Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' due diligence bejn Maltacom u Tecom qabel ġiet privatizzata l-Maltacom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt tal-bejgħ ta’ 60 fil-mija (60,786,292 istmha) tal-istmha tal-Maltacom li sar bejn il-Gvern ta’ Malta u Emirates International Telecommunication (Malta) Ltd li kien ġie ffirmat fis-17 ta’ Mejju 2006 ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentati fis-Seduta numru 390 nhar it-Tnejn 29 ta’ Mejju, 2006.
Flimkien mal-koppja ta’ dan il-ftehim kienu ġew ukoll ippreżentati numru kbir ta’ dokumenti li huma iddentifikati bħala Paper Laid numru 5061.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19174 u 18995 u 18536 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim tax-xiri tal-apparat mediku bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u INSO? Jista' l-Ministru jgħid jekk apparti dak il-ftehim sal-lum, inxtarax aktar apparat mill-kumpanija INSO bħala żieda mill-apparat miftiehem? X'apparat inxtara u x'kien il-valur imħallas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi imxiet mal-kuntratt tax-xiri ta’ appart mediku.
Ix-xiri li għamel l-Isptar Mater Dei mingħand il-kumpanija INSO qiegħed wkoll jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19318, 19174 u 18995 u 18536 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim tax-xiri tal-apparat mediku bejn l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u INSO? Jista' l-Ministru jgħid jekk apparti dak il-ftehim sal-lum, inxtarax aktar apparat mill-kumpanija INSO bħala żieda mill-apparat miftiehem? X'apparat inxtara u x'kien il-valur imħallas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
xiri ta' prodotti farmaċewtiċi lokalment u minn barra
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tax-xiri ta' prodotti farmaċewtiċi lokalment u minn barra tul il-perjodi:
a) 1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Marzu 2010; u
b) l-1 ta' April 2010 sat-30 ta' Ġunju 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-valur tax-xiri ta’ prodotti farmaċewtici matul il-perjodu indikat huwa kif jidher hawn taħt:
L-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Marzu 2010 - €14,533,799.00
L-1 ta’ April 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2010 - €15,316,485.00
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19173 u 19088 u ċioe: fl-aħħar 12-il sena, jista' l-Ministru jgħid kemm saru pjanti differenti għall-units tal-onkoloġija:
a) fl-Isptar Mater Dei;
b) fl-Isptar Zammit Clapp;
ċ) fl-Isptar Sir Paul Boffa?
Min kienu l-periti f'kull każ? Kemm tħallsu dawn il-periti f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fis-sena 2005 kienu saru żewġ pjanti preliminari differenti għall-units ta’ radjuterapija ġewwa l-Isptar Mater Dei. Dawn kienu jkopru żewġ opzjonijiet għal unit ta’ radjuterapija li tesa’ 24 sodda. Dan ix-xogħol sar bħala parti mill-kuntratt Design & Build li kellhom Skanska Malta Joint Venture (SMJV) mal-Gvern ta’ Malta. Il-mod ta’ kif ġew żviluppati id-disinji kien juri biċ-ċar li dan il-unit ma kienx adegwat biex iservi bħala ċentru speċjaliżżat tal-onkoloġija minn fejn setgħu jingħataw is-servizzi ta’ kura għall-forom kollha ta’ kanċer u fl-istess ħin tintlaħaq id-domanda għas-servizzi kollha meħtieġa.
Sussegwentement saru sett pjanti għall-unit ta’ radjuterajipa fl-Isptar Zammit Clapp. Dawn il-pjanti saru mill-Perit Valerio Schembri fuq talba tad-Diviżjoni tas-Saħħa. Dawn il-pjanti wkoll kienu juru li ċ-ċentru kif propost ma kienx adegwat għall-funzjoni sħiħa ta’ ċentru tal-onkoloġija. Id-Diviżjoni tas-Saħħa għandha f’idejha xi kontijiet pendenti. Iżda peress li dawn għadhom qed jiġu kuntestati, m’huwiex opportun li jingħataw dettalji dwar l-ammonti involuti.
Ma saru l-ebda pjanti għal unit tal-onkoloġija fl-Isptar Boffa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19174 u 18995 u 18536 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim tax-xiri tal-apparat mediku bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u INSO? Jista' l-Ministru jgħid jekk apparti dak il-ftehim sal-lum, inxtarax aktar apparat mill-kumpanija INSO bħala żieda mill-apparat miftiehem? X'apparat inxtara u x'kien il-valur imħallas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19176 u 19085 u jassigura li infermiera barranin li se jiġu impjegati ma jkollhom l-ebda kuntratt jew ftehim ma' aġenziji li jekk ikunu impjegati jkunu jridu jagħmlu xi ħlas lil dawn l-aġenziji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ministeru m’għandu l-ebda arranġament ma’ l-ebda aġenzija li l-infermiera barranin li se jigu mpjegati jkollhom jaghmlu xi ħlas. Għaldaqstant infermiera barranin li huma reġistrati Malta u li applikaw għal postijiet vakanti sat-30 ta’ Ġunju, 2010, huma kollha applikanti diretti għaldaqshekk jagħrfu lill-Ministeru biss bħhala dak li qed jimpjegahom.
ħlas lill-importaturi u distributui lokali u barranin għall-prodotti farmaċewtiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li tħallas lill-importaturi u distributuri lokali u barranin għall-prodotti farmaċewtiċi tul il-perjodu:
a) 1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Marzu 2010 u
b) 1 ta' April 2010 sat-30 ta' Ġunju 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-ammonti li tħallsu lill-importaturi u distributuri lokali u barranin għall-prodotti farmaċewtiċi tul il-perjodi l-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Marzu 2010 u l-1 ta’ April 2010 sal 30 ta’ Gunju 2010 kienu ta’ €14,703,159.00 u €16,071,293.00 rispettivament.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19088 u ċioe: fl-aħħar 12-il sena, jista' l-Ministru jgħid kemm saru pjanti differenti għall-units tal-onkoloġija:
a) fl-Isptar Mater Dei;
b) fl-Isptar Zammit Clapp;
ċ) fl-Isptar Sir Paul Boffa?
