Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — Triq il-Pwales - xogħljiet fit-triq

Question

Billi Triq il-Pwales, San Pawl il-Baħar meta jagħmel maltemp kbir tegħreq, inkluż id-djar f'din it-triq, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji biex meta jkun maltemp kbir din it-triq ma tkomplix tegħreq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dar tal-Anzjani tal-Mosta — liftijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm liftijiet fid-dar tal-anzjani tal-gvern tal-Mosta? Jista' jgħid kull wieħed minnhom meta ma kienx qed jiffunzjona mill-ewwel ta' din is-sena sal-lum?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Smart City — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29427 u jgħid kemm kienet s'issa n-nefqa min-naħa tal-gvern, minn korporazzjonijiet u awtoritajiet tiegħu biex żamm mal-obbligi tiegħu skont il-kuntratt li ffirma meta twaqqfet Smart City? Fiex intnefqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li in-nefqa min-naħa tal-Gvern skont il-kuntratt li ffirma meta twaqqfet Smart City kienet ta’ € 5,823,433.5, liema ammont huwa self bankarju li MGTIL ħadet biex tkun tista tħallas l-esproprazzjoni ta’ art li nkriet lil SCM. Minn naħa ta’ l-MIP intefqu € 7,930,066 fuq spejjeż ta’ rilokazzjoni u hemm € 55,000 pendenti lil kumpaniji li talbu kumpens għal telf ta’ negozju li sofrew. In-nefqa min-naħa tal-Enemalta u l-Water Services Corporation fiż-żona magħrufa bħala Smart City Malta hija relatata mal-iżvilupp infratrutturali neċessarju biex ikunu jistgħu jipprovdu is-servizzi tagħhom. F’dan ir-rigward, dawn il-korporazzjonijiet ma daħlu fl-ebda spiża addizzjonali minħabba SCM, imma l-investiment sar fuq espansjoni tal-infrastruttura tagħhom biex ikunu jistgħu jipprovdu is-servizzi relatati fuq il-prodotti u servizzi rispettivi li joffru; li huma l-ilma u l-elettriku. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-gvern jirċievi kull sena mingħand il-kumpanija l-ħlas taċ-ċens liema ċens jiżdied matul il-konċessjoni sabiex matul id-99 sena tal-konċessjoni ikun rċeva total ta’ € 9.922 miljun. Apparti minn hekk il-Gvern għandu wkoll sehem ta 9% mill-ekwità tal-kumpanija biex jirrifletti l-investiment tal-gvern li pprovda l-art, liema sehem ma jistax jitneħħa jew ikun imnaqqas sakemm jitlesta proġett.
Leg 11 PQ #29769 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — sewage plant hdejn smart city

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma twaqqa' s-sewage plant fl-area fejn qed isir xogħol minn Smart City?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar irċeviet l-applikazzjoni bin-numru PA 4109/10 li ġiet validata fil-11 ta' Novembru 2010. Din l-applikazzjoni tirrigwardja t-twaqqiegħ tal-pumping station ta' Ricasoli.
Leg 11 PQ #29770 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjoni għall-uffiċini fi Smart City

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinbena l-ewwel blokk ta' uffiċini fi Smart City?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ewwel applikazzjoni ġewwa Smart City biex jinbena blokk ta' uffiċċini, iġġib n-numru PA 3074/08 u ġiet validata fis-17 ta' Ġunju 2008.

Smart City — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet s'issa n-nefqa min-naħa tal-gvern, minn korporazzjonijiet u awtoritajiet tiegħu biex żamm mal-obbligi tiegħu skont il-kuntratt li ffirma meta twaqqfet Smart City? Fiex intnefqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — below the line account

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28919, u b'referenza għat-tweġibiet parlamentari li taw il-maġġoranza tal-Ministri kollegi tiegħu għall-istess mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28919 u jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw il-fondi li qegħdin fil-below the line account?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Below the Line account

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28920, u b'referenza għat-tweġibiet parlamentari li taw il-maġġoranza tal-Ministri kollegi tiegħu għall-istess mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28920 u jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li kemm din il-mistoqsija paralamentari tiegħu, kif ukoll numru 28920 li qed jirreferi għaliha, jitkellmu fis-singular għal below the line account u mhux fil-plural. Peress li jsir użu min-numru ta’ below the line accounts kont kostrett nitlob għal kjarifika. Madankollu ninfurmah li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni tal-Below the Line Accounts kollha li jikkonċernaw dan il-Ministeru.

