgħid ukoll jekk din id-deċiżjoni qattx ġiet revokata jew mibdula, u jekk le, kif fis-17 ta' Settembru 2026 reġa' tħabbar l-irtirar tal-istess status bħala deċiżjoni ġdida?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-17 ta’ Settembru 2026 il-persuna kkonċernat kien infurmat illi t-talba tiegħu għal re-instatement ma kienetx aċċettata. Id-deċizjoni hija finali.

Lista ta’ ġurijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ġurijiet kollha li saru matul l-aħħar ħames snin u, għal kull ġuri, jgħid kemm għadda żmien bejn il-bidu tal-kumpilazzjoni tal-evidenza u l-bidu tal-ġuri?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura.

Ġurijiet – Akkużati ħatja/mhux ħatja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm mill-ġurijiet li saru matul l-aħħar ħames snin l-akkużat instab ħati u f’kemm minnhom instab mhux ħati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar ħames snin u ċioe mill-1 ta’ Jannar 2021 sat-22 ta’ Settembru 2026 saru 42 ġuri . It-tabella t’hawn taħt turi l-informazzjoni ta’ kemm minnhom instabu ħajta jew mhux ħatja. 2021 7 ġurijiet 5 mhux ħatja 2 ħatja 2022 4 ġurjiet 1 mhux ħati 3 ħatja 2023 6 ġurijiet 3 mhux ħatja 3 ħatja 2024 7 ġurijiet 1 mhux ħati 6 ħatja 2025 11 -il ġuri fejn f’5 ġurijiet l-akkużati ma nstabux ħatja, fi 5 ġurijiet l-akkużati nstabu ħatja, u f’ġuri wieħed bi 3 akkużati, 2 minnhom nstabu ħatja fil-waqt li ko-akkużat ġie liberat. 2026 sa 22 ta’ Settembru 2026 7 ġurijiet 3 mhux ħatja 4 ħatja

Ġurijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru ġurijiet matul l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar ħames snin u ċioe mill-1 ta’ Jannar 2021 sat-22 ta’ Settembru 2026 saru 42 ġuri . 2021 7 ġurijiet 2022 4 ġurjiet 2023 6 ġurijiet 2024 7 ġurijiet 2025 11 -il ġuri 2026 sa 22 ta’ Settembru 2026 7 ġurijiet

Qtugħ fil-provvista tal-elettriku - Valutazzjoni tal-impatt finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx valutazzjoni tal-impatt finanzjarju fuq l-ekonomija Maltija tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku li seħħ f’pajjiżna mill-1 ta’ Lulju sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jippubblika din il-valutazzjoni u jagħti rendikont tal-impatt finanzjarju stmat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Enemalta - Sistema tad-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku - Proġettazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1159, tista’ l-Ministru tgħid fuq liema ċifri, stimi jew proġettazzjonijiet qed taħdem l-Enemalta sabiex tiddetermina l-kapaċità li għandu jkollha s-sistema tad-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku? Tista’ tgħid ukoll kif dawn iċ-ċifri qed jintużaw biex jiġi ppjanat l-investiment meħtieġ fit-tisħiħ tal-infrastruttura tal-elettriku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investimenti kollha relatati mat-tisħiħ tas-sistema għad-distribuzzjoni tal-elettriku jiġu ppjanati u aġġornati b’mod kontinwu mill-Enemalta fuq il-bażi ta’ analiżijiet tekniċi speċjalizzati li jqisu diversi fatturi, fosthom ix-xejriet storiċi tal-konsum tal-elettriku, it-tbassir tad-domanda futura, it-talbiet għal konnessjonijiet ġodda, l-iżviluppi approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar, il-popolazzjoni u l-attività ekonomika fejn rilevanti, kif ukoll il-ħtiġijiet operattivi tan-network fiż-żoni konċernati. Kull żvilupp jew talba għal konnessjoni ġdida tiġi evalwata biex jiġi stabbilit l-impatt tagħha fuq is-sistema tad-distribuzzjoni. Fuq il-bażi ta’ dawn l-evalwazzjonijiet jiġu identifikati u implimentati l-investimenti meħtieġa fit-tisħiħ tal-infrastruttura elettrika, inklużi substations, feeders, cables u assi oħrajn tan-network. L-ippjanar tal-infrastruttura jsir ukoll fid-dawl tal-ħtieġa li tinżamm sistema reżiljenti, sigura u affidabbli, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fil-ġenerazzjoni lokali, l-integrazzjoni ta’ aktar enerġija rinovabbli u l-investimenti strateġiċi li qegħdin isiru biex ikompli jissaħħaħ is-settur tal-enerġija.

