Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi kollha maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għal billboards, kemm permanenti kif ukoll temporanji, li kienu jew għadhom installati fil-lokalitajiet ta’ Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Fgura u l-Gudja, matul il-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika l-post eżatt ta’ kull billboard, id-data tal-ħruġ tiegħu u l-perjodu ta’ validità?
Response (ATTARD, JONATHAN)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5413, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar toħroġ permessi għal billboards, iżda l-ħruġ ta’ permess mhux neċessarjament ifisser li l-billboard ikun ġie installat. Għaldaqstant, l-Awtorità ma jkollhiex informazzjoni dwar liema mill-billboards koperti minn tali permessi kienu jew għadhom effettivament installati fil-lokalitajiet imsemmija. Rigward liċenzjar tal-operaturi nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim ta’ finanzjament Ewropew għall-proġett tal-Arts and Culture Hub fil-Marsa, li għalih ġew allokati €15-il miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF)? Jista’ jgħid x’inhuma l-miri u d-dati stipulati għat-twettiq tal-proġett?
PBS – Bord Editorjali – Linji gwida u mekkaniżmi interni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5164, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida applikabbli mill-Bord Editorjali tal-PBS u l-mekkaniżmi interni tiegħu li rrefera għalihom fl-istess tweġiba?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Mgħandix xi nżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5164.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3518, fejn intqal li “L-informazzjoni kif mitluba jkun għalhekk jeħtieġ eżerċizzju ta’ verifika individwali dwar il-karigi, ir-rwoli jew l-impjiegi l-oħra ta’ dawn il-persuni, inklużi dawk li mhumiex impjegati tal-PBS.”, ladarba din il-verifika individwali issa saret, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Mgħandix xi nzid mat-tweġiba li tajt lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 3518. Intenni li l-Gvern ma jaqbilx mal-istrateġija li qed taddotta l-Oppożizzjoni kontra professjonisti serji u ta’ fehmiet politiċi differenti, li qed jaqdu dmirhom fit-twassil ta’ informazzjoni bl-aktar mod serju.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2968, 3302, 3496, 4174 u 4747 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2969, 3303, 3497, 4175 u 4746 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 5217.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2970, 3304, 3498, 4176 u 4745 u jgħid f’kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bejn il-21 u s-26 ta’ Settembru 2026 attendejt għall-81 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, flimkien ma’ aktar minn 190 Kap ta’ Stat u ta’ Gvern minn madwar id-dinja.
Matul din iż-żjara komplejna nmexxu ‘l quddiem l-interessi ta’ pajjiżna. Fost l-impenji li kelli, żammejt numru ta’ laqgħat diplomatiċi, ipparteċipajt f’summits u konferenzi internazzjonali, iltqajt ma’ rappreżentanti ta’ kumpaniji internazzjonali ewlenin, kif ukoll żort iċ-Ċentru tal-Maltin f’Astoria, fejn iltqajt mal-komunità Maltija fi New York.
Fl-indirizz tiegħi lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, sħaqt dwar ir-responsabbiltà li għandna bħala mexxejja biex naħdmu favur il-paċi u s-sigurtà fid-dinja, b’referenza partikolari għall-gwerer fl-Ukrajna u f’Gaża. Tkellimt ukoll dwar it-tibdil fil-klima, u l-iżvilupp rapidu tal-intelliġenza artifiċjali u l-isfidi li dan qed joħloq għall-gvernijiet.
Id-delegazzjoni li akkumpanjatni għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti kienet komposta minn 11-il persuna u l-ispiża totali kienet tammonta għal €118,800.39.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2971, 3305, 3499, 4177 u 4744 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, bejn il-21 u s-26 ta’ Settembru 2026 attendejt għall-81 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York.
Matul din iż-żjara komplejna mmexxu ‘l quddiem l-interessi ta’ pajjiżna. Fost l-impenji li kelli, ipparteċipajt u f'xi istanzi mexxejt, f laqgħat mal-
Commonwealth
u numru ta’ laqgħat oħra diplomatiċi kemm multilaterali u bilaterali u konferenzi internazzjonali, kif ukoll żort iċ-Ċentru tal-Maltin f’Astoria, fejn iltqajt mal-komunità Maltija fi New York.
Id-delegazzjoni li akkumpanjatni għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti kienet komposta minn 6 persuni u l-ispiża totali kienet tammonta għal €63,848.94
Ministeru għas-Saħħa – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2972, 3306, 3500, 4178 u 4743 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn il-21 u l-25 ta’ Settembru 2026 attendejt għall-81 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York.
