IHC — korsijiet għal-nursing - għalliema mwaqqfa milli jgħallmu
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li għalliema fil-IHC fil-korsijiet li jwasslu għal Diploma in Nursing u għal Degree in Nursing u li ilhom jgħallmu għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena, f'daqqa waħda qalulhom li m'għadhomx tajbin biex jgħallmu? X'inhi r-raġuni? Kemm għalliema ġew imwaqqfa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa bħalissa għaddej minn proċess biex minn Istitut isir Fakultà. Fin-Nursing Division tal-Istitut, hemm għaxar impjegati tad-Dipartiment tas-Saħħa fuq full-time release li jagħtu servizz lill-Istitut. Fid-29 ta’ Marzu 2010, l-Università ta’ Malta ħarġet sejħa (open call) għall-applikazzjonijiet għal Resident Academic posts fin-Nursing u Mental Health Nursing. Mill-għaxar persuni impjegati tad-Dipartiment tas-Saħħa, applikaw sebgħa għall-post u tlieta m’applikawx. Mis-sebgħa li applikaw, erbgħa instabu li kienu addattati għall-post, u lesti li jsegwu Ph.D. degree li hi meħtieġa minn Resident Academics skont il-Ftehim Kollettiv. Dawn il-persuni jibdew l-impjieg tagħhom mal-Università f’Settembru 2010.
Wieħed irid jemfasizza li Resident Academic irid ikollu l-kwalitajiet meħtieġa biex jgħallem u jagħmel riċerka ta’ kalibru internazzjonali. Il-bidla minn Istitut għal Fakultà mhix waħda kosmetika imma qed issir biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-ogħla livelli ta’ tagħlim u riċerka fil-qasam tal-Health Sciences.
Għaldaqstant sitt impjegati mid-Dipartiment tas-Saħħa issa jistgħu jirritornaw għall-impjieg tagħhom full-time mad-Dipartiment tas-Saħħa. Tnejn minn dawn il-persuni għandhom part-time visiting teaching appointments mal-Università.
Uffiċjali intitolati għal karozza mħallsa minn fondi pubbliċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema gradi fiċ-ċivil u fis-settur pubbliku huma intitolati li jkollhom:
a) karozza mħallsa minn fondi pubbliċi;
b) karozza bid-driver imħallsa minn fondi pubbliċi;
ċ) karozza bid-driver biex tmur għalihom id-dar u lura mħallsa minn fondi pubbliċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fis-Servizz Pubbliku dawk li huma ntitolati għal karozza mħallsa minn fondi pubbliċi huma dawk l-uffiċjali indikati f’Tabella A li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Uffiċjali li għandhom dan il-benefiċċju jħallsu t-taxxa fuq din il-fringe benefit.
Fejn meħtieġ, uffiċjali oħra, eżempju Segretarji Permanenti, għandhom dritt li jużaw xufier biex iwassalhom fuq impenji uffiċjali anke wara l-ħin tax-xogħol.
Dwar is-Settur Pubbliku, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li tirrigwardja l-entitajiet tas-Settur Pubbliku li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għadha qed tinġabar. Dwar entitajiet li jaqgħu taħt Ministeri oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeri rispettivi.
Fl-aħħar tnax-il sena, jista' l-Ministru jgħid kemm saru pjanti differenti għall-units tal-onkoloġija:
a) fl-Isptar Mater Dei;
b) fl-Isptar Zammit Clapp;
ċ) fl-Isptar Sir Paul Boffa?
Min kienu l-periti f'kull każ? Kemm tħallsu dawn il-periti f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat ftehim mal-privat biex il-gvern jibgħat pazjenti biex jagħmlu t-test tal-PET Scan? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jippubblika dan il-ftehim?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Ministeru għas-Saħħa, L-Anzjani u l-Kura fil-Komunità iffirma kuntratt ma’ Saint James (Capua) Hospital Limited biex il-Gvern jirreferi pazjenti għall-PET Scans f’dan l-isptar.
Peress li l-kuntratt huwa kopert bi klawsola ta’ kunfidenzjalità, u jinkorpora wkoll klawsoli ta’ natura kummerċjali, l-istess kuntratt ma jistax ikun ippubblikat f’dan il-mument sakemm jinġieb il-permess mill-partijiet konċernati għall-pubblikazzjoni tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Gvern Svizzeru ħareġ parti sostanzjali mix-xiri tal-PET Scan għall-Isptar Mater Dei u mhux il-prezz kollu? Hemm xi kundizzjonijiet marbuta ma' dan il-ftehim?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Ftehim Qafas (Framework Agreement) bejn il-Kunsill Federali Svizzeru u l-Gvern Malti jipprovdi għall-ko-finanzjament Svizzeru sa massimu ta’ 85% u li ma jkunx jaqbeż l-ammont tà 2.79 miljun Frank Svizzeru fuq il-proġett appovat. Il-proġett għax-xiri ta’ PET/CT scanner ġie approvat f’dan l-ambitu.
