Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13478 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa — vot rikorrenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għas-sena d-dieħla l-vot rikorrenti tal-Gvern għad-dar tal-anzjani tal-Mellieħa, kumparat ma' din is-sena, se jkun qed jirdoppja?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13479 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa fl-Isptar Boffa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jintnefqu l-€2.8 miljun f'nefqa kapital għall-Isptar Boffa u għaliex se ssir din in-nefqa meta se jinbena ċentru ġdid tal-Onkoloġija fl-Isptar Mater Dei li għalih ġie vvuat biss €1 miljun?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13490 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Xiri tat-tilqim kontra l-virus A H1N1

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li waqa' l-ftehim li sar bejn il-Gvern Malti u dak Olandiz, kif spjegat milll-Prim Ministru fil-Parlament f'seduta 155 tal-4 ta' Novembru 2009 dwar ix-xiri mill-Gvern Malti tat-tilqim kontra l-virus A H1N1?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12513 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuna li taħdem part-time mal-gvern — leave u sick leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuna li tkun qed taħdem fuq bażi part-time mal-Gvern u li taħdem 20 siegħa fil-ġimgħa, hix intitolata għal-leave/sick leave?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Persuna li tkun qed taħdem fuq bażi part-time mal-Gvern u li taħdem 20 siegħa fil-ġimgħa hija ntitolata għal leave u sick leave pro-rata, li jiġi ikkalkulat abbażi tas-siegħat li jaħdmu l-kollegi tagħha li huma full-timers.
Leg 11 PQ #12519 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ftehim mal-Gvern Olandiż — tilqim kontra l-virus A H1N1

Question

Billi fl-aħħar jiem kien rappurtat li l-Gvern Malta laħaq ftiehem mal-Gvern Olandiż dwar it-tilqim kontra l-virus A H1N1, jista' l-Ministru jgħid: a) kemm-il tilqima se tinxtara mill-Gvern Malti? b) meta se jibdew jiġu impurtati l-ewwel tilqim u fuq liema perjodu ta' żmien se jiġu impurtati it-tilqim kontra l-virus A H1N1? ċ) jikkonferma l-Ministru li n-nefqa hi skond kif deher fil-ġurnali (jiġifieri bejn €4 miljun u €5 miljun)?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12520 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegat mal-Gvern — ammont ta' emigration leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk impjegat tal-Gvern jemigra, kemm hu l-emigration leave għal tali impjegat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Uffiċjal pubbliku li jemigra hu intitolat sa massimu ta’ sitt xhur leave, bla ħlas.
Leg 11 PQ #12521 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

dejn mas-suppliers tal-mediċini u surgical equipment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11014 u jgħid kemm kien id-dejn mas-suppliers tal-mediċini u surgical equipment fil-31 ta' Diċembru, 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12513 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuna li taħdem part-time mal-gvern — leave u sick leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuna li tkun qed taħdem fuq bażi part-time mal-Gvern u li taħdem 20 siegħa fil-ġimgħa, hix intitolata għal-leave/sick leave?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12514 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kiri ta' Ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm: a) ambulanzi ġew mikrija mill-Gvern jew mill-Foundation for Medical Services (FMS) fl-aħħar sena? b) għal-liema perjodu kienu mikrija? ċ) l-ambulanzi kienu mikrija inkluż id-drivers u impjegati oħra? d) f'kull każ, kemm kienu l-każijiet kull ġurnata? e) fl-aħħar sena, kemm tħallsu f'kirjiet totalment?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12515 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Sptar tal-onkoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitlesta l-isptar tal-onkoloġija fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid kemm ser jiġi jiswa u jekk hux ser jinbena f'fażijiet differenti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12516 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Zammit Clapp — pjanti għal sptar tal-onkoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il pjanta saret biex jinbidel l-Isptar Zammit Clapp għal sptar tal-onkoloġija? Min kienu l-periti? Kemm-il pjanta tressqet għall-approvazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm tħallsu dawn il-periti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12517 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Sir Paul Boffa — sptar tal-onkoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin, kemm-il pjanta saret biex jiġi estiż is-servizz tal-onkoloġija fl-Isptar Sir Paul Boffa? Min kienu l-periti? Kemm-il pjanta tressqet għall-approvazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm tħallsu dawn il-periti? Sakemm jitlesta l-isptar tal-onkoloġija x'tibdil mistenni jsir fl-Isptar Sir Paul Boffa ħalli jkun assigurat li fl-ebda ħin ma jkun hemm sospensjoni tas-servizz tal-onkoloġija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12518 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Linear Accelerator — servizz ta' radjuterapija