Frekwenzi analogue għal frekwenzi diġitali

Question

Billi l-istazzjonijiet tal-televizjoni f'Malta li kienu jittrasmettu s-sistema analogue qed jintalbu biex sal-aħħar t'Ottubru 2011 ma jibqgħux ixandru fuq il-frekwenzi li għandhom bħalissa u li huma mistennija jgħaddu dawn il-frekwenzi lill-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-istazzjonijiet tat-televiżjoni Maltin hux se jingħataw kumpens talli qed jilliberizzaw il-frekwenzi li se jkunu qed jintużaw għal skopijiet oħra mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta u biex jagħmlu tajjeb għal spejjeż oħra li kellhom jidħlu għalihom dawn l-istazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mhux se jingħata l-ebda kumpens biex jintfew it-trasmissionijiet minn fuq dawn il-frequenzi. Ta' min jinnota li meta l-kumpaniji kienu ngħataw il-liċenzji biex ixandru dawn ma kenux mitluba biex jagħmlu xi pagamenti addizzjonali biex jużaw il-frekwenzi. Tant hu hekk li llum stazzjon li kellu frekwenza analogue kif ukoll dawk li jxandru lokalment imma fuq pjattaforma kummerċjali jħallsu l-istess ammont lill-Awtorità tax-Xandir għal-liċenzja. Ta’ min ukoll jinnota li l-użu ta’ dawn il-frekwenzi analogue jifformaw parti minn liċenzja li it-terminu tagħha jgħalaq fl-aħħar ta’ Ottubru 2011. Għaldaqstant hu meqjus li m’hemmx lok għal kumpens f’dawn iċ-ċirkustanzi.

Sptar Monte Carmli — emergency lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw emergency lights għall-Isptar Monte Carmeli? Kemm ġew jiswew? X'kienet il-proċedura użata biex inxtraw? Minn fejn inxtraw?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul l-2011 l-Isptar Monte Karmeli xtara 155 emergency lights. Dawn ġew jiswew €22.50 il waħda għal total ta’ €3487.50. Il-proċedura tax-xiri kienet fuq bażi ta’ quotations kif permess bir-regolamenti applikabbli u nxtraw mingħand SGT Ltd.

Sptar Monte Carmeli — kiri ta' ġeneratur tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar erba' snin, sena b'sena, kemm swiet il-kirja ta' ġeneratur tad-dawl biex jintuża fl-Isptar Monte Carmeli fl-okkażjoni tal-ħaddiem tas-sena u minn fejn inkera kull darba?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Isptar Monte Karmeli għandu ftehim ma’ Twilight Sound Systems sabiex jipprovdi l-generator għall-okkazjoni madankollu l-isptar iħallas biss jekk dan jintuża. S’issa dan qatt ma ntuża u għaldaqstant l-isptar qatt ma kellu għalfejn iħallas xejn għal dan il-generator.

Sptar Monte Carmeli — ġeneratur tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi stallat il-ġeneratur tad-dawl fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità ippubblika sejħa għall-offerti għal ġeneratur tad-dawl fl-Isptar Monte Carmeli u t-tali sejħa għall-offerti biex jinxtraw l-ewwel grupp ta’ ġeneraturi qed tiġi aġġudikata.

Dipartiment tas-Saħħa — impjegati - buying of service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq bażi buying of service fl-aħħar erba' snin fid-Dipartiment tas-Saħħa? Fejn huma impjegati? Kemm għandhom età? Kemm ilhom impjegati? X'inhu l-job description tagħhom? Min approva tali impjieg?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara xi jrid ifisser bit-terminoloġija buying of service.

Sptar Monte Carmeli — impjegati bil-kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar tliet snin, l-impjegati mħaddma bil-kuntratt fl-Isptar Monte Carmeli humiex impjegati tal-FMS jew humiex impjegati mid-Dipartiment tas-Saħħa jew b'xi mod ieħor? Kemm ġew impjegati persuni b'din is-sistema? X'kien il-grad tagħhom u f'kull każ, għal liema perjodu ta' żmien kien il-kuntratt, u jekk kien imġedded kemm-il darba ġie mġedded u għal kemm żmien? Min awtorizza dawn l-impjiegi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Below the line account

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal-liema below the line account qed jirreferi.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Below the line account

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Below the line account

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Below the line account

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Below the line account

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tagħha? Tista tgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #28924 Sitting 394 2011-10-18 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Below the line account

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tagħha? Tista tgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.