Matul din iż-żjara komplejna mmexxu ‘l quddiem l-interessi ta’ pajjiżna. Fost l-impenji li kelli, ipparteċipajt f’numru ta’ laqgħat diplomatiċi, summits u konferenzi internazzjonali u ltqajt ma’ rappreżentanti ta’ kumpaniji internazzjonali ewlenin, Id-delegazzjoni li akkumpanjatni kienet magħmula minn erba’ persuni: is-Segretarju Permanenti, il-Kap Uffiċjal Mediku, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u membru tal-istaff tiegħi. L-ispiża totali kienet ta’ €63,416.31.
Matul l-istess żjara, żort ukoll il-Mayo Clinic f’Rochester, Minnesota, fejn kont akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti, mill-Kap Uffiċjal Mediku, mill-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Istati Uniti u minn membru tal-istaff tiegħi. Għal iktar dettalji nistieden lill-Onor Interpellant jaqra il-komunitat:
https://departmentofinformation.gov.mt/press-release/2026/pr261546
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2973, 3307, 3501, 4179 u 4742 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bejn il-21 u s-26 ta’ Settembru 2026 attendejt għall-81 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York. Matul din iż-żjara komplejna nmexxu ‘l quddiem l-interessi ta’ pajjiżna. Fost l-impenji li kelli, ipparteċipajt f’numru ta’ laqgħat diplomatiċi, f’summits u konferenzi internazzjonali, kif ukoll ma’ rappreżentanti ta’ kumpaniji internazzjonali ewlenin. Id-delegazzjoni li akkumpanjatni għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti kienet komposta minn żewġ persuni u l-ispiża totali kienet tammonta għal €16,138.26.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-Bord Editorjali tal-PBS humiex obbligati jiddikjaraw xogħol, kuntratti jew interessi oħra ma' stazzjonijiet televiżivi jew organizzazzjonijiet politiċi? Jekk iva, jista' jgħid jekk il-membri attwali għamlux dawn id-dikjarazzjonijiet u jekk saritx evalwazzjoni dwar kunflitti ta' interess potenzjali?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Kif weġibt lill-Onor Interpellant f’istanzi oħra, il-Gvern ma jaqbilx mal-istrateġija li qed taddotta l-Oppożizzjoni fil-konfront ta’ professjonisti serji i qed jaqdu dmirhom. Inżid illi il-Bord Editorjali tal-PBS iwettaq il-ħidma u l-funzjonijiet tiegħu f’konformità mal-politiki u l-linji gwida appplikabbli għall-istazzjon nazzjonali u l-PBS għandu l-mekkaniżmi interni tiegħu sabiex jiżgura li l-operat editorjali jitmexxa b’mod responsabbli u trasparenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jew l-Awtorità tal-Ippjanar ikkummissjonawx jew irċevewx studji dwar id-domanda prevista għas-servizzi ta' kremazzjoni f'Malta u Għawdex? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid jekk dawn ġewx ikkunsidrati fil-proċessi ta' ppjanar relatati mal-faċilitajiet proposti? Jista' jgħid ukoll jekk saritx evalwazzjoni tal-impatt ambjentali kumulattiv tal-faċilitajiet proposti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull applikazzjoni għall-iżvilupp tiġi pproċessata u determinata mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq il-mertu tagħha u skont il-liġijiet, il-policies u l-proċeduri applikabbli. Kwalunkwe deċiżjoni tittieħed wara li jiġu kkunsidrati l-fatti, iċ-ċirkostanzi u d-dokumentazzjoni rilevanti ta' kull applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-billboards temporanji li ttellgħu sabiex jirreklamaw il-Baġit 2027, bħal dak li ttella’ fi Triq Valletta, Raħal Ġdid, għandhomx permess mill-Awtorità tal-Ippjanar skont il-liġi? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-permessi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-billboards temporanji li ttellgħu sabiex jirreklamaw il-Baġit 2027, bħal dak li ttella’ fi Triq Valletta, Raħal Ġdid, għandhomx permess mill-Awtorità tal-Ippjanar skont il-liġi? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-permessi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fil-post indikat mil-Onorevoli Interpellant ma għadx hemm tali billboard.Dan l-billboard kien għal perjodu temporanju u li kellu l-permess kif meħtieġ u li dan kien kompitu tal-fornitur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqiegħdu billboards temporanji sabiex jirreklamaw il-Baġit 2027, bħal dak li ttella’ fi Triq Valletta, Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll fejn twaħħlu dawn il-billboards?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tqiegħdu billboards temporanji sabiex jirreklamaw il-Baġit 2027, bħal dak li ttella’ fi Triq Valletta, Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll fejn twaħħlu dawn il-billboards?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2968, 3302, 3496 u 4174 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2969, 3303, 3497 u 4175 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2970, 3304, 3498 u 4176 u jgħid f’kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?