Question

Jista' l-Ministru jassigura lill-poplu Malti u Għawdxi li l-linear accelerator li jipprovdi s-servizz ta' radjuterapija f'każijiet ta' kanċer se jkompli jaħdem b'mod effiċjenti sakemm jitwaħħal wieħed ġdid?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11013 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħlas fuq mediċini u surgical supplies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu xahar b'xahar id-distributors barranin tal-mediċini u surgical suppliers minn Jannar 2008 sa Awwissu 2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11014 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

dejn mas-suppliers tal-mediċini u surgical equipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn mas-suppliers tal-mediċini u surgical equipment fil-31 ta' Diċembru, 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11016 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern rigward l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? Meta se tkun implimentata fuq bażi nazzjonali?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-pjan tal-Gvern hu li jkompli jestendi l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek mill-aktar fis possibli.

Skejjel tal-gvern — evening classes

Question

Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa ħalli mill-aktar fis tara li waqt il-korsijiet tal-evening classes fl-iskejjel tal-Gvern, fit-toilets ikun hemm kontenituri tas-sapun għal minn ikollu bżonn juża dawn il-faċilitajiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kemm id-Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi kif ukoll id-Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja diġà ħadu l-passi neċessarji sabiex fl-iskejjel ikun hemm faċilitajiet adekwati. Barra minn hekk, fis-17 ta’ Settemrbu, id-Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja kellu laqgħa mal- Evening Classes Centre Co-ordinators fejn wieħed mis-suġġetti diskussi kien dwar l-azzjoni li għandha tittieħed f’każ xi persuna suspettata li hi marida, tattendi għal-lezzjonijiet ta’ fil-għaxija.

Persuni li ġew imħarrka fuq sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) Kemm persuni ġew imħarrka b'sewqan bi speed eċċessiv bejn l-1 ta' Jannar 2009 u l-aħħar t'Awwissu 2009? b) Kemm persuni ġew imħarrka għax saqu bil-mod b'periklu għal sewwieqa oħra bejn l-1 ta' Jannar 2009 u l-aħħar t'Awwissu 2009? ċ) Kemm persuni ġew imħarrka għax saqu bil-mod fuq il-karreġjata ta' barra bejn l-1 ta' Jannar 2009 u l-aħħar t'Awwissu 2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:- a) sewqan bi speed eċċessiv 244 b) sewqan perikoluż 262 c) sewqan fil-karreġjata ta' barra 15
Leg 11 PQ #11021 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Distributors tal-mediċini — ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu xahar b'xahar id-distributorslokalment tal-mediċini minn Jannar 2008 sa Awwissu 2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Kontribuzzjonijiet tal-bolol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5268 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fil-31 ta' Diċembru 2008 kemm kien it-total li għadu dovut lid-Dipartiment ta' Sigurtà Soċjali fi ħlasijiet ta' kontribuzzjonijiet tal-bolol min-naħa tas-self employed u min-naħa ta' dawk li jimpjegaw?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammonti dovuti sal- 31 ta’ Diċembru, 2008, f’kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali min-naħa tas-self-employed u dawk li jimpjegaw, huma kif ġej: self-employed (class 2) € 43,683,818 dawk li jimpjegaw (class 1) € 46,094,725