Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-valutazzjoni li saret (jekk saret) tal-impatt finanzjarju fuq l-ekonomija Maltija tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku li seħħ f’pajjiżna mill-1 ta’ Lulju sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3181.
Ħal Tarxien – Proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika – Kumpens lir-residenti/sidien tan-negozji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jingħata xi forma ta’ kumpens lir-residenti u lis-sidien tan-negozji li ġew affettwati mid-dewmien fil-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika u t-toroq tal-madwar f’Ħal Tarxien?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull persuna jew negozju li jqis li ġarrab dannu jew impatt finanzjarju b’riżultat ta’ xogħlijiet infrastrutturali jista’ jressaq talba għal kumpens lill-Infrastructure Malta permezz tal-proċeduri stabbiliti mill-Aġenzija.
Ħal Tarxien – Proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika – Spiża totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa s’issa l-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika u t-toroq tal-madwar f’Ħal Tarxien, u kemm hu stmat li se tkun l-ispiża totali tal-proġett meta jitlesta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1121 u 1620 u jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 18 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2973 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għas-Saħħa – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2972 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2971 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2970 u jgħid f’kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2969 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2968 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu, inklużi dawk impjegati fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, li matul is-sena 2026 kienu qegħdin jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm 166 ħaddiema li jaħdmu permezz ta’ remote working.
Ħarba ta’ żewġ ċittadini Marokkini mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ ċittadini Marokkini, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, li fl-1 ta’ Jannar 2025 ħarbu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li niżlu minn ajruplan tat-Turkish Airlines, instabux jew ġewx arrestati? Jekk iva, jista’ jgħid meta u fejn instabu, u x’passi ttieħdu fil-konfront tagħhom? Jekk le, jista’ jikkonferma jekk għadhomx imfittxija mill-awtoritajiet Maltin u jekk huwiex magħruf jekk għadhomx f’Malta jew jekk ħarġux mill-pajjiż?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Infurmat illi investigazzjoni għadha għaddeja, iżda mhux il-kompitu tiegħi bħala ministru li nkun naf id-dettalji tal-investigazzjoni li jsiru mill-pulizija kif tajt kelma lill-Poplu Malti u lill-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ġodda ta’ residenza lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) matul is-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi huma dawn l-individwi u kemm inħarġu permessi ġodda ta’ residenza lil ċittadini ta’ kull pajjiż?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati tal-PBS, kif ukoll preżentaturi jew produtturi ta’ programmi ta’ ġrajjiet kurrenti mxandra fuq il-PBS, li fl-istess waqt jokkupaw xi kariga jew rwol mal-Gvern, ma’ Ministeru jew Segretarjat Parlamentari, jew ma’ xi bord, kumitat, entità jew aġenzija tal-Gvern, inkluż bħala persons of trust, konsulenti jew advisors? Jekk iva, jista’ jagħti lista ta’ dawn il-persuni, l-irwol tagħhom mal-PBS jew fil-programm rispettiv, u r-rwol jew il-kariga l-oħra li għandhom mal-Gvern jew ma’ entità pubblika?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1122 u 1621 u jgħid min fil-PBS hu responsabbli li jinforza u/jew li jiġu infurzati sezzjonijiet 18 u 19 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Gvern fil-bulettini tal-aħbarijiet tal-PBS u kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Oppożizzjoni f’Ġunju 2026, Lulju 2026, Awwissu 2026 u Settembru 2026? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-politiċi u f’liema dati xxandru?