Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — tenders jew direct orders għal road markings u traffic signs

Question

Bejn l-1 ta' Jannar 2010 u l-aħħar ta' Ottubru 2011, jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-kumpaniji li ħadu kuntratti wara tenders jew b'mod dirett minn Transport Malta għal road markingsu traffic signs? F'kull każ: a) kull kumpanija kemm ħadu kuntratti; b) kemm kien il-valur ta' kull kuntratt; u ċ) x'kienet id-data li fiha ingħataw il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sptar tal-Onkoloġija — tlestija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-Isptar tal-Onkoloġija se jkun inbena u tlesta kompletament? Kemm hi stmata l-ispiża totali biex l-isptar tal-Onkoloġija jitlesta fit-totalità tiegħu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li huwa maħsub li ċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei jkun kompletament lest sal-aħħar tas-sena 2013. Dan ifisser li ċertu servizzi jistgħu jkunu qegħdin jaħdmu qabel din id-data. L-ispiża għal dan l-isptar se tkun €59.6 miljun, ko-finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropeja.

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet tal-għajnejn - telfien tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti mill-1 ta' Jannar 2011 sal-lum li saritilhom operazzjoni jew interventi f'għajnejhom fl-Isptar Mater Dei u spiċċaw tilfu d-dawl minn dik l-għajn? Jista' jispeċifika liema kienu dawk l-interventi li fl-aħħar wasslu għat-telfien tad-dawl tal-għajn? X'investigazzjonijiet saru?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li din l-informazzjoni ma tinżammx. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi informazzjoni dwar xi każ partikolari li jixtieq jgħaddilna, tkun tista’ ssir il-verifika neċessarja.

Awtorità għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur — kirja tal-binja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tħallas kirja l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur għall-binjiet li qed tagħmel użu minnhom? Minn meta twaqqfet l-Awtorità kemm kienet in-nefqa s'issa għal refurbishing u għamara fil-binjiet li qed tagħmel użu minnhom?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28393.

MEPA — awtorizzazzjoni biex titwaqqa pompa tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li tinqata' s-saga biex toħroġ l-awtorizzazzjoni mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex titwaqqa' l-pompa tad-drenaġġ ta' Ricasoli?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-awtorità qiegħda tistenna xi informazzjoni mingħand l-applikant sabiex tkun tista’ tkompli tipproċessa din l-applikazzjoni.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu kemm, matul Jannar 2012, inkrew karozzi? Kemm kienet il-kirja ta' kull karozza u għal kemm żmien kienet il-kirja? Il-kirja kienet tinkludi wkoll driver?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Transport Malta — road markings u traffic signs

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli fi Transport Malta li jara li x-xogħol li jkun sar rigward road markings u traffic signs ikun sar fuq linji gwida internazzjonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — below the line account

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28919, u b'referenza għat-tweġibiet parlamentari li taw il-maġġoranza tal-Ministri kollegi tiegħu għall-istess mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28919 u jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kif qed jintużaw il-fondi li qegħdin fil-below the line account?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

operazzjonijiet tal-kataretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' liema klinċi privati sar kuntratt biex jsiru operazzjonijiet tal-kataretti? Fuq liema bażi ntagħżlu? Kull klinika, kemm hi obbligata li tagħmel operazzjonijiet fl-ewwel sena? L-2,500 operazzjoni li huma mistennija li jsiru fl-ewwel sena, kemm se tkun l-ispiża totali biex isiru?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kuntratt biex isiru operazzjonijiet tal-katarretti saru mas-St. James Capua u St. Anne’s Clinic. Dawn intagħzlu fuq bażi ta’ “Expression of Interest”. Is-St. James Capua huma obbligati li jaghmlu 1,500 operazzjoni filwaqt li St. Anne’s Clinic huma obligati li jagħmlu 1,000 operazzjonijiet fis-sena. L-ispiża għall-2,500 operazzjoni li mistennija jsiru fl-ewwel sena ser tkun tiswa sitt mija u tnejn u sittin elf u ħames mitt Ewro (€662,500.00).

Care workers li jaħdmu sptarijiet — tilqima għall-Hepatitis B

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk care workers li jaħdmu fl-isptarijiet humiex rakkmandati li jiġu mlaqqma għall-Hepatitis B? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid hux se tingħatalhom mill-gvern, mill-kuntrattur jew hux se titħallas mill-impjegati nfushom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li huwa irrikkmandat li l-istaff li jaħdmu fl-isptarijiet jiġu mlaqqma’ għall-Hepatitis B. It-tilqima dejjem tingħata b’xejn lill-istaff, inklużi care workers, kemm dawk impjegati mill-gvern u anke dawk impjegati minn kuntratturi. Fil-każ ta’ care workers impjegati minn kuntrattur, it-tilqim jitħallas mill-kuntrattur u mhux mill-care worker.