Il-kundizzjonijiet marbuta ma’ dan il-ftehim huma li tinbagħat kopja tad-dokumenti msemmija hawn taħt lill-Gvern Svizzeru:
1. id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti għandhom jintbagħtu 20 ġurnata qabel jibda l-proċess tal-appalt, għal skop ta’
non objection
;
2. kopja tal-kuntratt għandha tintbagħat fi żmien 20 ġurnata minn meta jiġi ffirmat il-kuntratt, għal skop tà nformazzjoni;
3. kopja tar-rapport tà evalwazzjoni għandha tintbagħat fi żmien 30 ġurnata minn meta jingħata l-kuntratt, għal skop tà nformazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-linear accelerator hux se jitwaħħal fl-Isptar Sir Paul Boffa? Meta hu mistenni li jibda jiffunzjona? Kemm hi stmata l-ispiża infrastrutturali biex jitwaħħal dan il-linear accelerator?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Gvern diġa għamilha ċara li l-Isptar Sir Paul Boffa jrid ikompli jilqa’ l-pazjenti u jservi l-funzjonijiet kollha ta’ sptar nazzjonali tal-onkoloġija u tad-dermatoloġija sakemm jinbena u jinfetaħ iċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija fl-Isptar Mater Dei. Infakkar wkoll lill-Onorevoli nterpellant li għalhekk bħalissa għaddej xogħol ta’ embellishment ġenerali tal-Isptar Boffa li jinkludi titjib fl-ambjent ġenerali ġewwa s-swali għall-ġid tal-pazjenti u tal-familjari tagħhom. Dan il-proġett ta’ embellishment jinkludi xogħlijiet ta’ tkaħħil, tibjid u zebgħa; rranġar ta’ kmamar tal-banju; u għamara ġdida. Dan il-proġett jinkludi wkoll xogħol fuq sala ġdida Palliative Care.
Kif diġa kelli l-okkażżjoni li ngħid, huwa mistenni li wieħed minn tlett
linear accelerators
ġodda li ser jinxtraw wara li ngħalaq b’ suċċess il-proċess ta’ sejħa pubblika, se tiġi stallata ġewwa dan l-Isptar Boffa sabiex tkun eliminata kull possibilità ta’ sospensjoni fis-servizzi ta’ radjuterapija mogħtija lill-pażjenti. Infakkar lill-Onor. nterpellant li l-
linear accelerator
eżistenti li tinsab ġewwa l-Isptar Boffa hemm bżonn li tinbidel sabiex tiġi ntrodotta teknoloġija aktar moderna - u dan ukoll għall-ġid tal-pazjenti li jkollhom bżonn is-servizzi ta’ radjuterapija.
L-ispiża infrastrutturali sabiex tkun tista titwaħħal u titħaddem
linear accelerator
ġdida tkun tista tingħata meta jingħalqu n-negozjati dwar is-soluzzjoni teknika magħżula. Madankollu huwa mistenni li l-
linear accelerator
ġdida tkun fil-post sa l-aħħar ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim tax-xiri tal-apparat mediku bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u INSO? Jista' l-Ministru jgħid jekk apparti dak il-ftehim sal-lum, inxtarax aktar apparat mill-kumpanija INSO bħala żieda mill-apparat miftiehem? X'apparat inxtara u x'kien il-valur imħallas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw infermiera barranin tul din is-sena biex jingħataw impjieg fil-qasam tas-saħħa tal-gvern? X'nazzjonalità huma? Kemm minnhom ġew approvati? Billi l-Professions Act titlob li infermiera mhux ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jistgħu jitolbu jagħmlu test tal-Malti, jista' l-Ministru jgħid jekk it-test tal-Malti hux se jsir u/jew jekk hux se jintalbu li jieħdu lezzjonijiet tal-lingwa Maltija? X'arranġament hemm mill-Gvern Malti ma' dawk l-aġenziji li qed jagħmlu recruitment minn pajjiżi barranin? Min huma dawn l-aġenziji Maltin u/jew barranin li qed jieħdu ħsieb dan ir-recruitment? Kemm tħallsu s'issa jew baqgħalhom jitħallsu dawn l-aġenziji li qed iġibu dawn l-infermiera barranin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġoġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm, kull dipartiment separat, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għandu jagħti lura ħlasijiet liċ-ċittadini Matlin u Għawdxin u lil kumpaniji, industriji eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti infrastrutturali u ta' apparat ta' kura u/jew investigattiv hemm ippjanat għal din is-sena fl-Isptar Sir Paul Boffa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-isptar Boffa irid ikompli jilqa l-pazjenti u jservi