Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-bunker li fl-aħħar xhur inbena fl-Isptar Paul Boffa ħalli jitpoġġa fih il-linear accelerator?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kumpless tal-bunker il-ġdid, li jinkludi mhux biss il-bunker imma wkoll numru ta’ faċilitajiet oħra ġodda għall-pazjenti li jużaw is-servizz ta’ radjuterapija ġewwa l-Isptar Sir Paul Boffa ġie jiswa €1.17 miljun.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Below the line account
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Below the line account
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji mitluba jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Below the line account
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Billi f'rapport ta' ġurnal lokali tal-4 ta' April 2011, il-ġurnalista kkonkludiet ir-rapport tagħha, dwar l-introduzzjoni ta' kura forma ta' pillola Gilenya minflok l-injection li qed tingħata għall-kura ta' pazjent bil-kundizzjoni tal-Multiple Sclerosis billi stqarret li: "The Health Ministry has so far been unable to confirm whether the new treatment, like the injections, will be available free for patients locally, saying an application for inclusion had to be submitted by the Marketing Authorisation Holder, adding that it would then undergo a health technology assessment", jista' l-Ministru jgħid jekk din il-pillola hijiex diġà approvata mill-EMEA? Saret applikazzjoni mill-Marketing Authorisation Holder, u jekk fl-affermattiv meta saret? F'liema stadju waslet din l-applikazzjoni u meta hu mistenni li din il-pillola, Gilenya, tidħol fil-lista ta' kura b'xejn lill-pazjenti taħt l-iskema tas-Schedule V?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Gilenya® hija mediċina li fiha s-sustanza attiva fingolimod, jintuża fil-kura ta’ adulti bl-isklerożi multipla attiva ħafna. Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Gilenya lil Novartis Europharm Ltd fis-17 ta’ Marzu 2011. L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq hija valida għal ħames snin, u wara tista’ tiġġedded.
L-applikazzjoni mingħand id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni tal-Manifattura Responsabbli saret fid- 29 ta’ Marzu 2011 u din qiegħda pendenti sakemm issir l-analiżi dettaljata tal-mediċina. Hu ppjanat li jista’ jkun hemm deċiżjoni mill-Kumitat Konsultattiv tal-Formularju tal-Gvern iktar il-quddiem din is-sena wara li tkun saret l-analiżi.
Billi fid-diskors għall-Budget 2010 kien tħabbar li tul l-2010 kienu vvutati €3 miljun għal mediċini innovvativi, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-mediċini innovattivi introdotti? Kemm intnefqu fuq kull mediċina? Kemm pazjenti ngħataw din il-kura? Kemm kien il-valur ta' kull waħda minn dawn il-mediċini li ġew użati matul l-2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-lista hawn taħt turi s-sittax-il mediċina innovattiva differenti li ġew approvati mill-Kumitat Konsultattiv tal-Formularju tal-Gvern matul is-sena 2010, u n-numru ta’ pazjenti li ngħataw il-kura relattiva. L-informazzjni dwar il-valur tal-mediċini għadha qed tinġabar, u tingħata f’xi seduta oħra.
Mediċina approvata
Numru ta’ pazjenti
Deferasirox (Pilloli, 250mg u 500mg)
16
Ertapenem (Trab għal soluzzjoni għall-infużjoni, 1g)
75
Trabectedin (Trab għal soluzzjoni għall-infużjoni, 0.25mg u 1mg)
8
Lanthanum (Pillola li tomgħodha, 750mg)
30
Rasagiline (Pilloli, 1mg)
10
Clopidogrel (Pilloli, 75mg)
1,000
Natalizumab (Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni)
10
Recombinant Factor VII
8
Recombinant Factor VIII
11-15
Recombinant Factor IX
3
Rasburicase (Infużjoni fil-vini)
8
Pemetrexed (Trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni)
76
Pregabalin (Kapsuli, 150mg)
40
Testosterone Undecanoate (Injezzjoni)
70
Aprepitant (Kapsuli, 80mg u 125mg)
10
Ripseridone Depot (Injezzjoni)
150
Total
1,529
Jista' l-Ministru jgħid, fl-aħħar sena, liema funtani pubbliċi tal-ilma madwar Malta u Għawdex ġew ittestjati għall-kwalità tal-ilma u jekk kienx hemm xi mikrobi fl-ilma jew fis-sistema tal-ilma? Liema funtani ġew ittestjati? Meta sar it-test? X'kien ir-riżultat ta' dawn it-testijiet? Fejn kien jinħass il-każ, x'passi ttieħdu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li preżentament id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali m’għandu l-ebda liġi li tirregola il-kontroll ta’ funtani f’postijiet pubbliċi. In vista ta’ dan ma jsiru l-ebda kontrolli fuq l-ilma minn dawn il-funtani.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn mad-distributuri lokali u barranin fl-aħħar tas-snin 2008, 2009 u 2010 għal prodotti farmaċewtiċi u surgical supplies?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ammont ta’ kredituri kemm lokali kif ukoll barranin għal prodotti farmaċewtiċi u surgical supplies fl-aħħar tas-snin imsemmija kien kif jidher hawn taħt:
Kredituri sal-aħħar ta’ Diċembru 2008
Kredituri sal-aħħar ta’ Diċembru 2009
Kredituri sal-aħħar ta’ Diċembru 2010
€39,670,881
€14,983,989
€13,585,508
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-frekwenzi li bħalissa huma f'idejn il-Public Broadcasting Services, One TV, Net TV u Smash TV u li mistenni jiġu ritornati fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skond ir-Rakmandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/848/KE (Rakmandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 li tiffacilita l-liberazzjoni tad-dividend diġitali fl-Unjoni Ewropea), Stati Membri għandhom jieqfu jużaw teknoloġija ta’ trazmissjoni televizivi analogue fit-territorju tagħhom sal-1 ta’ Jannar 2012. Għaldaqstant l-istazzjoniet li jxandru fuq frekwenzi b’mod analogue iridu jaqilbu għal sistemi diġitali.