Sptar Mater Dei — apparat biex isir EEG 24 siegħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Isptar Mater Dei hemmx apparat biex isir EEG 24 siegħa? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li pazjenti li għandhom bżonn EEG 24 siegħa qed jintbagħtu l-Ingilterra ħalli ssirilhom l-investigazzjoni neċessarja?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-magna tal-Video-EEG Long Term Monitoring tinsab istallata fin-Neuromedical Ward fl-Isptar Mater Dei. sabiex tkun tista’ tintuża. Għad hemm bżonn ta’ faċilitajiet speċifiċi min-naħa tat-Teknoloġija tal-Informatika. Dawn huma fil-proċess li jiġu implimentati. Sakemm is-sistema tkun tista’ taħdem, pazjenti li għandom bżonn ta’ dan it-test qed ikunu riferuti barra.

Dar tal-Anzjani tal-Mosta — liftijiet

Question

Billi l-mistoqsijiet parlamentari 30337 u 30509 għadhom bla risposta, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern tal-Mosta, ż-żewġ lifts li hemm, wieħed ilu wieqaf kważi ħdax-il sena u l-ieħor ilu kważi xahrejn ma jaħdimx?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fid-Djar tal-Anzjani tal-Mosta hemm żewġ liftijiet. Il- passengers lift , kien problematiku għal numru ta’ snin. F’Awwissu 2010 ġie ċċertifikat li ma jistax jissewwa. Id-Dipartiment tal-Anzjani qed jaħdem biex joħroġ tender għal lift ġdid. Sadanittant kien qed jintuża l-i strecher lift li sa minn Lulju 2011 kellu xi problemi tekniċi. Ittieħdu diversi miżuri sabiex dan jissewwa. Fuq parir ta’ grupp tekniku, id-dipartiment ħareġ talba għall- quotations għal min hu interessat. It-talba tagħlaq nhar l-Erbgħa 30 ta’ Novembru 2011.

Dar tal-Anzjani tal-Mosta — liftijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30337 u 29925 u jgħid kemm hemm liftijiet fid-dar tal-anzjani tal-gvern tal-Mosta? Jista' jgħid kull wieħed minnhom meta ma kienx qed jiffunzjona mill-ewwel ta' din is-sena sal-lum?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Trasport pubbliku — tined

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30333 u jgħid mingħand min u kemm tħallsu mill-1 ta' Lulju sal-aħħar t'Ottubru 2011 l-kuntrattur/i li qed jipprovdu t-tined biex wieħed jistkenn taħthom b'relazzjoni mat-trasport pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tined in kwistjoni ġew provduti minn Zaffarese Signs & Display Ltd u Karl Borg Events. Sal-lum għadu ma sar l-ebda pagament lil dawn il-kumpaniji.

Trasport pubbliku — tined

Question

Jista' l-Ministru jgħid mingħand min u kemm tħallsu mill-1 ta' Lulju sal-aħħar t'Ottubru 2011 l-kuntrattur/i li qed jipprovdu t-tined biex wieħed jistkenn taħthom b'relazzjoni mat-trasport pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Formularju tal-mediċini tal-gvern

Question

B'referenza għal-lista ta' mediċini ġodda mdaħħla fil-formularju tal-gvern u mogħtija b'xejn skont ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27291, jista' l-Ministru jgħid: a) f'kull każ, kemm-il applikazzjoni saret biex pazjenti jingħataw din il-mediċina; b) f'kull każ kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa; ċ) f'kull każ, kemm kien hemm każijiet li ġew miċħuda li tinbdlilhom il-mediċina mitluba; d) f'kull każ, kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u kemm ilha li saret it-talba mill-ispeċjalista?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Smart City — Obbligi tal-Gvern u tal-Kuntratturi

Question

Skont il-kuntratt miftiehem ta' meta twaqqfet Smart City, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-obbligi min-naħa tal-gvern li jekk ma jitwettqux iwasslu biex l-obbligi min-naħa tal-kuntrattur ta' kemm għandu jimpjega ħaddiema ma jibdewx jgħoddu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 15620.

Legionella — lukandi u restoranti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħalqu lukandi, ristoranti eċċ. minħabba l-legionella?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul din is-sena nħarġu tliet avviżi ta’ nfurzar lill-operaturi ta’ tliet lukandi, li jikkonsistu f’żewġ lukandi ġewwa Malta u guest house ġewwa Għawdex, skont L-Att Legali 5 tal-2006 minħabba l-possibilità ta’ riskju ta’ infezzjoni mill-marda tal-Leġjonella.

Dar tal-Anzjani tal-Mosta — liftijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29925 u jgħid kemm hemm liftijiet fid-dar tal-anzjani tal-gvern tal-Mosta? Jista' jgħid kull wieħed minnhom meta ma kienx qed jiffunzjona mill-ewwel ta' din is-sena sal-lum?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Pwales - xogħljiet fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29924 u ċioe: Billi Triq il-Pwales, San Pawl il-Baħar meta jagħmel maltemp kbir tegħreq, inkluż id-djar f'din it-triq, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji biex meta jkun maltemp kbir din it-triq ma tkomplix tegħreq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta se tagħmel l-ispezzjonijiet meħtieġa biex tistabbilixxi l-problema u b'hekk tkun tista' tikkunsidra x'interventi tista' tagħmel.