l-funzjonijiet kollha ta’ sptar nazzjonali tal-onkoloġija sakemm jinfetaħ iċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei. Sabiex l-Isptar Boffa jinżamm f’ kundizzjoni xierqa, għaddej bħalissa xogħol ta’ embellishment ġenerali. Dan ix-xogħol jinkludi titjib fl-ambjent ġenerali ġewwa s-swali u xogħolijiet ta’ tkaħħil, tibjid u zebgħa; rranġar ta’ kmamar tal-banju; u għamara ġdida. Dan il-proġett se jinkludi wkoll sala ġdida tal-Palliative Care. Ġiet installata sistema ġdida tal-misħun madwar l-isptar kollhu u dan wassal sabiex ġie eliminat l-użu ta’ boiler antik jaħdem biż-żejt; u biex ġiet eliminata kompletament is-sistema antika ta’ pajpijiet tal-ħadid. Ninformal lill-onorevoli interpellant li x-xogħol ġie komplut mingħajr effetti negattivi fuq il-funzjonijiet ta’ l-isptar, kif ukoll mingħajr ebda nkonvenjent għall-pazjenti.
Bħalissa għaddej wkoll xogħol preparatorju fuq il-bini ta’
contingency bunker.
Dan il-
contingency bunker
ser jospita’ waħda mill-
linear accelerators
ġodda li ser tiġi stallata ġewwa dan l-isptar sabiex tkun eliminata kull possibilita’ ta’ sospensjoni fis-servizz ta’ radjuterapija mogħti lill-pażjenti sakemm jinfetaħ iċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei. Il-permessi tal-MEPA għall-
contingency bunker
inħargu u qed jiġi ppjanat li dan ix-xogħol jibda fi żmien qarib.
dekasteru tas-saħħa, anzjani u kura fil-komunità — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm tqabbdu konsulenti (advisors) fid-dekasteru tas-saħħa, anzjani u kura fil-komunità? Jista' f'kull każ ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li sar ma' kull advisor jew kumpanija ta' advisors?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-aħħar sentejn iddaħħlu ħaddiema fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? F'kull każ:
x'kien il-grad tagħhom?
ġewx imħaddma part-time jew full time?
kemm kien il-ħlas tagħhom u x'perkaċċi ingħataw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn kemm kien hemm karozzi mikrija mid-dekasteru tas-saħħa u f'kull każ liema dipartiment uża l-vettura, x'tip ta' karozza, għal liema użu, mingħand min inkrew, għal kemm żmien u kemm kienet tiswa l-kirja fil-ġurnata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn mad-distributuri tal-mediċini u medical/surgical equipment kemm lokali kif ukoll barrani fil-31 ta' Diċembru 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-total ta’ dejn dovut lid-distributuri tal-mediċini u medical/surgical equipment fl-aħħar tas-sena 2009 kien ta’ Ewro 14,983,989.44.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn mad-distributuri tal-mediċini u medical/surgical equipment kemm lokali kif ukoll barranin fil-31 ta' Diċembru 2008?
Jista' l-Ministru jgħid kemm, kull dipartiment separat, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għandu jagħti lura ħlasijiet liċ-ċittadini Matlin u Għawdxin u lil kumpaniji, industriji eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
għajnuna soċjali tal-Kunsill tal-Ewropa biex inbena l-Isptar Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm issellef il-Gvern u/jew il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi mill-fond għal għajnuna soċjali tal-Kunsill tal-Ewropa biex inbena l-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi issellfet mill-fond għal għajnuna soċjali tal-Kunsill ta’ l-Ewropa l-ammont kif jidher hawn taħt:
Council of Europe Social Development Fund - Mater Dei Hospital
Year Of
Year Of
Currency
Amount of
Amount in
Amount in
Issue
Repayment
Loan
MLT
€
1994
2005
$
6,800,000
2,516,332
5,861,477
1997
2007
$
6,400,000
2,478,410
5,773,142
2001
2006
€
17,000,000
6,839,100
17,000,000
2002
2017
€
25,500,000
10,563,380
25,500,000
2003
2018
€
75,500,000
32,196,162
75,500,000
54,593,384
129,634,619
Dipartiment tas-Saħħa — Surgical and medical supplies
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn tad-Dipartiment tas-Saħħa fil-31 ta' Diċembru 2008 mad-distributuri lokali u barranin fil-qasam tas-surgical and medical supplies?