Generators - Lista tal-lokalitajiet

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-lokalitajiet fejn intużaw generators temporanji, u għal kull lokalità tispeċifika t-toroq fejn intużaw, kif ukoll id-dati u t-tul ta’ ħin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta investiet f’numru ta’ generators li jintużaw primarjament waqt xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-grid, fejn ikun teknikament possibbli li jitqabbdu sabiex il-konsumaturi jibqgħu jingħataw il-provvista tal-elettriku matul it-twettiq ta’ dawn ix-xogħlijiet. Barra minn hekk, f’każ ta’ ħsarat fuq il-grid, il-generators jintużaw meta xi substations jiġu iżolati u ma jkunx possibbli li l-provvista tiġi restawrata immedjatament. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-konsumaturi affettwati jiġu provduti b’servizz temporanju permezz ta’ dawn il-generators sakemm jitlestew it-tiswijiet meħtieġa u terġa’ tiġi stabbilita l-provvista normali.

Qtugħ fil-provvista tad-dawl - Lista tal-lokalitajiet

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-lokalitajiet li mill-1 ta’ Ġunju 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari esperjenzaw qtugħ fil-provvista tad-dawl, u għal kull lokalità tgħid meta seħħ dan il-qtugħ u jekk dan kienx skedat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-qtugħ fil-provvista kien jew minħabba ħsarat lokalizzati, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.

Raħal Ġdid – Vincent Moran Regional Health Hub – MRI Scanner

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għadux qed jingħata s-servizz tal-MRI fil-Vincent Moran Regional Health Hub, f’Raħal Ġdid? Jekk le, jista’ jgħid meta u għaliex twaqqaf dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li f’dan il-Hub jiġu installati MRI scanners permanenti u jekk iva, sa meta huwa mistenni li dawn ikunu installati u jibdew jintużaw?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f' Novembru 2024 il-Mobile unit tal-MRI ġiet trasferita viċin iċ-ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran sakemm jiġi kkummissjonat MRI ġewwa San Vinċenz de Paule. Il-kirja tal-mobile MRI kienet tispiċċa f'Ġunju 2026 u skond il-kuntratt il-kirja ma setgħax tiġi mġedda. Sadanittant twaħħal u beda jopera l-MRI f' San Vinċenz de Paule. Is-sena d-dieħla hu ppjanat li fiċ-ċentru Ċensu Moran se jitwaħħlu CT Scanner u CBCT, apparti li preżentement qed jingħataw servizzi ta' radjoloġija, ultra sound, ultra sound tal-ġinekoloġija, u bone density. Qed tiġi pjanata estensjoni taċ-Ċentru Ċensu Moran li tkun tinkludi wkoll MRI.

Ħal Tarxien – Ġnien Mark Farrugia – Siġar

Question

Tista’ l-Ministru tassigura li l-ebda siġra li bħalissa tinsab fil-Ġnien Mark Farrugia, f’Ħal Tarxien, mhi se tinqala’ bħala parti mix-xogħlijiet li se jsiru minn Project Green f’dan il-ġnien?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li, skont il-pjanti tal-proġett, mhux se jitneħħew siġar maturi b’saħħithom li jinsabu fi Ġnien Mark Farrugia, f’Ħal Tarxien. Madankollu, ser jitneħħew speċi invażivi li qed jikkawżaw ħsara lill-ambjent naturali u lill-bijodiversità tas-sit, bħala parti minn interventi mmirati biex jittejjeb il-valur ekoloġiku tal-ġnien. Dawn ix-xogħlijiet jaqgħu taħt il-permess EP 1344/23 maħruġ mill-ERA fid-9 ta’ Lulju, 2024, li jawtorizza interventi speċifiċi fuq siġar f'diversi siti, inkluż it-tneħħija ta' siġar ta’ speċi invażivi, t-tneħħija ta’ siġar protetti mejtin u żbir ta' manutenzjoni ta' siġar protetti.

Ħal Tarxien – Ġnien Mark Farrugia – Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’xogħol hu ppjanat li jsir fi Ġnien Mark Farrugia f'Ħal Tarxien? Tista' tipprovdi pjanti u/jew viżwali li juru kif se jiġi l-ġnien b'dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għar-riġenerazzjoni ta’ Ġnien Mark Farrugia, f'Ħal Tarxien, ġie ddisinjat b’mod li jimmassimizza l-ispazju aħdar filwaqt li jimminimizza l-użu ta’ hard landscaping. L-interventi se jinkludu t-tħawwil ta’ aktar siġar u pjanti, l-installazzjoni ta’ bankijiet u faċilitajiet għall-pikniks, sabiex jinħoloq spazju pubbliku aktar attraenti, aċċessibbli u adattat għall-familji. Bħalma jsir fi proġetti oħrajn ta’ riġenerazzjoni, x-xogħlijiet qed jitwettqu f’fażijiet biex jiġi żgurat li kull intervent jitlesta skont l-istandards stabbiliti. Qed inpoġġi pjanta tal-proġett fuq il-Mejda tal-Kamra.

Koperattivi – Lista ta’ koperattivi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet tal-koperattivi kollha rreġistrati bħalissa f’Malta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-koperattivi attivi (i.e. li mhumiex fi stat ta' xoljiment jew stralċjati) kollha li huma rreġistrati f’Malta.

L.S. 350.14 - PBS - Infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1122 u jgħid min fil-PBS hu responsabbli li jinforza u/jew li jiġu infurzati sezzjonijiet 18 u 19 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.