F’ambitu internazzjonali, il-frekwenzi li bħalissa huma lliċenzjati lill-Public Broadcasting Services, One TV, Net TV u Smash TV għal trazmissjonijiet
analogue
huma regolati bit-Trattat internazzjonali tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), imsejjaħ bħala il-
Geneva 2006 Agreement
. Skont dan it-trattat, dawn il-frekwenzi jistgħu jintużaw minn Malta għal trasmissjonijiet li jużaw teknologija
analogue
. Għal trasmissjoniet b’mod diġitali, dan it-trattat jalloka lista ta’ frekwenzi oħra lill-pajjizi, liema lista ġiet imqassma bejn il-pajjizi fuq il-prinċipju ta’ aċċess ekwu għall-frekwenzi bejn ir-reġjuni ġirien. Trasmissjonijiet diġitali fuq il-frekwenzi li llum tuża Malta b’mod
analogue
m’huwiex possibbli mingħajr proċess ta’ koordinazzjoni ma pajjizi ġirien. Għal daqstant mat-tifi ta’ xandiriet
analogue
, dawn il-frekwenzi ma’ jistgħux jintużaw iżjed.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' MRSA (methicillin-resistant staphylococcus aureus) minn Novembru 2010 sal-lum?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-dijanjożi ta’ każ ta’ MRSA isir biss permezz ta’ test fil-laboratorju. Matul il-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien hemm 253 test pożittiv ta’ MRSA.
Jista' l-Ministru jgħid ġurnata b'ġurnata fl-aħħar tliet xhur kemm kien hemm pazjenti li meta ġew ammessi fl-Isptar Mater Dei ma kellhomx sodda fis-swali identifikati normalment biex jintużaw għal in patients?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjenti kollha li jiddaħħlu fl-Isptar Mater Dei dejjem jingħataw sodda. Jista’ jagħti l-każ li jkun hemm xi dewmien biex pazjenti jiġu akkomodati b’sodda, sakemm ikun hemm pazjeni oħra li jiġu liċenzjati mill-isptar u għalhekk ikun hemm differenza bejn x’ħin jidħlu l-pazjenti u x’ħin joħorġu, però l-pazjenti dejjem ingħataw sodda u din dejjem ġiet provduta irrispettivament miċ-ċirkostanzi.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti ma' diversi kumpaniji li qed joffru servizz ta' riżorsi umani fi gradi differenti fid-dekasteru tas-saħħa u li fil-preżent tali kuntratti huma in vigore?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa qed isir eżerċizzju biex jiġi determinat jekk fl-istess kuntratti hemmx confidentiality clause.
Għalhekk dawn il-kuntratti ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra illum iżda se jitpoġġew meta dan l-eżerċizzju ikun lest.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jitħaddem il-linear accelerator il-ġdid fi Sptar Boffa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li x-xogħol ta’ kostruzzjoni tal-bunker li se jospita ġewwa fih il-Linear Accelerator il-ġdida issa huwa lest.
Infurmat wkoll li l-proċess ta’ stallazzjoni tal-Linear Accelerator il-ġdida diġa beda u mistenni jkun lest sal-11 ta’ April 2011. Wara jingħata bidu għal-‘Clinical Commissioning.’
pazjenti li qed jaħdmu fl-iskema offruta fl-Isptar Monte Carmeli
Question
Jiseta' l-Ministru jgħid kemm mill-pazjenti li qed jaħdmu fl-iskema offruta fl-Isptar Monte Carmeli, ilhom fl-iskema:
i) inqas minn sena
ii) bejn sena u sentejn
iii) bejn sentejn u tliet snin
iv) bejn tlieta u erbgħa snin
v) aktar minn erbgħa snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ pazjenti li qed jaħdmu fl-iskema offruta fl-isptar Monte Karmeli huwa kif indikat hawn taħt:
i. Inqas minn sena – 6 pazjenti
ii. Bejn sena u sentejn – 2 pazjenti
iii. Bejn sentejn u tliet snin – 2 pazjenti
iv. Bejn tlieta u erba’ snin – 7 pazjenti
v. Aktar minn erba’ snin – 14-il pazjent
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji ta' online gaming reġistrati f'Malta? Kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin? Kemm iħaddmu persuni magħhom? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma Maltin u kemm huma barranin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Jannar 2011, kien hemm 262 kumpanija tar-remote gaming. Dawn il-kumpaniji għandhom total ta’ 388 liċenzja mal-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob. Il-kumpaniji kollha huma reġistrati Malta. B’kollox dawn il-kumpaniji iħaddmu 3,808 persuna u minn dawn il-ħaddiema 1,028 huma Maltin u 2,780 huma barranin.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sena kemm speċjalisti spiċċaw minn mal-Gvern bl-età? Min kienu? Liema speċjalisti ġew offruti xi forma ta' tiġdid ta' impjieg?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.