Min kienu l-periti f'kull każ? Kemm tħallsu dawn il-periti f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18995 u 18536 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim tax-xiri tal-apparat mediku bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u INSO? Jista' l-Ministru jgħid jekk apparti dak il-ftehim sal-lum, inxtarax aktar apparat mill-kumpanija INSO bħala żieda mill-apparat miftiehem? X'apparat inxtara u x'kien il-valur imħallas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19084 u jgħid mill-elezzjoni tal-2008 sal-lum, kemm-il darba ġrat ħsara lil-linear accelerator? F'kull każ, kemm dam wieqaf is-servizz ta' radjuterapija fil-kura tal-kanċer fl-Isptar Sir Paul Boffa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19085 u jassigura li infermiera barranin li se jiġu impjegati ma jkollhom l-ebda kuntratt jew ftehim ma' aġenziji li jekk ikunu impjegati jkunu jridu jagħmlu xi ħlas lil dawn l-aġenziji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Kuntratti mogħtija lil kumpaniji li jkunu kisru l-liġi tax-xogħol
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex il-policy tal-gvern tiegħu li jingħataw kuntratti wkoll lill-kumpaniji li jkunu nstabu ħatja li kisru l-liġi tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-liġi tax-xogħol tinkludi numru kbir ta’ provvedimenti. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun speċifiku għal x’hiex qed jirreferi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħatra ta' headship minn wara l-elezzjoni tal-2008, kemm fis-servizz ċivili kif ukoll fis-settur pubbliku, ma ġietx imġedda lill-persuni li kienu jokkupawha u x'kienet ir-raġuni għal kull waħda? Il-ħatra per se imtliet jew tħalliet vojta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn total ta’ mija tlieta u erbgħin (143) pożizzjoni, kien hemm disa’ (9) pożizzjonijiet fejn il-persuna li kienet tokkupa l-kariga ma reġgħetx ġiet maħtura. Minn dawn kien hemm:-
a) pożizzjoni waħda fejn l-uffiċjal fil-kariga ġie nominat għall-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali u ħadd ma ġie appuntat floku;
b) erba’ pożizzjonijiet fejn ħadd ma ġie nominat għall-kariga;
c) pożizzjoni waħda fejn il-kandidat m’applikax għall-post u ħadd ma ġie appuntat floku;
d) pożizzjoni waħda fejn il-kandidat m’applikax għall-post u uffiċjal ieħor ġie appuntat floku;
e) pożizzjoni waħda fejn uffiċjal inħatar minflok dak li kien hemm fil-kariga; u
f) pożizzjoni waħda fejn l-uffiċjal m’applikax għax wasal biex jirtira u nħatar uffiċjal ieħor minfloku.
Għar-rigward tal-ħatriet fuq imsemmija, infakkar li f’dan il-livell dawn isiru billi jiġi identifikat l-aktar persuna idonea għall-pożizzjonijiet partikolari.
Course for Training in Logistics and Supply Chain Principles
Question
Rigward il-call for quotes - 132/09 Course for Training in Logistics and Supply Chain principles jista' l-Ministru jgħid:
i) Min ittenderja?
ii) Min rebaħ il-kuntratt?
iii) Kemm kienu l-quotations f'kull każ?
iv) X'kienet ir-raġuni li dawk li ttenderjaw ma ġewx avżati bl-eżitu wara li ntrebaħ il-kuntratt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-call for quotes - 132/09 Course for Training in Logistics and Supply Chain principles saret fuq bażi ta’ kwotazzjoniet li kienu ġew ippublikati uffiċjalment fuq l-internet fuq is-sit elettroniku http://www.sahha.gov.mt/ Healthcare Entities - Mater Dei Hospital, Purchasing Department skont ir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi. Għal din is-sejħa ikkwotaw żewġ kuntratturi li d-detalji tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kuntratt ġie mirbuħ mis-Sur Andrew Saliba.
Peress li din is-seħja saret fuq bazi ta’ kwotazzjonijiet, u billi il-valur ma eċċediex is-sitt elef Ewro (VAT ezkluż), il-Gvern mhux marbut li jgħarraf lill-kwotanti bl-eżitu tar-riżultat. Bħala korteżija, u anki biex tul il-proċess kollu jkun hemm it-trasparenza, id-Dipartiment tal-Purchasing ta’ Mater Dei jippubblika l-iskema tal-prezzijiet fuq in-
notice board
, u meta ssir xi talba jipprovdi informazzjoni fuq min rebah ix-xogħol jew servizz, u b’liema prezz.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18536 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim tax-xiri tal-apparat mediku bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u INSO? Jista' l-Ministru jgħid jekk apparti dak il-ftehim sal-lum, inxtarax aktar apparat mill-kumpanija INSO bħala żieda mill-apparat miftiehem? X'apparat inxtara u x'kien il-valur imħallas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-2008 sal-lum, kemm-il darba ġrat ħsara lil-linear accelerator? F'kull każ, kemm dam wieqaf is-servizz ta' radjuterapija fil-kura tal-kanċer fl-Isptar Sir Paul Boffa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jassigura li infermiera barranin li se jiġu impjegati ma jkollhom l-ebda kuntratt jew ftehim ma' aġenziji li jekk ikunu impjegati jkunu jridu jagħmlu xi ħlas lil dawn l-aġenziji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.